31997R1054



Official Journal L 154 , 12/06/1997 P. 0014 - 0019


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1054/97

tal-11 ta' Ġunju 1997

li jikkonċerna l-klassifikazzjoni ta' ċerta merkanzija fin-nomenklatura magħquda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar it-tariffa u n-nomenklatura statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni [1], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 866/97 [2], u partikolarment l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura magħquda annessa mar-Regolament imsemmi, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jirrigwardaw il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti riferiti fl-Anness ma' dan ir-Regolament;

Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u dawn ir-regoli wkoll japplikaw għal xi nomenklatura oħra li hija kompletament jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi suddiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Komunità, bl-intenzjoni ta' l-applikazzjoni tat-tariffa u miżuri oħra li jirrigwardaw il-kummerċ ta' l-oġġetti;

Billi, skond ir-regoli ġenerali msemmija, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella mehmuża ma' dan ir-Regolament iridu jiġu kklassifikati skond il-kodiċijiet approprjati tan-NM indikati fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet iddikjarati fil-kolonna 3;

Billi huwa xieraq li, suġġetti għall-miżuri fis-seħħ fil-Komunità dwar sistemi ta' kontroll doppju u għas-sorveljanza ta' qabel u rettrospettiva tal-Komunità ta' prodotti tat-tessuti ma' l-importazzjoni fil-Komunità, informazzjoni tat-tariffa li jorbot fl-affari tal-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti fin-nomenklatura magħquda maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament jistgħu jkomplu jiġu mitluba skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 t'Ottubru 1992, li tistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità [3], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 82/97 [4], għal perijodu ta' 60 ġurnata mid-detentur;

Billi l-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma b'mod konformi ma' l-opinjoni tas-sezzjoni tan-nomenklatura tat-tariffa u statistika tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella mehmuża huma issa kklassifikati ġewwa n-nomenklatura magħquda fil-kodiċijiet approprjati tan-NM indikati fil-kolonna 2 tat-tabella msemmija.

L-Artikolu 2

Soġġetta għall-miżuri fis-seħħ fil-Komunità dwar sistemi ta' kontroll doppju u għas-sorveljanza ta' qabel u wara tal-Komunità ta' prodotti tat-tessuti ma' l-importazzjoni fil-Komunità, informazzjoni tat-tariffa li torbot fl-affari tal-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti fin-nomenklatura magħquda maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri li m'għadhomx konformi ma' dan ir-Regolament jistgħu jkomplu jiġu mitluba skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 għal perijodu ta' 60 ġurnata.

L-Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-11 ta' Ġunju 1997.

Għall-Kummissjoni

Mario Monti

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

[2] ĠU L 124, tas-16.5.1997, p. 1.

[3] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.

[4] ĠU L 17, tal-21.1.1997, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Deskrizzjoni ta' l-oġġetti | Klassifikazzjoni Kodiċi tan-NM | Raġunijiet |

(1) | (2) | (3) |

1.Lbies ta' kulur wieħed, mingħajr ħajt ta' l-għażel ta' drapp maħdum ta' 2,3mm ħxuna (60 % suf, 40 % taħlita ta' polyamide), b'kullar bix-xaqlib, maħsub biex ikopri l-parti ta' fuq tal-ġisem inklużi l-koxox.Għandu kmiem twal bil-keffa, bl-għonq forma ta' V, b'fetħa sħiħa fuq quddiem jinqafel bil-buttuni mil-lemin għal fuq ix-xellug. Għandu l-bwiet taħt il-qadd u għandu l-keffa fil-qiegħa ta' l-ilbies.L-ilbies magħmul minn sitt biċċiet (tnejn fuq quddiem, erbgħa fuq wara) meħjutin flimkien għat-tul. Għandu wkoll kuxxinetti fl-ispalel u żewġ darts vertikali li jibdew mis-sider (ġakketta)(Ara r-ritratt Nru 557) | 61043100 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mid-dispożizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, in-nota tas-subintestatura 2 (A) tat-Taqsima XI, in-nota 9 tal-Kapitolu 61 u l-kliem tal-kodiċi tan-NM 6104 u 61043100. Bis-saħħa tad-dehra ġenerali tiegħu, u partikolarment il-fatt li għandu ċerta ebusija (drapp oħxon, sitt biċċiet u żewġ darts) dan l-ilbies għandu jkun ikklassifikat bħala ġakketta tal-kodiċi tan-NM 6104. |

2.Lbies ta' kulur wieħed, mingħajr ħajt ta' l-għażel ta' drapp maħdum ta' 2,1mm ħxuna (70 % acrylic, 30 % taħlita ta' suf), b'kullar li jinqaleb, maħsub biex ikopri l-parti ta' fuq tal-ġisem iwassal sal-qadd.Għandu kmiem twal bil-keffa, bl-għonq forma ta' V, b'fetħa sħiħa fuq quddiem jinqafel bil-buttuni mil-lemin għal fuq ix-xellug. Għandu l-bwiet taħt il-qadd u għandu l-keffa fil-qiegħa ta' l-ilbies.L-ilbies magħmul minn sitt biċċiet (tnejn fuq quddiem, erbgħa fuq wara) meħjutin flimkien għat-tul. Għandu wkoll kuxxinetti fl-ispalel u żewġ darts vertikali li jibdew mis-sider (ġakketta)(Ara r-ritratt Nru 558) | 61043300 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mid-dispożizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, in-nota tas-subintestatura 2 (A) tat-Taqsima XI, in-nota 9 tal-Kapitolu 61 u l-kliem tal-kodiċi tan-NM 6104 u 61043100. Bis-saħħa tad-dehra ġenerali tiegħu, u partikolarment il-fatt li għandu ċerta ebusija (drapp oħxon, sitt biċċiet u żewġ darts) dan l-ilbies għandu jkun ikklassifikat bħala ġakketta tal-kodiċi tan-NM 6104. |

3.Lbies ħafif, mingħajr ħajt ta' l-għażel tad-drapp fin maħdum bħal dak ta' T-shirt (100 % qoton), b'faxex ta' żewġ kuluri, maqtugħ dritt, mingħajr kullar u maħsub biex ikopri l-parti ta' fuq tal-ġisem iwassal sal-koxox. Għandu l-keffa mat-truf tal-kmiem u fil-qiegħ ta' l-ilbies.Għandu kmiem qosra u l-għonq tond li joqgħod issikkat b'fetħa sħiħa fuq quddiem jinqafel bil-buttuni mil-lemin għal fuq ix-xellug. Għandu l-bwiet taħt il-qadd.L-ilbies għandu wkoll kuxxinetti fl-ispalel (ilbies simili għal cardigan)(Ara r-ritratt Nru 555) | 61102099 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mid-dispożizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, in-noti 4 u 9 tal-Kapitolu 61 u l-kliem tal-kodiċi tan-NM 6110, 611020 u 61102099. Bis-saħħa tad-dehra ġenerali tiegħu, u partikolarment il-fatt li magħmul minn drapp li m'għandux stiffness li jqisu bħala ġakketta, dan l-artikolu għandu jkun ikklassifikat bħala lbies bħal cardigan tal-kodiċi tan-NM 6110. |

4.Lbies ta' kulur wieħed, mingħajr ħajt ta' l-għażel tad-drapp oħxon maħdum bir-ribbing li joqgħod merħi (60 % qoton, 40 % taħlita ta' polyester), maqtugħ dritt, mingħajr kullar u maħsub biex ikopri l-parti ta' fuq tal-ġisem iwassal sal-koxox. Għandu l-keffa mat-truf tal-kmiem u fil-qiegħ ta' l-ilbies.Għandu kmiem twal u l-għonq forma ta' V b'fetħa sħiħa fuq quddiem jinqafel bil-buttuni mil-lemin għal fuq ix-xellug. Għandu l-bwiet taħt il-qadd u qsim fil-ġenb.(ilbies simili għal cardigan)(Ara r-ritratt Nru 556) | 61102099 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mid-dispożizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, in-nota tas-subintestatura 2 (A) tat-Taqsima XI, in-noti 4 u 9 tal-Kapitolu 61 u l-kliem tal-kodiċi tan-NM 6110, 611020 u 61102099. Bis-saħħa tad-dehra ġenerali tiegħu, u partikolarment il-fatt li magħmul minn drapp li m'għandux stiffness li jqisu bħala ġakketta, dan l-artikolu għandu jkun ikklassifikat bħala lbies bħal cardigan tal-kodiċi tan-NM 6110. |

5.Sett ta' żewġt ilbiesi li jitpoġġew għall-bejgħ bl-imnut, li jikkonsistu minn: | | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mid-dispożizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, in-nota 13 tat-Taqsima XI, in-nota tas-subintestatura 2 (A) tat-Taqsima XI, in-noti 3 (b) u 9 tal-Kapitolu 61 u mill-kliem tal-kodiċi tan-NM 6104, 610462, 61046210, 6110, 611020 u 61102099. Wara li tkun ikkunsidrata d-dehra ġenerali ta' l-ilbies u, partikolarment, il-preżenza fuq ta' dekorazzjoni eċċessiva meħjuta u element meħjut fuq ġewwa tad-dawra ta' l-għonq, mhux evidenti li dawn l-ilbiesi għandhom jintlibsu esklussivament jew l-aktar bħala lbies ta' bil-lejl. |

(a)pullover aħmar, ħafif, maħdum, ta' kulur wieħed (80 % qoton, 20 % polyester) maħsub biex ikopri l-parti ta' fuq tal-ġisem, bla ftuħ, bi kmiem twal u għonq issikkat. Dan l-ilbies għandu ribbing applikat mad-dawra ta' l-għonq, mat-truf tal-kmiem u fil-qiegħ ta' l-ilbies, disinn dekorattiv meħjut fuq quddiem. Għandu wkoll element meħjut fuq ġewwa tad-dawra ta' l-għonq magħmul mill-istess drapp tal-qalziet.(Ara r-ritratt Nru 559 A) | 61102099 |

(b)qalziet ħafif, maħdum (80 % qoton, 20 % polyester) b'biċċiet stampati f’ħafna kuluri, li jwassal mill-qadd sa l-għaksiet, mingħar fetħa fil-qadd. Dan l-ilbies ikun issikkat fil-qadd b'qafla elastika u għandu r-ribbing fit-trufijiet tas-saqajn tal-qalziet. Għandu wkoll żewġ ħoloq mal-qadd biex jiddendel minnhom.(Ara r-ritratt Nru 559 B) | 61046210 |

6.Sett ta' żewġt ilbiesi li jitpoġġew għall-bejgħ bl-imnut, li jikkonsistu minn: | | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mid-dispożizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, in-nota 13 tat-Taqsima XI, in-nota tas-subintestatura 2 (A) tat-Taqsima XI, in-noti 3 (b) u 9 tal-Kapitolu 61 u mill-kliem tal-kodiċi tan-NM 6104, 610462, 61046210, 6110, 611020 u 61102099. Ara wkoll in-noti ta' spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata ta' l-intestatura 6112 Wara li tkun ikkunsidrata d-dehra ġenerali ta' l-ilbies u, partikolarment, il-preżenza fuq ta' dekorazzjoni stampata, sinifikanti ħafna, il-faxxa doppja ta' ribbing mad-dawra ta' l-għonq u l-ħjata dekorattiva, u l-parti t'isfel ta' l-istrippa mdaħħla u ż-żewġ ħjatat dekorattivi, mhux evidenti li dawn l-ilbiesi għandhom jintlibsu esklussivament jew l-aktar bħala lbies ta' bil-lejl. |

(a)pullover ħafif, maħdum (80 % qoton, 20 % polyester) magħmul minn żewġ drappijiet differenti (wieħed kulur ikħal, wieħed bl-istrixxi ħomor u bojod) maħsub biex ikopri l-parti ta' fuq tal-ġisem, bla ftuħ, bi kmiem twal ta' kulur wieħed. Dan l-ilbies għandu ribbing applikat mat-truf tal-kmiem u fil-qiegħ ta' l-ilbies. Għandu wkoll għonq issikkat b'żewġ faxex ta' ribbing b'kuluri differenti, disinn dekorattiv stampat fuq quddiem u żewġ ħjatat dekorattivi fit-toqob ta' l-idejn.(Ara r-ritratt Nru 560 A) | 61102099 |

(b)qalziet ħafif, maħdum (80 % qoton, 20 % polyester) magħmul mill-istess żewġ drappijiet bħal parti ta' fuq, li jwassal mill-qadd sa l-għaksiet, mingħajr fetħa fil-qadd. Dan l-ilbies ikun issikkat fil-qadd b'qafla elastika u għandu r-ribbing fit-trufijiet tas-saqajn tal-qalziet. Għandu strippa mdaħħla għat-tul fil-ġenb tas-sieq ix-xellugija magħmula mill-materjal ta' l-istrixxi, Għandu wkoll żewġ ħjatat dekorattivi tul din l-istrippa u żewġ ħoloq mal-qadd biex jiddendel minnhom.(Ara r-ritratt Nru 560 B) | 61046210 |

7.Ċinga tal-frizzjoni (70 x 12 x 1 ċm) magħmul minn sisal maħdum, b'manku ta' l-injam f'wieħed mit-truf biex jippermetti li tintuża biex timmassaġġa l-ġisem.(Bjankerija tat-toilet)(Ara r-ritratt Nru 554) | 63029900 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mid-dispożizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u mit-test tal-kodiċi tan-NM 6302 u 63029900. Ara wkoll in-noti ta' spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata ta' l-intestatura 6302 |

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------