|
21.1.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 14/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/83
tas-16 ta’ Jannar 2022
dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri dwar il-klassifikazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stipula r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija totalment jew parzjalment imsejsa fuqha jew li żżid xi suddiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan li jkun hemm l-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti. |
|
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, jenħtieġ li l-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), bis-saħħa tar-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ dik it-tabella. |
|
(4) |
Jixraq li jiġi previst li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa fir-rigward tal-oġġetti kkonċernati minn dan ir-Regolament u li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament tkun tista’ tibqa’ tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, f’konformità mal-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Jenħtieġ li dak il-perjodu jkun ta’ tliet xhur. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ din it-tabella.
Artikolu 2
L-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi li mhijiex konformi ma’ dan ir-Regolament tista’ tibqa’ tiġi invokata f’konformità mal-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta’ tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Jannar 2022.
Għall-Kummissjoni
Gerassimos THOMAS
Direttur Ġenerali għad-Direttorat
Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali
(1) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
ANNESS
|
Deskrizzjoni tal-oġġetti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
Oġġetti li jikkonsistu minn drapp bil-lastiku innittjat f’għamla ta’ tubu (fibri sintetiċi magħqudin ma’ ħajt tal-gomma), fil-forma ta’ ċrieki b’dijametru ta’ madwar 4,5 cm u wisa’ ta’ madwar 2 cm (meta maħlul). L-oġġetti huma nnittjati f’għamla ta’ tubu u maqtugħin f’wisa’ (2 cm) definit (ipprogrammat minn qabel). Minħabba l-ħajt tal-gomma inkluż fid-drapp bil-lastiku, it-truf tal-oġġetti jitremblu u dan jagħti lill-oġġetti l-forma ta’ lastiku tax-xagħar, lest biex jintuża. Ara l-istampi (*1). |
6117 80 10 |
Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, min-noti 7(b) u 10 tat-Taqsima XI u mill-kliem tal-kodiċijiet NM 6117 , 6117 80 u 6117 80 10 . L-oġġetti huma prodotti fl-istat komplut billi jiġi nnittjat drapp f’għamla ta’ tubu u jinqata’ f’wisa’ definit biex jinkiseb ċirku bil-lastiku, lest biex jintuża (ara nota 7(b) tat-Taqsima XI). Filwaqt li jitqies il-karattru tessili tagħhom, l-oġġetti għandhom jiġu kkunsidrati bħala aċċessorju ta’ lbies manifatturat bl-istess mod, bħal pereżempju ix-xalel, l-imkatar, il-mantilli, l-ingravajjet u ċ-ċfuf tal-għonq manifatturati. Barra minn hekk, in-nota 10 tat-Taqsima XI tikklassifika prodotti elastiċi li huma magħmulin minn materjali tessili flimkien ma’ ħjut tal-gomma f’dik it-taqsima. Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 9615 hija eskluża, minħabba li l-oġġetti ta’ din l-intestatura huma normalment magħmulin mill-plastik, mill-ivorju, mill-għadam, mill-qrun, mid-dahar tal-fkieren, mill-metall eċċ. (ara wkoll in-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata tal-intestatura 9615 (3) u n-Nota ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda tal-intestatura 9615 ). Għaldaqstant, l-oġġetti għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM 6117 80 10 bħala aċċessorju ta’ lbies manifatturat, innittjat jew maħdum bil-ganċ, bil-lastiku jew bil-gomma. |
(*1) L-istampi huma purament għall-informazzjoni.