29.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/5


Irtirar tan-notifika ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9938 — KINGSPAN GROUP / TRIMO)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 175/02)

Fi 3 ta’ Marzu 2021, il-Kummissjoni rċeviet notifika (1) ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

Fi 12 ta’ April 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li tibda proċedimenti (3) skont l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Fi 21 ta’ April 2022, il-parti notifikanti infurmat lill-Kummissjoni li hija rtirat in-notifika tagħha u wriet li hija abbandunat il-konċentrazzjoni.


(1)  ĠU C 82, 11.3.2021, p. 12.

(2)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(3)  ĠU C 133, 16.4.2021, p. 2.