Official Journal L 219 , 04/08/1992 P. 0056 - 0056
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 19 P. 0246
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 19 P. 0246
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-20 ta' Lulju 1992 li tikkonċerna l-konklużjoni tal-Ftehim Internazzjonali dwar il-Lastiku Naturali, ta' l-1987 (92/396/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b' mod partikolari l-Artikoli 113 u 116 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, Billi l-Ftehim Internazzjonali dwar il-Lastiku Naturali ta' l-1987 innegozjat fil-kuntest tal-Programm integrat għall-Kommoditajiet (Resoluzzjoni 93 (IV) adottat fir-raba' Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp) daħal fis-seħħ provviżorjament fid-29 ta' Diċembru 1988; Billi l-Komunità u l-maġġor parti ta' l-Istati Membri nnotifikaw l-applikazzjoni provviżorja tagħhom fit-22 ta' Diċembru 1988; Billi l-għan tal-Ftehim Internazzjonali dwar il-Lastiku Naturali, ta' l-1987, hu, inter alia, biex jikkontribwixxi għall-istabbiliżżar tal-prezzijiet tal-lastiku naturali mingħajr ma jgħawweġ it-tendenzi fit-tul tas-suq biex iġib tkabbir bilanċjat bejn il-provvista u d-domanda għal, dak il-prodott; Billi sabiex jgħin lill-membri li aplikaw provvisorjament biex jirratifikaw, jaċċettaw jew japprovaw il-Ftehim Internazzjonali dwar il-Lastiku Naturali, il-Kunsill estenda ż-żmien għad-depożitu ta' tali strumenti sal-31 ta' Diċembru 1992; Billi l-Istati Membri kollha indikaw l-intenzjoni tagħhom li japplikaw il-Ftehim; Billi l-Ftehim għandu jiġi approvat; Billi l-Komunità u l-Istati Membri tagħha għandhom jinnotifikaw simultanjament lis-Segretarju-Ġenerali ta' l-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti bl-aċċettazzjoni tagħhom tal-Ftehim; IDDEĊIDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Il-Ftehim Internazzjonali dwar il-Lastiku Naturali, ta' l-1987, hu hawnhekk approvat għan-nom tal-Komunità Ekonomika Ewropea. Il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Istati Membri tagħha għandhom jiddepożitaw simultanjament sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 1992, l-istrumenti tar-ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni mas-Segretarju-Ġenerali ta' l-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti. It-test tal-Ftehim hu anness mad-Deċiżjoni 88/107/KEE [1]. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill hu hawnhekk awtorizzat biex jinnomina l-persuni li jkollhom is-setgħa li jiddepożitaw l-istrument ta' approvazzjoni għan-nom tal-Komunità. Magħmul fi Brussel, fl-20 ta' Lulju 1992. F'isem il-Kunsill Il-President D. Hurd [1] ĠU L 58, tat-3.3.1988, p. 18. --------------------------------------------------