|
21.10.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 277/46 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 92/2010
tat-2 ta’ Lulju 2010
li temenda l-Anness XVIII (Is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-liġi tax-xogħol, u t-trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa) u l-Protokoll 37 tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikoli 98 u 101 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness XVIII tal-Ftehim kien emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 54/2010 tat-30 ta’ April 2010 (1). |
|
(2) |
Il-Protokoll 37 tal-Ftehim kien emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 159/2009 tal-4 ta’ Diċembru 2009 (2). |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/17/KE tad-19 ta’ Diċembru 2008 li twaqqaf il-Kumitat ta’ Esperti dwar l-Istazzjonar tal-Ħaddiema (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
|
(4) |
Sabiex il-Ftehim ikun jista’ jitħaddem sew, il-Protokoll 37 tal-Ftehim għandu jiġi emendat biex jinkludi l-Kumitat ta’ Esperti dwar l-Istazzjonar tal-Ħaddiema mwaqqaf permezz tad-Deċiżjoni 2009/17/KE, u l-Anness XVIII għandu jiġi emendat biex jispeċifika l-proċeduri għall-assoċjazzjoni ma’ dan il-Kumitat, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 30 (id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XVIII tal-Ftehim:
|
“30a. |
32009 D 0017: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/17/KE tad-19 ta’ Diċembru 2008 li twaqqaf il-Kumitat ta’ Esperti dwar l-Istazzjonar tal-Ħaddiema (ĠU L 8, 13.1.2009, p. 26). Il-modalitajiet għall-assoċjazzjoni tal-Istati EFTA skont l-Artikolu 101 tal-Ftehim: Kull Stat EFTA jista’, skont l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/17/KE, jaħtar żewġ persuni biex jipparteċipaw bħala osservaturi fil-laqgħat tal-Kumitat ta’ Esperti dwar l-Istazzjonar tal-Ħaddiema.” |
Artikolu 2
Il-punt li ġej għandu jiddaħħal fil-Protokoll 37 (li fih il-lista prevista fl-Artikolu 101) tal-Ftehim:
|
“33. |
Il-Kumitat ta’ Esperti dwar l-Istazzjonar tal-Ħaddiema (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/17/KE).” |
Artikolu 3
It-testi tad-Deċiżjoni 2009/17/KE bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-3 ta’ Lulju 2010, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Lulju 2010.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Stefán Haukur JÓHANNESSON
(1) ĠU L 181, 15.7.2010, p. 22.
(2) ĠU L 62, 11.3.2010, p. 65.
(*1) Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.