|
2.10.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 256/14 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1140/2007
ta’ l-1 ta’ Ottubru 2007
rigward l-awtorizzazzjoni proviżorja ta' użu ġdid ta' adittiv diġà awtorizzat fl-għalf
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta' Novembru 1970 dwar l-addittivi fl-għalf (1), u partikolarment l-Artikoli 3 u 9e(1) tagħha,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar addittivi għall-użu fin-nutriment ta' l-annimali (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 25 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment ta’ l-annimali. |
|
(2) |
L-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistabbilixxi l-miżuri tranżitorji għall-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta' addittivi ta' l-għalf mibgħuta skond id-Direttiva 70/524/KEE qabel id-data ta' l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
L-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għal użu ġdid ta' l-addittiv imniżżel fl-Anness ta' dan ir-Regolament intbagħtet qabel id-data ta' l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(4) |
Il-kummenti tal-bidu dwar din l-applikazzjoni, kif previst fl-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 70/524/KEE, tressqet lill-Kummissjoni qabel id-data ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Din l-applikazzjoni għalhekk se tibqa’ titqies skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva 70/524/KEE. |
|
(5) |
L-użu tal-preparazzjoni ta' enżimi ta' endo-1,3(4)-beta-glucanase prodotti mill-Aspergillus aculeatus (CBS 589.94), endo-1,4-beta-glucanase prodott mit-Trichoderma longibrachiatum (CBS 592.94), alpha-amylase prodott mill-Bacillus amyloliquefaciens (DSM 9553), bacillolysin prodott mill-Bacillus amyloliquefaciens (DSM 9554) u endo-1,4-beta-xylanase prodott mit-Trichoderma viride (NIBH FERM BP 4842) kien awtorizzat mingħajr limitu ta' żmien għat-tiġieġ għat-tismin, mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 358/2005 (3). |
|
(6) |
Tressqet data ġdida b'appoġġ għal applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għal erba' snin għal dak il-preparament għat-tiġieġ tal-bajd. L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) esprimiet l-opinjoni tagħha dwar l-użu ta’ din il-preparazzjoni fit-18 ta’ April 2007. Il-valutazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9e(1) tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta’ din il-preparazzjoni, kif speċifikat fl-Anness ma' dan ir-Regolament, għandu jkun awtorizzat provviżorjament għal erba’ snin. |
|
(7) |
L-evalwazzjoni ta' din l-applikazzjoni turi li ċerti proċeduri għandhom jiġu rekwiżiti sabiex il-ħaddiema jkunu protetti mill-esponiment għall-addittivi elenkati fl-Annessi. Protezzjoni bħal din għandha tkun assigurata permezz ta’ l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri biex iħeġġu t-titjib tas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol (4). |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-preparazzjoni li hija parti mill-grupp “Enżimi”, kif speċifikat fl-Anness I, hija awtorizzata proviżorjament għal erba’ snin bħala addittiv fl-għalf ta’ l-annimali taħt il-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 1 ta’ Ottubru 2007.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1800/2004 (ĠU L 317, 16.10.2004, p. 37).
(2) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29. Ir-regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8).
(4) ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva (KE) Nru 2007/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 165, 27.6.2007, p. 21).
ANNESS
|
Nru KE |
Addittiv |
Formula kimika, deskrizzjoni |
Speċi jew kategorija ta' l-annimal |
Età massima |
Kontenut Minimu |
Kontenut Massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem tal-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||||||||||
|
Unità ta’ attività/kg ta' għalf sħiħ |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Enzimi |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
53 |
Endo-1,3(4)-beta-glucanase EC 3.2.1.6 Endo-1,4-beta-glucanase EC 3.2.1.4 Alpha-amylase EC 3.2.1.1 Bacillolysin EC 3.4.24.28 Endo-1,4-beta xylanase EC 3.2.1.8 |
Il-preparazzjoni ta' endo-1,3(4)-beta-glucanase prodotta mill-Aspergillus aculeatus (CBS 589.94), endo-1,4-beta-glucanase prodott mit-Trichoderma longibrachiatum (CBS 592.94), alpha-amylase prodott mill-Bacillus amyloliquefaciens (DSM 9553), bacillolysin prodott mill-Bacillus amyloliquefaciens (DSM 9554) u endo-1,4-beta-xylanase prodotta mit-Trichoderma viride (NIBH FERM BP 4842) li għandha attività minima ta'
|
Tiġieġ li jbidu |
— |
Endo-1,3(4)-beta-glucanase: 587 Endo-1,4-beta-glucanase: 1 000 U Alpha-amylase: 100 U Bacillolysin 112 U Endo-1,4-beta-xylanase: 5 000 U |
— |
|
22 ta’ Ottubru 2011 |
||||||||||||||||||||||||||
(1) 1 U huwa l-ammont ta' enżimi li jillibera 0.0056 mikromole ta' reducing sugars (ekwivalent ta' glukożju) minn beta-glucan tax-xgħir fil-minuta f' pH ta' 7.5 u 30 °C.
(2) 1 U huwa l-ammont ta' enżimi li jillibera 0.0056 mikromole ta' reducing sugars (ekwivalent ta' glukożju) minn carboxymethylcellulose fil-minuta f' pH ta' 4.8 u 50 °C.
(3) 1 U huwa l-ammont ta' enżimi li jillibera 1 mikromole ta' glucożju minn polimeri tal-lamtu cross-linked fil-minuta f' pH ta' 7,5 u 37 °C.
(4) 1 U huwa l-ammont ta' enżimi li jagħmel mikrogramma ta' ażo-kaseina li tinħall fl-aċidu trikloraċetiku fil-minuta f' pH ta' 7.5 u 37 °C.
(5) 1 U huwa l-ammont ta' enżimi li jillibera 0.0067 mikromole ta' reducing sugars (ekwivalent ta' ksilożju) minn xylan ta' l-injam tal-betula fil-minuta f' pH ta' 5.3 u 50 °C.