2.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 147/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 536/2011

tal-1 ta’ Ġunju 2011

li jemenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE u l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 fir-rigward tad-dħul tal-Afrika t’Isfel fil-listi tal-pajjiżi terzi jew partijiet tagħhom

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b'mod partikolari l-frażi introduttorja tal-Artikolu 8, l-ewwel paragrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 8 u l-punt 4 tal-Artikolu 8 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (2), u b'mod partikolari l-Artikoli 23(1) u 24(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE tad-29 ta’ Novembru 2007 li tistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati għall-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-laħam u tal-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2005/432/KE (3) tistabbilixxi regoli għall-importazzjonijiet lejn l-Unjoni u t-tranżitu u l-ħażna fl-Unjoni ta' kunsinni ta' prodotti tal-laħam, kif definit fil-punt 7.1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (4) u tal-kunsinni ta' stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren, kif definiti fil-punt 7.9 ta' dak l-Anness.

(2)

Id-Deċiżjoni 2007/777/KE tistabbilixxi wkoll il-listi ta’ pajjiżi terzi u ta' partijiet minnhom, minn fejn għandhom jiġu awtorizzati dawn l-importazzjonijiet u t-tranżitu u l-ħażna kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa pubblika u tas-saħħa tal-annimali u t-trattamenti meħtieġa għal dawk il-prodotti.

(3)

Il-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE tistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi jew ta' partijiet minnhom li minnhom huma awtorizzati l-importazzjonijiet lejn l-Unjoni ta' prodotti tal-laħam u ta’ stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati li huma soġġetti għal trattamenti differenti, imsemmija fil-Parti 4 ta' dak l-Anness.

(4)

Fil-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE, l-Afrika t’Isfel hija elenkata bħala awtorizzata li timporta l-prodotti tal-laħam, l-istonkijiet, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati għall-konsum mill-bniedem meħudin mil-laħam tar-ratiti ta' trobbija, li jgħaddu minn trattament mhux speċifiku li għalih mhi speċifikata l-ebda temperatura minima (“trattament A”).

(5)

Il-Parti 3 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE tistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi jew ta' partijiet minnhom li minnhom huma awtorizzati l-importazzjonijiet lejn l-Unjoni ta' biltong/jerky (laħam maqtugħ strixxi u mnixxef fix-xemx) u prodotti tal-laħam pasturizzati, li huma soġġetti għal trattamenti differenti, imsemmija fil-Parti 4 ta' dak l-Anness.

(6)

Fil-Parti 3 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE, l-Afrika t’Isfel hija elenkata bħala awtorizzata għall-importazzjonijiet lejn l-Unjoni ta' biltong/jerky li huwa magħmul minn, jew fih laħam tat-tjur, tjur tal-kaċċa mrobbija, ratiti u għasafar tal-kaċċa selvaġġi li jgħaddu minn trattament speċifiku (“trattament E”).

(7)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta’ Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta’ tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja (5), jistabbilixxi rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjonijiet u t-tranżitu mill-Unjoni ta' tjur, bajd li qegħdin ifaqqsu, flieles li għandhom ġurnata u bajd speċifikat bħala liberu mill-patoġeni, u ta' laħam, laħam ikkapuljat u laħam tat-tiġieġ isseparat b'mod mekkaniku, li jinkludi ratiti, għasafar tal-kaċċa selvaġġi, bajd u prodotti tal-bajd. Dak ir-Regolament jistipula li l-prodotti koperti minnu għandhom biss ikunu importati lejn l-Unjoni u jgħaddu minnha bi tranżitu mill-pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti li huma elenkati fit-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tiegħu.

(8)

Fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, l-Afrika t’Isfel hija elenkata bħala awtorizzata għall-importazzjonijiet lejn l-Unjoni ta' ratiti ta' tnissil u produttivi u ta' flieles ta' ġurnata, bajd li qiegħed ifaqqas u laħam tar-ratiti.

(9)

Ir-Regolament (KE) Nru 798/2008 jistabbilixxi wkoll il-kundizzjonijiet għal pajjiż terzu, territorju żona jew kompartament li għandu jiġi kkunsidrat bħala ħieles mill-influwenza tat-tjur patoġenika għolja (HPAI) u r-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni veterinarja fir-rigward tal-prodotti ddestinati għall-importazzjoni lejn l-Unjoni.

(10)

L-Afrika t’Isfel infurmat lill–Kummissjoni dwar it-tifqigħa tal-HPAI tas-sottotip H5N2 li fid-9 ta' April 2011 ġiet kkonfermata fit-territorju tagħha.

(11)

Peress li t-tifqigħa tal-HPAI, ġiet ikkonfermata, it-territorju tal-Afrika t’Isfel ma jistax jibqa’ jitqies bħala pajjiż ħieles minn dik il-marda. B’konsegwenza ta' dan, l-awtoritajiet veterinarji tal-Afrika t’Isfel issospendew b’effett immedjat il-ħruġ ta' ċertifikati veterinarji għall-kunsinni ta' ċerti prodotti. L-annotazzjoni għall-Afrika t’Isfel fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(12)

Barra minn hekk, b’konsegwenza tat-tifqigħ tal-HPAI, l-Afrika t’Isfel ma għadhiex konformi mal-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-applikazzjoni tat-“trattament A” għall-prodotti li huma magħmula minn, jew fihom laħam tar-ratiti ta' trobbija jew stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren tar-ratiti ttrattati għall-konsum mill-bniedem, elenkati fil-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE, u għall-applikazzjoni tat-“trattament E” għall-biltong/jerky u prodotti tal-laħam pasturizzati li huma magħmula minn, jew fihom laħam tat-tjur, tjur tal-kaċċa mrobbija, ratiti u għasafar tal-kaċċa selvaġġi, elenkati fil-Parti 3 ta' dak l-Anness. Dawk it-trattamenti mhumiex biżżejjed sabiex jeliminaw ir-riskji tas-saħħa tal-annimali marbutin ma' dawk il-prodotti. L-annotazzjonijiet għal dawk il-prodotti għall-Afrika t’Isfel fil-Partijiet 2 u 3 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE għandhom għalhekk jiġu emendati sabiex jipprovdu għal trattament adegwat tagħhom.

(13)

Id-Deċiżjoni 2007/777/KE u r-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(14)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE huwa emendat skont l-Anness I għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 huwa emendat skont l-Anness II għal dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Ġunju 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(2)   ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74.

(3)   ĠU L 312, 30.11.2007, p. 49.

(4)   ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

(5)   ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1.


ANNESS I

L-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE hu emendat kif ġej:

(1)

fil-Parti 2, l-annotazzjoni għall-Afrika t'Isfel hija mibdula b’dan li ġej:

“ZA

L-Afrika t’Isfel (1)

C

C

C

A

D

D

A

C

C

A

A

D

XXX”

(2)

fil-Parti 3, l-annotazzjoni għall-Afrika t'Isfel hija mibdula b’dan li ġej:

“ZA

L-Afrika t’Isfel

XXX

XXX

XXX

XXX

D

D

A

XXX

XXX

A

A

D

XXX”

L-Afrika t’Isfel ZA-1

E

E

XXX

XXX

D

D

A

E

XXX

A

A

D

 


ANNESS II

Fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, l-annotazzjoni għall-Afrika ta' Isfel hija mibdula b’dan li ġej:

“ZA – l-Afrika t’Isfel

ZA-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4”

BPR

I

P2

9.4.2011

 

A

 

 

DOR

II

 

 

HER

III

 

 

RAT

VII

P2

9.4.2011