02015R2011 — MT — 18.05.2026 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2011

tal-11 ta' Novembru 2015

li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-listi ta' gvernijiet reġjonali u awtoritajiet lokali, li l-iskoperturi għalihom għandhom ikunu trattati bħala skoperturi għall-gvern ċentrali skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 295 12.11.2015, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/911 tas-27 ta’ April 2026

  L 911

1

28.4.2026




▼B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2011

tal-11 ta' Novembru 2015

li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-listi ta' gvernijiet reġjonali u awtoritajiet lokali, li l-iskoperturi għalihom għandhom ikunu trattati bħala skoperturi għall-gvern ċentrali skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

Listi ta' gvernijiet reġjonali u awtoritajiet lokali

Il-gvernijiet reġjonali u l-awtoritajiet lokali li ġejjin ser jitqiesu bħala entitajiet, li l-iskoperturi għalihom għandhom ikunu trattati bħala skoperturi għall-gvern ċentrali tal-ġurisdizzjoni fejn huma stabbiliti, kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 109a(2) tad-Direttiva 2009/138/KE:

(1) 

fl-Awstrija: kull “Land” jew “Gemeinde”;

(2) 

fil-Belġju: kull “communauté” jew “gemeenschap”,“région” jew “gewest”, “province” jew “provincie”, jew “commune” jew “gemeente”;

(3) 

fid-Danimarka: kull “region” jew “kommune”;

(4) 

fil-Finlandja: kull “kaupunki” jew “stad”, “kunta” jew “kommun”, jew l-“Ahvenanmaan maakunta” jew il-“Landskapet Åland”;

▼M1

(5) 

fi Franza: kwalunkwe “région”, “département”, “commune”, “collectivité à statut particulier” jew “établissement public de coopération intercommunale à fiscalité propre”;

▼B

(6) 

fil-Ġermanja: kull “Land”, “Gemeindeverband” jew “Gemeinde”;

▼M1

(6a) 

fil-Latvja: kwalunkwe “valstspilsētas pašvaldība” jew “novada pašvaldība”;

▼B

(7) 

fil-Liechtenstein: kull “Gemeinde”;

(8) 

fil-Litwanja: kull “savivaldybė”;

(9) 

fil-Lussemburgu: kull “commune”;

(10) 

fin-Netherlands: kull “provincie”, “waterschap” jew “gemeente”;

(11) 

fil-Polonja: kull “województwo”, “związek powiatów”, “powiat”, “związek międzygminny”, “gmina”, jew il-“miasto stołeczne Warszawa”;

(12) 

fil-Portugall: ir-“Região Autónoma dos Açores” jew ir-“Região Autónoma da Madeira”;

(13) 

fi Spanja: kull “comunidad autónoma” jew “corporación local”;

(14) 

fl-Iżvezja: kull “region”, “landsting” jew “kommun”.

▼M1 —————

▼B

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.