|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/557 |
27.1.2026 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.12215 – SAGARD UK / UNIGESTION PE)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2026/557)
1.
Fid-19 ta’ Jannar 2026, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Sagard UK Management Limited (“Sagard UK”, ir-Renju Unit), ikkontrollata minn Power Corporation of Canada (il-Kanada), |
|
— |
UNIGESTION Private Equity Holdings SA (“Unigestion PE”, l-Iżvizzera). |
Sagard se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Unigestion kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
Sagard UK hija ditta globali ta’ ġestjoni tal-assi alternattivi b’diversi strateġiji, li fl-aħħar mill-aħħar u indirettament hija kkontrollata minn Power Corporation tal-Kanada, kumpanija maniġerjali u azzjonarja internazzjonali ffukata fuq is-servizzi finanzjarji fl-Amerka ta’ Fuq, fl-Ewropa u fl-Asja. |
|
— |
UNIGESTION PE hija ditta ta’ ekwità privata li tinvesti f’kumpaniji ta’ daqs medju globalment. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12215 — SAGARD UK / UNIGESTION PE
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/557/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)