|
18.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 185/55 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/1340
tas-17 ta' Lulju 2017
li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK tal-20 ta' Diċembru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2008/369/PESK (1),
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fl-20 ta' Diċembru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/788/PESK. |
|
(2) |
Fil-21 ta' Ġunju 2017, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 2360 (2017), li temenda l-lista ta' kriterji li jirregolaw il-miżuri restrittivi tan-NU. |
|
(3) |
Aktar azzjoni mill-Unjoni hi meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' ċerti emendi. |
|
(4) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2010/788/PESK tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK, il-punt (i) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
“(i) |
l-ippjanar, id-direzzjoni, l-isponsorjar jew il-parteċipazzjoni f'attakki kontra l-forzi taż-żamma tal-paċi tal-MONUSCO jew kontra l-persunal tan-Nazzjonijiet Uniti, inkluż il-membri tal-Grupp tal-Esperti;”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Lulju 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI