|
3.4.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 99/126 |
It-Tlieta 23 ta’ Novembru 2010
Mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE - Irlanda - għargħar f'Novembru 2009
P7_TA(2010)0403
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Novembru 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE, skont il-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (COM(2010)0534 – C7-0283/2010 – 2010/2216(BUD))
2012/C 99 E/26
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0534 – C7-0283/2010), |
|
— |
Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), u b'mod partikulari l-punt 26 tiegħu, |
|
— |
Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (2), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, adottata waqt il-laqgħa ta’ konċiljazzjoni fis-17 ta’ Lulju 2008 dwar il-Fond ta’ Solidarjetà, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0328/2010), |
|
1. |
Japprova d-deċiżjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(2) ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.
It-Tlieta 23 ta’ Novembru 2010
ANNESS
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-xxx ta’ Novembru 2010
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea skont il-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), u b'mod partikulari l-punt 26 tiegħu,
Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (2),
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
L-Unjoni Ewropea ħolqot Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (il “Fond”) biex turi solidarjetà mal-popolazzjoni ta’ reġjuni milqutin minn diżastri. |
|
(2) |
Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond fil-livell massimu annwali ta’ EUR 1 biljun. |
|
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2012/2002 fih id-dispożizzjonijiet li bihom il-fond jista' jkun immobilizzat. |
|
(4) |
L-Irlanda ressqet applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-Fond, fir-rigward ta’ diżastru kkawżat minn għargħar qawwi, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi s-somma ta’ EUR 13 022 500 f'approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi,
Ghall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President