|
28.9.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 370/6 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10852 – 3D SYSTEMS / DUSSUR / JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 370/04)
1.
Fl-20 ta’ Settembru 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
3D Systems, Inc. (“3DS”, l-Istati Uniti tal-Amerka), finalment proprjetà ta’ 3D Systems Corporation (l-Istati Uniti tal-Amerka) u 3D Canada Company (il-Kanada), |
|
— |
Saudi Arabian Industrail Investments Company (“Dussur”, ir-Renju tal-Arabja Sawdija), ikkontrollata bi sħab mill-Fond ta’ Investiment Pubbliku tal-Arabja Sawdija u l-Kumpanija taż-Żejt tal-Arabja Sawdija (ir-Renju tal-Arabja Sawdija). |
3DS u Dussur jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ impriża bi sħab (joint venture, JV) maħluqa ġdida.
Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab (joint venture).
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
3DS: l-entità prinċipali ta’ grupp ta’ kumpaniji fil-manifattura tal-addittiv/fl-industrija tal-istampar 3D. |
|
— |
Dussur: kumpanija ta’ investiment strateġiku, involuta f’setturi ekonomiċi strateġiċi għall-iżvilupp ta’ industriji multitrasformattivi fis-setturi industrijali kollha inklużi l-pussess, l-iżvilupp, il-kostruzzjoni, l-użu, il-manutenzjoni, il-bejgħ, ix-xiri, il-kiri u l-lokazzjoni ta’ assi tanġibbli u intanġibbli fissi u mobbli. |
3.
L-impriża bi sħab (joint venture) se tkun attiva fil-forniment ta’ servizzi tal-istampar 3D prinċipalment fir-Renju tal-Arabja Sawdija.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10852 – 3D SYSTEMS / DUSSUR / JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).