|
25.5.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 210/1 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
Tas-17 ta’ Mejju 2022
lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banco de Portugal
(BĊE/2022/24)
(2022/C 210/01)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
|
(2) |
Il-mandat tal-awdituri esteri kurrenti tal-Banco de Portugal, Deloitte & Associados — Sociedade de Revisores Oficiais de Contas S.A., intemm wara l-awditu għas-sena finanzjarja tal-2021. Għalhekk jenħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2022. |
|
(3) |
Il-Banco de Portugal għażel lil PriceWaterhouseCoopers & Associados — Sociedade de Revisores Oficiais de Contas, Lda. bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2022 sa 2026, |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
Huwa rrakkomandat li PriceWaterhouseCoopers & Associados — Sociedade de Revisores Oficiais de Contas Lda. għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tal-Banco de Portugal għas-snin finanzjarji 2022 to 2026.
Magħmul fi Frankfurt am Main, 17 ta’ Mejju 2022.
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE