22002D0064



Official Journal L 238 , 05/09/2002 P. 0034 - 0035


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE

Nru 64/2002

tal-31 ta' Mejju 2002

li temenda l-Anness XXI (Statistika) li jinsab mal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness XXI li jinsab mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE Nru 45/2002 tad-19 ta' April 2002 [1].

(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/98 tal-25 ta' Mejju 1998 dwar denunzji statistiċi fir-rigward tal-ġarr ta' oġġetti bit-triq [2] għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3) Ir-Regolament (KE) Nru 1172/98 iħassar b'effett mill-1 ta' Jannar 1999 id-Direttiva tal-Kunsill 78/546/KEE tat-12 ta' Ġunju 1978 dwar denunzji statistiċi fir-rigward tal-ġarr ta' oġġetti bit-triq, bħala parti mill-istatistika reġjonali [3] kif sussegwentement emendat, li huwa inkorporat fil-Ftehim, li li b'konsegwenza għandu jitħassar taħt il-Ftehim.

(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2691/1999 tas-17 ta' Diċembru 1999 dwar ir-regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/98 dwar denunzji statistiċi fir-rigward tal-ġarr ta' oġġetti bit-triq [4] għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness XXI li jinsab mal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1. Dan li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 7e (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2163/2001):

"7f. 398 R 1172: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/98 tal-25 ta' Mejju 1998 dwar denunzji statistiċi fir-rigward tal-ġarr ta' oġġetti bit-triq (ĠU L 163, tas-6.6.1998, p. 1), kif emendat b':

- 399 R 2691: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2691/1999 tas-17 ta' Diċembru 1999 (ĠU L 326, tat-18.12.1999, p. 39).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet tal-Ftehim presenti, jinqraw bl-adattazzjoni li ġejja:

(a) L-Artikolu 5(3) il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"L-ewwel trasmissjoni għandha tkopri l-ewwel kwart ta' l-2002."

(b) L-Islands hija eżentata milli tibgħat id-datameħtieġa b'dan ir-Regolament.

(ċ) Il-Liechtenstein għandu jipprovdi d-data kif meħtieġ b'dan ir-Regolament, iżda l-metodi tal-ġbir tad-data għandhom jiġu adattati għall-karatteristiċi strutturali tat-trasport bit-triq fil-pajjiż, bi ftehim mal-Eurostat. B'mod partikolari, l-Liechtenstein jista' jibgħat id-datali tkopri biss vetturi li regolarment iwettqu operati ta' ġarr ta' merkanzija bit-triq fuq it-teritorju tal-Membri taż-ŻEE.

(d) Id-data għall-Liechtenstein għandha tiġi komunikata għall-ewwel darba fl-ewwel kwart ta' l-2003."

2. It-test tal-punt 5 għandu jitħassar.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (KE) Nri 1172/98 u 2691/1999 fil-lingwi ta' l-Islanda u tan-Norveġja, li għandhom jiġu pplublikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2002, kemm-il darba npnotifikazzjonijiet kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu intgħamlu lill-Kumitat Konġunt ŻEE [5].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fit-Taqsima ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE ta', l-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fil-31 ta' Mejju 2002.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

P. Westerlund

[1] ĠU L 154, tat-13.6.2002, p. 32.

[2] ĠU L 163, tas-6.6.1998, p. 1.

[3] ĠU L 168, tas-26.6.1978, p. 29.

[4] ĠU L 326, tat-18.12.1999, p. 39.

[5] Ebda ħtiġiet kostituzzjonali ma huma indikati.

--------------------------------------------------