European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/5246

8.10.2026

Pubblikazzjoni tal-komunikazzjoni ta’ emenda standard approvata ta’ speċifikazzjoni tal-prodott ta’ indikazzjoni ġeografika f’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 (1)

(C/2026/5246)

KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD

(Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2024/1143)

“Blagny”

Numru ta’ referenza tal-UE: PDO-FR-A1023-AM01 — 13.7.2026

1.   Isem il-prodott

Blagny

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

☑

DOP

☐

IĠP

3.   Settur

☐

Prodotti agrikoli

☑

Inbejjed

☐

Xarbiet spiritużi

4.   Pajjiż li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika

Franza

5.   Awtorità tal-Istat Membru li tikkomunika l-emenda standard

Il-Ministeru għall-Agrikoltura, għall-Qasam Agroalimentari u għas-Sovranità tal-Ikel, id-Direttorat Ġenerali għall-Prestazzjoni Ekonomika u Ambjentali tal-Intrapriżi

6.   Kwalifika bħala emenda standard

L-awtoritajiet Franċiżi jqisu li l-applikazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 u (UE) 2024/1143.

L-emendi ta’ din l-ispeċifikazzjoni tal-prodott huma emendi standard kif definiti fl-Artikolu 24(4) tar-Regolament (UE) 2024/1143.

L-applikazzjoni għall-emenda tad-DOP Blagny ma tinvolvi l-ebda waħda mit-tliet sitwazzjonijiet li jikkostitwixxu emenda tal-Unjoni; speċifikament:

(a)

ma tinkludix tibdil fl-isem jew fl-użu tal-isem, jew fil-kategorija ta’ prodott jew ta’ prodotti identifikati mill-indikazzjoni ġeografika;

(b)

ma tirriskjax li xxejjen ir-rabta maż-żona ġeografika;

(c)

ma tinvolvix restrizzjonijiet ulterjuri fuq il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott.

Għalhekk l-awtoritajiet Franċiżi jqsiu li l-applikazzjoni hija għal emenda standard.

7.   Deskrizzjoni tal-emenda/i standard approvata/i

Titolu

Żona ġeografika

Deskrizzjoni

Fil-Kapitolu I, it-Taqsima IV(1) tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, żdiedet is-sentenza “Il-mapep taż-żona ġeografika jistgħu jiġu kkonsultati fuq is-sit web tal-Istitut Nazzjonali tal-Oriġini u tal-Kwalità (INAO).”.

☐

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Żona ta’ rqajja’ definita

Deskrizzjoni

Fil-Kapitolu I, it-Taqsima IV(2) tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, is-sentenza finali ġiet emendata għal: “Il-mapep taż-żona ta’ rqajja’ definita jistgħu jiġu kkonsultati fuq is-sit web tal-Istitut Nazzjonali tal-Oriġini u tal-Kwalità (INAO).”

Fil-Kapitolu I, it-Taqsima IV(2)(b) tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, ġiet emendata s-sentenza finali li ġejja: “Il-mapep taż-żona ta’ rqajja’ definita jistgħu jiġu kkonsultati fuq is-sit web tal-Istitut Nazzjonali tal-Oriġini u tal-Kwalità (INAO).”

Wara deċiżjoni meħuda mill-kumitat nazzjonali kompetenti, l-INAO biddel il-proċeduri tiegħu u ma huwiex se jibqa’ jissottometti l-mapep taż-żona ta’ rqajja’ definita lill-kunsilli lokali tal-muniċipalitajiet rilevanti iżda se jippubblikahom direttament fuq is-sit web tiegħu.

☐

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Żona fil-prossimità immedjata

Deskrizzjoni

Fil-Kapitolu I, it-Taqsima IV(3) tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, wara “tinkludi t-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin”, żdiedet il-frażi “abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tal-2024”.

Din l-emenda editorjali tippermetti li tiġi identifikata ż-żona fil-prossimità immedjata b’referenza għall-verżjoni tal-2024 tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali, ippubblikat mill-INSEE. Iż-żieda ta’ din ir-referenza tagħti ċertezza legali lid-definizzjoni taż-żona fil-prossimità immedjata.

L-ismijiet tal-muniċipalitajiet li jiffurmaw iż-żona ġew aġġornati sabiex jitqiesu t-tibdiliet amministrattivi. Il-konfini tagħha jibqgħu l-istess.

Id-dokument uniku ġie emendat taħt l-intestatura “Rekwiżiti oħra applikabbli”.

☑

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Varjetajiet tad-dwieli

Deskrizzjoni

Fil-Kapitolu I, it-Taqsima V(1)(a) u (b) tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, żdied dan li ġej għall-varjetajiet awtorizzati: “César N, soġġetta għall-iffirmar mill-Istitut Nazzjonali tal-Oriġini u tal-Kwalità (INAO), mill-korp għall-protezzjoni u għall-ġestjoni (ODG) u mill-operatur ikkonċernat f’konformità mal-ftehim qafas approvat mill-kumitat nazzjonali rilevanti”.

Żdiedet bħala varjetà ta’ interess għal finijiet ta’ adattament minħabba li għandha karatteristiċi agronomiċi interessanti għad-denominazzjoni bl-għan li tadatta għat-tibdil fil-klima, kif ukoll profil aromatiku li huwa konsistenti ma’ dak imfittex mill-produtturi.

Il-punt “Varjetà jew varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid” tad-dokument uniku ġie emendat.

☑

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Regoli dwar il-proporzjonijiet tat-tħawwil

Deskrizzjoni

Fil-Kapitolu I, it-Taqsima V(2) tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, żdied l-ewwel paragrafu li ġej: “Il-proporzjon tas-César N huwa limitat għal 10 % tal-varjetajiet ta’ dwieli u ettaru wieħed għal kull azjenda. Il-konformità tal-varjetajiet ta’ dwieli tiġi vvalutata fl-irqajja’ kollha tal-azjenda li jipproduċu l-inbid kopert mid-denominazzjoni.”

Iż-żoni tal-varjetajiet ta’ interess għal finijiet ta’ adattament huma limitati peress li huma introdotti għal perjodu ta’ valutazzjoni f’kull azjenda parteċipanti.

☐

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Densità tat-tħawwil

Deskrizzjoni

Fil-Kapitolu I, it-Taqsima VI(1)(a) tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, żdied il-paragrafu li ġej: “Id-dwieli jista’ jkollhom densità tat-tħawwil minima ta’ 5 000 pjanta għal kull ettaru b’wisa bejn il-flanni ta’ 2,20 metri jew anqas, soġġett għall-iffirmar ta’ ftehim mill-Istitut Nazzjonali tal-Oriġini u tal-Kwalità (INAO), mill-korp għall-protezzjoni u għall-ġestjoni (ODG), mill-operatur awtorizzat ikkonċernat u mill-operatur tal-produzzjoni tal-inbid f’konformità mal-ftehim qafas approvat mill-kumitat nazzjonali rilevanti. Iż-żona ta’ dawn id-dwieli hija limitata għal 10 % taż-żona totali tal-irqajja’ tal-azjenda li jipproduċu l-inbid kopert mid-denominazzjoni u għal ettaru wieħed għal kull azjenda.”

Din id-dispożizzjoni tippermetti lill-vitikulturi jivvalutaw dan il-metodu ta’ tħarriġ fuq żoni limitati sabiex jivvalutaw l-adattament tal-prattiki għat-tibdil fil-klima.

Il-punt “Prattika tal-produzzjoni tal-inbid” tad-dokument uniku ġie emendat.

☑

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Żbir

Deskrizzjoni

Fil-Kapitolu I, it-Taqsima VI(1)(b) tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, żdiedet is-sentenza li ġejja: “Għal dwieli mħawla b’anqas minn 9 000 pjanta għal kull ettaru, ir-regoli dwar iż-żbir ġew adattati biex iqisu l-fatt li l-għadd ta’ għejun jew ta’ friegħi li jagħtu l-frott għal kull pjanta jitqies bħala għal kull metru kwadru.”

Din ir-regola żdiedet biex jiġi rregolat iż-żbir fl-irqajja’ b’densità speċifika fir-rigward tad-densità tradizzjonali.

☑

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Kundizzjoni tad-dielja

Deskrizzjoni

Fil-Kapitolu I, it-Taqsima VI(1)(f) tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, żdied il-paragrafu li ġej: “Il-pjanti identifikati matul l-istaġun ta’ tkabbir bħala li juru sinjali ta’ isfar mill-fitoplażma jridu jinqalgħu qabel il-31 ta’ Marzu tas-sena wara l-ħsad.

L-isfar tad-dielja tal-għeneb huwa kkaratterizzat mit-tliet sintomi li ġejjin:

—

nuqqas li r-rimjiet isiru injam;

—

tidbil tal-gruppi ta’ għeneb;

—

telf tal-kulur parzjali jew totali tal-weraq, akkumpanjat minn trembil tal-weraq.”

Din id-dispożizzjoni għandha l-għan li telimina l-pjanti affettwati minn dan il-mard, li l-għeneb tagħhom ikun ta’ kwalità aktar baxxa.

☐

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Prattiki oħrajn ta’ kultivazzjoni

Deskrizzjoni

L-għażla li jintużaw metodi oħrajn apparti t-trattament bil-misħun biex tingħeleb il-flavescence dorée tneħħiet mill-Kapitolu I, it-Taqsima VI(2)(b) tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, peress li ntwera li l-ebda metodu alternattiv ma kien effettiv.

☐

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Coupage

Deskrizzjoni

Fil-Kapitolu I, it-Taqsima IX(1) tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, żdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“L-għeneb minn dwieli mħawla b’densità ta’ anqas minn 9 000 pjanta għal kull ettaru u kopert minn ftehim jiġi vvinifikat separatament. Dan jista’ jsirlu coupage biss wara li jkunu ġew sottomessi kampjuni lill-ODG.

Il-coupage finali eliġibbli għad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta ma jistax ikun fih aktar minn 15 % għeneb

—

miksub mill-varjetà ta’ dwieli César N, u

—

minn dwieli mħawla b’densità ta’ bejn 5 000 u 9 000 pjanta għal kull ettaru, meqjusa flimkien jew separatament.”

Dawn ir-regoli l-ġodda dwar il-coupage se jagħmluha possibbli li tiġi vvalutata l-influwenza ta’ dawn il-varjetajiet u ta’ densitajiet aktar baxxi fuq il-karatteristiċi tal-inbejjed.

☐

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Regoli dwar il-preżentazzjoni u t-tikkettar

Deskrizzjoni

Fil-Kapitolu I, it-Taqsima XII(2)(f) tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, tħassret id-dispożizzjoni li kienet tirrikjedi li, meta s-sena tal-vendemmja tiġi indikata fuq it-tikketta tal-inbid, l-għeneb kollu li jintuża biex isir l-inbid ikun inħasad fis-sena ddikjarata.

Dan se jippermetti lill-operaturi jużaw sa 15 % ta’ nbejjed minn vendemmja oħra meta s-sena tal-vendemmja tiġi ddikjarata fuq it-tikketta l-inbid. Din il-prattika hija meħtieġa, b’mod partikolari, biex tippermetti li l-btieti jimtlew bi nbejjed minn vendemmja preċedenti.

Id-dokument uniku ġie emendat taħt l-intestatura “Rekwiżiti oħra applikabbli”.

☑

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Referenzi għall-korp ta’ spezzjoni

Deskrizzjoni

Fil-Kapitolu III, it-Taqsima II tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, id-dispożizzjonijiet dwar il-korp ta’ spezzjoni ġew emendati biex jikkonformaw mar-regoli l-ġodda dwar l-abbozzar.

☐

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

DOKUMENT UNIKU

Denominazzjonijiet ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi tal-inbid

“Blagny”

Numru ta’ referenza tal-UE: PDO-FR-A1023-AM01 — 13.7.2026

1.   Isem/Ismijiet

Blagny

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

☑

DOP

☐

IĠP

3.   Pajjiż li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika definita

Franza

4.   Klassifikazzjoni tal-prodott agrikolu f’konformità mal-intestatura u l-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda, kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2024/1143

2204 — Inbid tal-għeneb frisk, inkluż l-inbejjed imqawwija; most tal-għeneb għajr dak tal-intestatura 2009

5.   Kategoriji ta’ prodotti tad-dwieli kif elenkati fil-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013

1.

Inbid

6.   Deskrizzjoni tal-inbid jew tal-inbejjed

Prodott tad-dwieli

Inbejjed ħomor

Karatteristiċi organolettiċi

Apparenza viżiva

L-inbejjed għandhom kulur skur, b’tonalitajiet li jxaqilbu għal lewn il-granata.

Aroma

L-inbejjed għandhom aroma ta’ frott sabiħa spiss bi frott iswed żgħir predominanti u noti pikkanti, li jevolvu bi tqaddim f’noti ta’ kaċċa jew veġetazzjoni f’qiegħ il-foresta.

Togħma

L-inbejjed ħafna drabi jkollhom struttura pjuttost robusta iżda tannika bellusija, imsejsa minn ċerta vivaċità. Ftit snin fil-kantina jimmoderaw l-eżuberanza tal-karattru mhux imqaddem tagħhom.

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi

—

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

—

Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum):

—

Aċidità totali minima:

—

Unità ta’ aċidità totali minima:

—

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

—

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

—

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi

L-inbejjed għandhom qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum ta’ 10,5 %.

☑

Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE.

7.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

7.1.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi użati biex isir l-inbid jew l-inbejjed u r-restrizzjonijiet rilevanti għall-produzzjoni tagħhom

Prattika tal-produzzjoni tal-inbid

Metodu tal-kultivazzjoni

Tip ta’ prattika enoloġika

Metodu tal-kultivazzjoni

Deskrizzjoni

(a)

Densità tat-tħawwil: Id-densità minima tat-tħawwil tad-dwieli hija ta’ 9 000 pjanta għal kull ettaru, b’distanza massima ta’ 1,25 metru bejn il-flanni u b’distanza minima ta’ 0,50 metru bejn il-pjanti fl-istess flann. - Ma hemmx għalfejn li d-dwieli jitħawlu fi flanni dment li tiġi rrispettata d-densità minima tat-tħawwil u li l-wisa’ bejn il-pjanti taqbeż 0,50 metru. - Id-dwieli jista’ jkollhom densità minima tat-tħawwil ta’ 5 000 pjanta għal kull ettaru b’wisa bejn il-flanni ta’ 2,20 metri jew anqas, soġġett għall-iffirmar ta’ ftehim mill-Istitut Nazzjonali tal-Oriġini u tal-Kwalità (INAO), mill-korp għall-protezzjoni u għall-ġestjoni (ODG), mill-operatur awtorizzat ikkonċernat u mill-operatur tal-produzzjoni tal-inbid f’konformità mal-ftehim qafas approvat mill-kumitat nazzjonali rilevanti fid-29 ta’ Ġunju 2023. Iż-żona ta’ dawn id-dwieli hija limitata għal 10 % taż-żona totali tal-irqajja’ tal-azjenda li jipproduċu l-inbid kopert mid-denominazzjoni u għal ettaru wieħed għal kull azjenda.

(b)

Regoli dwar iż-żbir: L-inbejjed jiġu minn dwieli li jinżabru skont id-dispożizzjonijiet li ġejjin: Dispożizzjonijiet ġenerali – Id-dwieli jinżabru sa massimu ta’ tmien għejun għal kull pjanta: - jew b’żabra qasira (dwieli mħarrġa fi żbir bis-sistema tal-cordon Royat, tal-cordon bilaterali, f’forma ta’ sġajriet u f’forma ta’ mrewħa); - jew b’żabra twila bil-metodu ta’ Guyot uniku. Dispożizzjonijiet speċjali – il-perjodu biex jiġi stabbilit il-cordon huwa limitat għal sentejn. Matul dan il-perjodu, huwa permess li jintuża ż-żbir Guyot doppju għal massimu ta’ ħames għejun fuq kull zokk. Iż-żbir Guyot uniku jiġi adattat billi tintuża t-tieni rimja, li tagħmilha possibbli li l-pożizzjoni taz-zokk twil tvarja minn sena għal oħra. Irrispettivament mill-metodu ta’ żbir, id-dwieli jistgħu jinżabru b’għejun addizzjonali, bil-kundizzjoni li, fl-istadju fenoloġiku li jikkorrispondi għal 11 jew 12-il werqa, l-għadd ta’ friegħi li jagħtu l-frott għal kull pjanta ma jaqbiżx l-għadd ta’ għejun stabbilit mir-regoli dwar iż-żbir.

Għal dwieli mħawla b’anqas minn 9 000 pjanta għal kull ettaru, ir-regoli dwar iż-żbir ġew adattati biex iqisu l-fatt li l-għadd ta’ għejun jew ta’ friegħi li jagħtu l-frott għal kull pjanta jitqies bħala għal kull metru kwadru.

Prattika tal-produzzjoni tal-inbid

—

Tip ta’ prattika enoloġika

Prattika enoloġika speċifika

Deskrizzjoni

—

It-tekniki sottrattivi tal-arrikkiment huma permessi sa rata ta’ konċentrazzjoni ta’ 10 %;

—

L-użu ta’ laqx tal-injam huwa pprojbit;

—

Wara l-arrikkiment, il-qawwa alkoħolika totali tal-inbejjed skont il-volum ma tridx taqbeż it-13,5 %.

Il-prattiki enoloġiċi użati biex isiru l-inbejjed jikkonformaw mar-regolamenti tal-UE.

7.2.   Rendimenti massimi

L-inbejjed/kategoriji/varjetajiet/tipi kollha

Inbejjed ħomor

Rendiment massimu

Rendiment massimu:

58

Unità ta’ rendiment massimu:

ettolitri għal kull ettaru

L-inbejjed/kategoriji/varjetajiet/tipi kollha

Inbejjed ħomor eliġibbli għall-użu tat-terminu “premier cru”

Rendiment massimu

Rendiment massimu:

56

Unità ta’ rendiment massimu:

ettolitri għal kull ettaru

8.   Indikazzjoni tal-varjetà jew tal-varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid li minnhom jiġi prodott l-inbid jew jiġu prodotti l-inbejjed

—

Chardonnay B

—

César N

—

Pinot Blanc B

—

Pinot Gris G

—

Pinot Noir N

9.   Definizzjoni qasira taż-żona ġeografika definita

Il-ħsad tal-għeneb u l-produzzjoni, il-preparazzjoni u t-tqaddim tal-inbejjed isiru fit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin fid-dipartiment ta’ Côte-d’Or: Meursault u Puligny-Montrachet.

10.   Rabta maż-żona ġeografika

Kategorija ta’ prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

Sommarju tar-rabta

(a)   Deskrizzjoni tal-fatturi naturali rilevanti għar-rabta

Iż-żona ġeografika tinsab fir-reġjun tal-vitikultura ta’ Côte de Beaune, ridge mmewweġ b’ġenb dritt li jestendi xi 25 kilometru bejn wieħed u ieħor lejn id-direzzjoni tal-Grigal/Lbiċ. Din l-elevazzjoni ta’ oriġini tettonika tissepara l-plateaux tal-ġebla tal-ġir tal-“Hautes Côtes” fil-Punent, f’altitudni ta’ bejn 400 metru u 500 metru, mill-pjanura ta’ Bresse fil-Lvant, wied tettoniku Terzjarju f’altitudni ta’ madwar 250 metru, f’angoli retti mal-“Côte” (ix-xaqliba). Iż-żona ġeografika tinkudi l-muniċipalitajiet ta’ Meursault u ta’ Puligny-Montrachet, fin-Nofsinhar tal-belt żgħira ta’ Beaune, fid-dipartment ta’ Côte-d’Or, Bourgogne. Blagny huwa rħajjel li t-territorju tiegħu jinqasam bejn iż-żewġ muniċipalitajiet. Imrekken fil-qalba tal-ġenb tal-għoljiet ewlenin, dan jokkupa għalqa mtarrġa żgħira tal-ġebla tal-ġir, b’intervalli ta’ dawk li qabel kienu barrieri. L-irqajja’ definiti għall-ħsad tal-għeneb jokkupaw amifteatru naturali b’xaqlibiet mhux weqfin imdawrin b’masġar. F’nofs il-“Côte”, bejn 300 metru u 380 metru ’l fuq mil-livell tal-baħar, madwar l-irħajjel ta’ Blagny, jibbenefikaw minn aspett tal-Lvant, billi jaraw ix-xemx tiela’. Is-sodda ta’ blat tikkonsisti prinċipalment minn marl (ġebla tal-ġir taflija) mill-era Oxfordjana (Ġurassiku ta’ Fuq) u, fin-naħa ta’ isfel, minn ġebla tal-ġir dalle nacrée (qatgħa njam lewn il-perla) mill-era Kallovjana (Ġurassiku Medju). Is-sodda ta’ blat tal-marl u tal-ġebla tal-ġir tax-xaqliba spiss tinħeba b’saffi ta’ torba ffurmata minn taħlita ta’ tafal u ta’ ramal, li tirriżulta mid-deterjorament tas-sottoswol u tat-terren sovrastanti. In-natura u l-ħxuna ta’ dawn is-saffi jiddependu mill-pożizzjoni tagħhom fuq ix-xaqliba. Dawn is-saffi, li huma ġeblin ħafna u li ma humiex ħoxnin ħafna, huma kemxejn aktar żviluppati miż-żoni aktar ċatti (minn ftit deċimetri sa metru). Il-ħamrija ma hijiex żviluppata tajjeb, għandha kontenut għoli ta’ karbonju u hija rqiqa. Fuq il-marl, tista’ tkun tqila u taflija, iżda jiġi żgurat skular tajjeb mix-xaqliba. Fuq id-dalle nacrée, hija ġeblija ħafna iżda l-għeruq jgħaddu minnha faċilment. Il-provvista tal-ilma tiġi żgurata permezz tal-umdità interstizjali tal-ġebla tal-ġir esposta għall-kundizzjonijiet tat-temp, li tiżgura skular tassew effettiv matul il-perjodi bix-xita. Il-klima hija marittima u friska, imfixkla minn influwenzi kontinentali u tan-Nofsinhar li jgħaddu mill-kurituri tar-Rhône-Saône. Il-“Côte”, lejn il-Lvant tal-massif ta’ Morvan u l-plateaux ta’ Bourgogne, igawdi minn pożizzjoni mkennija li tagħmlu aktar sħun u aktar xott mir-reġjun b’mod ġenerali, li jwassal għal vitikultura ta’ kwalità għolja (l-effett Foehn). Is-sitwazzjoni speċifika taż-żona ġeografika ġġib ċerta freskezza, marbuta mal-altitudni relattiva, għalkemm din hija fil-biċċa l-kbira kkumpensata mill-ammont ta’ xemx li tirċievi ż-żona minħabba l-pajsaġġ miftuħ tagħha u minħabba l-fatt li ż-żona hija protetta mill-irjieħ tal-Punent u tat-Tramuntana. Is-sit huwa amfiteatru naturali u partikolarment sħun matul ix-xhur sajfin, li jispjega l-preżenza tal-ħajja tal-pjanti li sseħħ b’mod naturali b’karatteristiċi Mediterranji.

(b)   Deskrizzjoni tal-fatturi umani rilevanti għar-rabta

Skont studju ta’ Pierre Forgeot, id-dwieli dehru għall-ewwel darba fir-reġjun ta’ Côte de Beaune fit-tieni seklu QK. Mis-seklu 15 ’il quddiem, l-inbejjed Beaune tqassmu madwar l-Ewropa kollha. Kienu “l-immaġni tal-marka” tad-Dukat ta’ Bourgogne fl-aqwa tiegħu. Dawn l-inbejjed ħomor qawwija b’livell baxx ta’ tannini, magħrufin bħala “pinots vermeils”(pinots tal-vermilju), kienu l-uniċi nbejjed adattati biex jiġu ttrasportati. Is-seklu 18 ra l-feġġa tal-vitikulturi negozjanti f’Bourgogne, li taw identità ġdida lill-inbejjed tar-reġjun u stabbilew id-distribuzzjoni mifruxa tagħhom madwar l-Ewropa. Côte de Beaune ssupplixxa “nbejjed fini” lin-negozjanti tal-inbid ta’ Beaune, li kellhom sehem kbir mis-suq. L-irħajjel ta’ Blagny, li jinsab fuq il-konfini bejn il-muniċipalitajiet ta’ Meursault u ta’ Puligny-Montrachet, deher għall-ewwel darba fir-reġistri storiċi fil-Medju Evu. Dan joriġina minn proprjetà ’l bogħod mill-Abbazija Ċisterċjana ta’ Maizières, li tinsab ftit kilometri mil-Lvant. Għalkemm għad fadal ftit evidenza dwar din il-proprjetà agrikola, il-memorja tagħha ġiet ippreservata fl-ismijiet tal-post lokali, b’mod partikolari fir-rotta magħrufa bħala l-“Passaġġ tal-Patrijiet”, li tgħaqqad Blagny mal-pjanura. Fi żmien ir-rivoluzzjoni Franċiża, Maizières għebet, wara li ġiet ikkonfiskata mbagħad mibjugħa bħala assi nazzjonali, u l-pussessi tagħha nfirxu. Madankollu, fil-bidu tas-seklu 19, l-inbejjed Blagny dehru bħala l-aktar “crus of Puligny” apprezzati. Jullien (sa mill-1816), Dr Lavalle (1855) u aktar tard Danguy u Aubertin (1892) kollha jirreferu għalihom. Bejn l-ismijiet rinomati ta’ “Meursault” u “Puligny”, imfaħħra għall-inbejjed bojod eċċellenti tagħhom, “Blagny” kisbet reputazzjoni tajba bis-saħħa tal-inbejjed ħomor prodotti madwar l-irħajjel. Dawn l-inbejjed ġew rikonoxxuti uffiċjalment taħt id-denominazzjoni ta’ oriġini protetta Blagny fl-1937. Sa mis-seklu 18, il-vinji u l-fatturi li jiddeterminaw il-kwalità tagħhom ġew soġġetti għal studju estensiv, u bosta awturi pproduċew klassifiki tal-crus ta’ Bourgogne. Il-klassifiki abbozzati mill-Kumitat tal-Vitikultura ta’ Beaune fl-1860 jirrappreżentaw il-qofol ta’ din il-ħidma. Għal kull muniċipalità tal-“Côte”, kull climat (l-isem komuni għal sit speċifiku ta’ vinja, normalment lieu-dit, jiġifieri roqgħa b’isem lokali tradizzjonali) imħawwel b’cépage fin (varjetà eleganti) ġie kklassifikat fuq skala ta’ kwalità. Fl-1943, ġiet rikonoxxuta lista ta’ climats eliġibbli biex jużaw it-terminu “premier cru”. Blagny hija denominazzjoni ta’ oriġini protetta riżervata esklużivament għall-inbejjed ħomor. Il-varjetà ta’ dwieli ewlenija hija l-Pinot Noir N. Id-dwieli jitħarrġu f’konformità mal-prattiki kurrenti fir-reġjun ta’ Côte de Beaune, inklużi, b’mod partikolari, id-densitajiet tat-tħawwil ta’ aktar minn 9 000 pjanta għal kull ettaru. Hija drawwa li l-inbejjed jitqaddmu għal tal-anqas 8 xhur. Fl-2008, il-vinji kienu jkopru erja ta’ madwar 5 ettari, filwaqt li kull sena jipproduċu medja ta’ 165 ettolitru.

(c)   Informazzjoni dwar il-kwalità u l-karatteristiċi tal-prodott

L-inbejjed b’kulur skur, b’tonalitajiet li jxaqilbu għal lewn il-granata, ħafna drabi jkollhom struttura pjuttost robusta iżda tannika bellusija, imsejsa minn ċerta vivaċità. Għandhom aroma ta’ frott sabiħa spiss bi frott iswed żgħir predominanti u noti pikkanti, li jevolvu bi tqaddim f’noti ta’ kaċċa jew veġetazzjoni f’qiegħ il-foresta. Ftit snin fil-kantina jimmoderaw l-eżuberanza tal-karattru mhux imqaddem tagħhom.

(d)   Interazzjonijiet kawżali

Il-klima marittima friska, it-topografija tal-“Côte” u l-ħamrija tal-marl u tal-ġebla tal-ġir mill-perjodu Ġurassiku jgħinu l-varjetà nattiva ta’ Bourgogne, il-Pinot Noir N, tiffjorixxi. Fiż-żona ġeografika ta’ Blagny, din il-varjetà hija speċjalment unika minħabba l-karatteristiċi singolari tas-sit. L-altitudni u s-sodda ta’ blat b’ħafna marl jikkontribwixxu għal ċerta awsterità fl-istruttura tal-inbejjed, filwaqt li s-sħana li jżomm fih l-amfiteatru, li jikkonsisti mill-wied dejjaq vojt u l-masġar ta’ madwaru, tgħin konsidervolment fil-proċess tas-sajran. It-terren, id-diversità ġeoloġika u l-varjetà ta’ ħamrija li żviluppat iwasslu għal firxa wiesgħa ta’ sfumaturi fl-inbejjed, li għal żmien twil ħeġġew lill-produtturi jiddistingwu bejn il-climats li jiffurmaw iż-żona tal-vitikultura. Dawn l-isfumaturi jintwerew permezz tal-prattika komuni ta’ tikkettar tal-inbejjed bl-isem tal-climat fejn tkabbar l-għeneb. Il-perjodu twil ta’ maturazzjoni tal-inbejjed, li jtejjeb l-adegwatezza tagħhom għat-tqaddim fil-flixkun, jgħin biex tissaħħaħ l-espressjoni ta’ din id-diversità, li hija apparenti fit-togħma. Fl-1816, Jullien elenka l-inbejjed ħomor ta’ Blagny bħala nbejjed tat-tielet klassi fost l-inbejjed fini ta’ Bourgogne. Fl-1860, il-Kumitat tal-Vitikultura ta’ Beaune kklassifika l-biċċa l-kbira taż-żona bħala tal-ewwel klassi. Il-lieux-dits li jiffurmaw iż-żona “Blagny” issa huma kklassifikati bħala “premier cru”. L-inbejjed bid-denominazzjoni ta’ oriġini protetta Blagny huma uniċi u rarità fid-denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti ta’ Bourgogne. Ma humiex distribwiti ħafna u d-dewqan tagħhom għadu esperjenza emottiva għall-entużjasti.

11.   Rekwiżiti oħra applikabbli

Titolu tar-rekwiżit/tad-deroga

Tikkettar

Qafas legali

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit/deroga ulterjuri

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit/tad-deroga

(a)

L-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta jista’ jiġi ssupplimentat bit-terminu tradizzjonali “premier cru”. L-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta jista’ jiġi segwit mid-denominazzjonijiet ġeografiċi komplementari (climats) ta’ hawn taħt, f’konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti għall-inbejjed intitolati biex jużaw it-terminu tradizzjonali “premier cru”:

Lista ta’ climats – “Hameau de Blagny”, – “La Garenne” jew “sur la Garenne”, - “La Jeunellotte”, - “La Pièce sous le Bois”, - “Sous Blagny”, - “Sous le Dos d’Ane”, u - “Sous le Puits”.

L-isem ta’ climat li jista’ jintuża flimkien mat-terminu tradizzjonali “premier cru” jrid jidher immedjatament wara l-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta u jkun stampat b’ittri li ma jkunux akbar, la fl-għoli u lanqas fil-wisa’, minn dawk li jispellu l-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta.

(b)

L-isem ta’ unità ġeografika iżgħar jista’ jidher fuq it-tikkettar tal-inbejjed koperti bid-denominazzjoni ta’ oriġini protetta, dment li: - ikun l-isem ta’ post fir-reġistru tal-artijiet; - ikun jidher fuq id-dikjarazzjoni tal-ħsad. L-isem tal-post reġistrat irid ikun stampat b’ittri li d-daqs tagħhom ma jkunx akbar, la fl-għoli u lanqas fil-wisa’, minn nofs id-daqs tal-ittri li jiffurmaw l-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta.

(c)

L-unità ġeografika akbar “Vin de Bourgogne” jew “Grand Vin de Bourgogne” tista’ tidher fuq it-tikkettar tal-inbejjed koperti mid-denominazzjoni ta’ oriġini protetta.

(d)

Meta l-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta jiġi segwit mid-denominazzjoni ġeografika supplimentari “Côte de Beaune”, dik id-denominazzjoni ġeografika supplimentari tidher immedjatament wara l-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta mingħajr ebda kliem ieħor bejniethom. Jiġi stampat b’karattri identiċi tal-istess daqs, kulur u tipa bħal dawk li jiffurmaw l-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta.

(e)

Huwa pprojbit li tiġi ddikjarata l-varjetà ta’ għeneb fuq it-tikketti tal-inbejjed bid-denominazzjoni ta’ oriġini protetta.

Titolu tar-rekwiżit/tad-deroga

Żona fil-prossimità immedjata

Qafas legali

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit/deroga ulterjuri

Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika definita

Deskrizzjoni tar-rekwiżit/tad-deroga

Iż-żona fil-prossimità immedjata, iddefinita b’deroga għall-produzzjoni, għall-iżvilupp u għat-tqaddim tal-inbejjed, tinkludi t-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin, abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tal-2024:

—

id-Dipartiment ta’ Côte-d’Or: Agencourt, Aloxe-Corton, Ancey, Arcenant, Argilly, Austriourt, Auxey-Duresses, Baubigny, Beaune, Belan-sur-Ource, Bévy, Bissey-la-Côte, Bligny-lès-Beaune, Boncourt-le-Bois, Bouix, Bouze-lès-Beaune, Brion-sur-Ource, Brochon, Cérilly, Chambœuf, Chambolle-Musigny, Channay, Charrey-sur-Seine, Chassagne-Montrachet, Châtillon-sur-Seine, Chaumont-le-Bois, Chaux, Chenôve, Chevannes, Chorey-lès-Beaune, Collonges-lès-Bévy, Combertault, Comblanchien, Corcelles-les-Arts, Corcelles-les-Monts, Corgoloin, Cormot-Vauchignon, Corpeau, Couchey, Curley, Curtil-Vergy, Daix, Dijon, Ebaty, Echevronne, Epernay-sous-Gevrey, L’Etang-Vergy, Etrochey, Fixin, Flagey-Echézeaux, Flavignerot, Fleurey-sur- Ouche, Fussey, Gerland, Gevrey-Chambertin, Gilly-lès-Cîteaux, Gomméville, Grancey-sur-Ource, Griselles, Ladoix-Serrigny, Lantenay, Larrey, Levernois, Magny-lès-Villers, Mâlain, Marcenay, Marey-lès-Fussey, Marsannay-la-Côte, Massingy, Mavilly-Mandelot, Meloisey, Merceuil, Messanges, Meuilley, Meursanges, Molesme, Montagny-lès-Beaune, Monthelie, Montliot-et-Courcelles, Morey-Saint-Denis, Mosson, Nantoux, Nicey, Noiron-sur-Seine, Nolay, Nuits-Saint-Georges, Obtrée, Pernand-Vergelesses, Perrigny-lès-Dijon, Plombières-lès-Dijon, Poinçon-lès-Larrey, Pommard, Pothières, Premeaux-Prissey, Prusly-sur-Ource, Quincey, Reulle-Vergy, La Rochepot, Ruffey-lès-Beaune, Saint-Aubin, Saint-Bernard, Sainte-Colombe-sur-Seine, Sainte-Marie-la-Blanche, Saint-Philibert, Saint-Romain, Santenay, Savigny-lès-Beaune, Segrois, Tailly, Talant, Thoires, Valforêts (il-parti tat-territorju li tikkorrispondi għall-eks muniċipalità ta’ Clémencey), Vannaire, Velars-sur-Ouche, Vertault, Vignoles, Villars-Fontaine, Villebichot, Villedieu, Villers-la-Faye, Villers-Patras, Villy-le-Moutier, Vix, Volnay, Vosne-Romanée u Vougeot;

—

id-Dipartiment ta’ Rhône: Alix, Anse, L’Arbresle, Les Ardillats, Arnas, Bagnols, Beaujeu, Belleville-en-Beaujolais, Belmont-d’Azergues, Blacé, Le Breuil, Bully, Cercié, Chambost-Allières, Chamelet, Charentay, Charnay, Châtillon, Chazay-d’Azergues, Chénas, Chessy, Chiroubles, Cogny, Corcelles-en-Beaujolais, Denicé, Dracé, Emeringes, Fleurie, Frontenas, Gleizé, Jarnioux, Juliénas, Jullié, Lacenas, Lachassagne, Lancié, Lantignié, Légny, Létra, Limas, Lozanne, Lucenay, Marchampt, Marcy, Moiré, Montmelas-Saint-Sorlin, Morancé, Odenas, Le Perréon, Pommiers, Portes des Pierres Dorées, Quincié-en-Beaujolais, Régnié-Durette, Rivolet, Saint-Clément-sur-Valsonne, Saint-Cyr-le-Chatoux, Saint-Didier-sur-Beaujeu, Saint-Etienne-des-Oullières, Saint-Etienne-la-Varenne, Saint-Georges-de-Reneins, Saint-Germain-Nuelles, Saint-Jean-des-Vignes, Saint-Julien, Saint-Just-d’Avray, Saint-Lager, Saint-Romain-de-Popey, Saint-Vérand, Sainte-Paule, Salles-Arbuissonnas-en-Beaujolais, Sarcey, Taponas, Ternand, Theizé, Val d’Oingt, Vaux-en-Beaujolais, Vauxrenard, Vernay, Villefranche, Ville-sur-Jarnioux, Villié-Morgon u Vindry-sur-Turdine (il-parti li tikkorrispondi għall-eks muniċipalitajiet ta’ Dareizé, Les Olmes u Saint-Loup);

—

id-Dipartiment ta’ Saône-et-Loire: Aluze, Ameugny, Azé, Barizey, Beaumont-sur-Grosne, Berzé-la-Ville, Berzé-le-Châtel, Bissey-sous-Cruchaud, Bissy-la-Mâconnaise, Bissy-sous-Uxelles, Bissy-sur-Fley, Blanot, Bonnay-Saint-Ythaire, Bouzeron, Boyer, Bray, Bresse-sur-Grosne, Burgy, Burnand, Bussières, Buxy, Cersot, Chagny, Chaintré, Chalon-sur-Saône, Chamilly, Champagny-sous-Uxelles, Champforgeuil, Chânes, Change, Chapaize, La Chapelle-de-Bragny, La Chapelle-de-Guinchay, La Chapelle-sous-Brancion, Charbonnières, Chardonnay, La Charmée, Charnay-lès-Mâcon, Charrecey, Chasselas, Chassey-le-Camp, Château, Châtenoy-le-Royal, Chaudenay, Cheilly-lès-Maranges, Chenôves, Chevagny-lès-Chevrières, Chissey-lès-Mâcon, Clessé, Cluny, Cormatin, Cortambert, Cortevaix, Couches, Crêches-sur-Saône, Créot, Cruzille, Culles-les-Roches, Curtil-sous-Burnand, Davayé, Demigny, Dennevy, Dezize-lès-Maranges, Donzy-le-Pertuis, Dracy-le-Fort, Dracy-lès-Couches, Epertully, Etrigny, Farges-lès-Chalon, Farges-lès-Mâcon, Flagy, Fleurville, Fley, Fontaines, Fragnes-la-Loyère (il-parti li tikkorrispondi għall-eks muniċipalità ta’ La Loyère), Fuissé, Genouilly, Germagny, Givry, Granges, Grevilly, Hurigny, Igé, Jalogny, Jambles, Jugy, Jully-lès-Buxy, La Vineuse-sur-Frégande (il-parti li tikkorrispondi għall-eks muniċipalitajiet ta’ Donzy-le-National, La Vineuse u Massy), Lacrost, Laives, Laizé, Lalheue, Leynes, Lournand, Lugny, Mâcon, Malay, Mancey, Martailly-lès-Brancion, Massilly, Mellecey, Mercurey, Messey-sur-Grosne, Milly-Lamartine, Montagny-lès-Buxy, Montbellet, Montceaux-Ragny, Moroges, Nanton, Ozenay, Paris-l’Hôpital, Péronne, Pierreclos, Plottes, Préty, Prissé, Pruzilly, Remigny, La Roche-Vineuse, Romanèche-Thorins, Rosey, Royer, Rully, Saint-Albain, Saint-Ambreuil, Saint-Amour-Bellevue, Saint-Boil, Saint-Clément-sur-Guye, Saint-Denis-de-Vaux, Saint-Désert, Saint-Gengoux-de-Scissé, Saint-Gengoux-le-National, Saint-Germain-lès-Buxy, Saint-Gervais-sur-Couches, Saint-Gilles, Saint-Jean-de-Trézy, Saint-Jean-de-Vaux, Saint-Léger-sur-Dheune, Saint-Mard-de-Vaux, Saint-Martin-Belle-Roche, Saint-Martin-du-Tartre, Saint-Martin-sous-Montaigu, Saint-Maurice-de-Satonnay, Saint-Maurice-des-Champs, Saint-Maurice-lès-Couches, Saint-Pierre-de-Varennes, Saint-Rémy, Saint-Sernin-du-Plain, Saint-Symphorien-d’Ancelles, Saint-Vallerin, Saint-Vérand, Saisy, La Salle, Salornay-sur-Guye, Sampigny-lès-Maranges, Sancé, Santilly, Sassangy, Saules, Savigny-sur-Grosne, Sennecey-le-Grand, Senozan, Sercy, Serrières, Sigy-le-Châtel, Sologny, Solutré-Pouilly, Taizé, Tournus, Uchizy, Varennes-lès-Mâcon, Vaux-en-Pré, Vergisson, Vers, Verzé, Le Villars, Vinzelles u Viré;

—

id-Dipartiment ta’ Yonne: Aigremont, Annay-sur-Serin, Arcy-sur-Cure, Asquins, Augy, Auxerre, Avallon, Bazarnes, Beine, Bernouil, Béru, Bessy-sur-Cure, Bleigny-le-Carreau, Censy, Chablis, Champlay, Champs-sur-Yonne, Chamvres, La Chapelle-Vaupelteigne, Charentenay, Châtel-Gérard, Chemilly-sur-Serein, Cheney, Chevannes, Chichée, Chitry, Collan, Coulangeron, Coulanges-la-Vineuse, Courgis, Cruzy-le-Châtel, Dannemoine, Deux-Rivières, Dyé, Epineuil, Escamps, Escolives-Sainte-Camille, Fleys, Fontenay-près-Chablis, Gy-l’Evêque, Héry, Irancy, Island, Joigny, Jouancy, Junay, Jussy, Lichères-près-Aigremont, Lignorelles, Ligny-le-Châtel, Lucy-sur-Cure, Maligny, Mélisey, Merry-Sec, Migé, Molay, Molosmes, Montholon (il-parti li tikkorrispondi għall-eks muniċipalitajiet ta’ Champvallon, Villiers-sur-Tholon u Volgré), Montigny-la-Resle, Mouffy, Moulins-en-Tonnerois, Nitry, Noyers, Ouanne, Paroy-sur-Tholon, Pasilly, Pierre-Perthuis, Poilly-sur-Serein, Pontigny, Préhy, Quenne, Roffey, Rouvray, Saint-Bris-le-Vineux, Saint-Cyr-les-Colons, Saint-Père, Sainte-Pallaye, Sainte-Vertu, Sarry, Senan, Serrigny, Tharoiseau, Tissey, Tonnerre, Tronchoy, Val-de-Mercy, Vallan, Venouse, Venoy, Vermenton, Vézannes, Vézelay, Vézinnes, Villeneuve-Saint-Salves, Villy, Vincelles, Vincelottes, Viviers u Yrouerre.

F’konformità mal-Artikolu 5(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33, iż-żona fil-prossimità immedjata tikkorrispondi għal żona fil-prossimità immedjata taż-żona definita inkwistjoni.

Referenza elettronika (URL) għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://info.agriculture.gouv.fr/boagri/document_administratif-8014d4a0-f691-4399-b6d4-ca4ad830e24e


(1)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 tat-30 ta’ Ottubru 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar ir-reġistrazzjoni u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, speċjalitajiet tradizzjonali garantiti u termini tal-kwalità mhux obbligatorji u li jħassar ir-Regolament Delegat (UE) Nru 664/2014 (ĠU L, 2025/27, 15.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/27/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/5246/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)