|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1063 |
13.5.2026 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/1063
tat-12 ta’ Mejju 2026
li jimponi dazju anti-dumping proviżorju fuq importazzjonijiet ta’ materjal mhux minsuġ magħmul direttament minn fibri tal-PET li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,
Wara li kkonsultat lill-Istati Membri,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Bidu
|
(1) |
Fil-15 ta’ Settembru 2025, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) bdiet investigazzjoni anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ materjal mhux minsuġ magħmul direttament minn fibri tal-PET (Spunbond tal-PET) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-pajjiż ikkonċernat”, “ir-RPĊ” jew iċ-Ċina) abbażi tal-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku. Hija ppubblikat Notifika tal-Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (“in-Notifika tal-Bidu”). |
|
(2) |
Il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni wara lment ippreżentat fit-8 ta’ Awwissu 2025 minn Freudenberg Performance Materials u Johns Manville (“l-ilmentaturi”), l-uniċi produtturi magħrufa tal-Unjoni tal-iSpunbond tal-PET. L-ilment sar f’isem l-industrija tal-Unjoni ta’ materjal mhux minsuġ magħmul direttament minn Spunbond tal-PET fis-sens tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku. L-ilment kien fih evidenza ta’ dumping u tad-dannu materjali li jirriżulta li kienet biżżejjed sabiex tiġġustifika l-bidu tal-investigazzjoni. |
1.2. Reġistrazzjoni
|
(3) |
Il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat soġġetti għar-reġistrazzjoni permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2409 (3) (“ir-Regolament dwar ir-reġistrazzjoni”). |
1.3. Partijiet interessati
|
(4) |
Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkuntattjawha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni infurmat speċifikament lill-ilmentaturi, lill-produtturi esportaturi magħrufa u lill-Gvern taċ-Ċina (“GTĊ”), lill-importaturi u lill-utenti magħrufa, lin-negozjanti, kif ukoll lill-assoċjazzjonijiet magħrufa li huma kkonċernati dwar il-bidu tal-investigazzjoni u stednithom jipparteċipaw. |
|
(5) |
Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità li jikkummentaw dwar il-ftuħ tal-investigazzjoni u li jitolbu smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali. |
1.4. Kummenti dwar il-bidu
|
(6) |
Wara l-bidu, il-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni ta’ Tessuti (China Chamber of Commerce for Import and Export of Textiles, CCCT) (4) u l-importatur Iko Europe NV issottomettew kummenti. |
|
(7) |
Is-CCCT qieset li l-volumi tal-importazzjonijiet mir-RPĊ ġew stabbiliti fuq bażi mhux affidabbli peress li l-ilmentaturi użaw metodu ta’ stima aktar milli ċifri miksuba direttament mill-Eurostat. Is-CCCT sostniet ukoll li l-allegati prezzijiet baxxi tal-importazzjonijiet Ċiniżi kienu bbażati fuq data magħżula b’mod selettiv u applikata b’mod inkonsistenti, bħall-kwotazzjonijiet tal-prezzijiet u d-data tal-importazzjoni. Fl-aħħar nett, is-CCCT affermat li l-evidenza miġbura għat-twaqqigħ tal-prezz u l-bejgħ taħt il-prezz ma kinitx biżżejjed, parzjalment minħabba n-nuqqas ta’ affidabbiltà tad-data dwar l-importazzjoni użata. |
|
(8) |
Mill-bidu nett, il-Kummissjoni nnotat li hija wettqet l-eżami tagħha tal-ilment f’konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku u waslet għall-konklużjoni li r-rekwiżiti għall-bidu ta’ investigazzjoni ġew issodisfati, jiġifieri li kien hemm biżżejjed evidenza ta’ dumping, dannu u rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet allegatament oġġett ta’ dumping u d-dannu allegat biex tinbeda l-investigazzjoni. |
|
(9) |
Skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament bażiku, ilment għandu jinkludi tali informazzjoni li tkun disponibbli b’mod raġonevoli għall-ilmentaturi. L-istandard legali ta’ evidenza meħtieġ għall-fini tal-bidu ta’ investigazzjoni (“biżżejjed” evidenza) huwa differenti minn dak li huwa neċessarju għall-fini ta’ determinazzjoni preliminari jew finali tal-eżistenza ta’ dumping, ta’ dannu jew ta’ rabta kawżali. Għaldaqstant, evidenza li ma hijiex ta’ kwantità jew ta’ kwalità suffiċjenti sabiex tiġġustifika determinazzjoni preliminari jew finali ta’ dumping, ta’ dannu jew ta’ kawżalità, xorta waħda tista’ tkun biżżejjed sabiex tiġġustifika l-bidu ta’ investigazzjoni. |
|
(10) |
Il-Kummissjoni qieset li l-affermazzjoni tas-CCCT tmur lil hinn mir-rekwiżiti tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament bażiku, peress li r-rwol tal-Kummissjoni fl-istadju tal-bidu huwa li teżamina l-preċiżjoni u l-adegwatezza tal-evidenza pprovduta fl-ilmentatur biex tiddetermina jekk kienx hemm biżżejjed evidenza biex tiġġustifika l-bidu. Il-Kummissjoni qieset li l-metodu użat għall-kalkolu tal-volumi tal-importazzjoni kien affidabbli biżżejjed biex iservi l-iskop li tinfetaħ investigazzjoni. Il-kodiċijiet NM li taħthom jiġi importat il-prodott taħt investigazzjoni ikopru wkoll prodotti li jaqgħu barra mill-ambitu tal-investigazzjoni. Għalhekk, l-istatistika tal-Eurostat ma setgħetx tintuża biex jiġu ddeterminati l-volumi tal-importazzjoni u l-ishma mis-suq. Kif spjegat fl-ilment, l-ilmentaturi stabbilew importazzjonijiet ibbażati fuq id-domanda totali fl-Unjoni nieqes il-bejgħ tal-Unjoni tal-produtturi tal-Unjoni. L-importazzjonijiet globali mbagħad inqasmu bejn l-importazzjonijiet miċ-Ċina u dawk minn pajjiżi oħra, abbażi ta’ valutazzjoni tad-data tal-Eurostat. Iċ-ċifri li rriżultaw imbagħad ġew kontroverifikati mal-informazzjoni disponibbli dwar is-suq. Fir-rigward tal-prezzijiet tal-importazzjoni, min-natura tal-preparazzjoni ta’ lment jirriżulta li l-ilmentaturi ma humiex f’sitwazzjoni li jiġbru evidenza diretta minn tranżazzjonijiet individwali. Għalhekk, hija kellha tirrikorri għal metodi oħra ta’ ġbir ta’ data, u l-Kummissjoni qieset li l-kriterji għal evidenza suffiċjenti fil-bidu ġew issodisfati. Għalhekk, fil-fehma tal-Kummissjoni, l-evidenza ppreżentata lilha kienet biżżejjed biex tiġġustifika l-ftuħ ta’ investigazzjoni. Il-Kummissjoni qieset li l-prezzijiet, bħall-kwotazzjonijiet, kienu oġġettivi biżżejjed u għalhekk affidabbli biżżejjed ukoll għall-fini tal-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz u tal-bejgħ taħt il-prezz. |
|
(11) |
Is-CCCT xeħtet dubju wkoll fuq l-impatt negattiv li l-importazzjonijiet mir-RPĊ kellhom fuq il-produtturi tal-Unjoni. L-ewwel nett, kif iddeduċiet ukoll is-CCCT fil-premessa (7), minħabba li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet ma kinux affidabbli, ma setgħetx tiġi stabbilita rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet u d-dannu lill-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, is-CCCT irreferiet ukoll għal fatturi oħra bħall-prezzijiet taċ-ċipep tal-PET, il-materja prima ewlenija, li kkontribwew ukoll għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni, u dan poġġa f’dubju r-rabta kawżali. |
|
(12) |
Il-Kummissjoni qieset li l-ilmentaturi ppreżentaw biżżejjed evidenza ta’ twaqqigħ tal-prezz u bejgħ taħt il-prezz, kif ukoll rabta bejn l-importazzjonijiet miċ-Ċina u s-sitwazzjoni dannuża tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(13) |
Wara l-bidu, il-fornituri tal-industrija tal-UE (BASF, Cargill, Corepla, Synthomer, Valmieras Stikla Skiedra), ippreżentaw kummenti b’appoġġ għall-investigazzjoni. L-assoċjazzjonijiet Taljani tar-riċiklaturi tal-plastik ASSORIMAP u Plastics Recyclers Europe esprimew ukoll appoġġ filwaqt li nnotaw l-importanza tal-iSpunbond tal-PET għar-riċiklaġġ tal-PET. L-assoċjazzjoni Pollakka tal-membrani tas-soqfa (utenti tal-prodott taħt investigazzjoni) esprimiet appoġġ, kif għamlet ukoll l-assoċjazzjoni Ewropea tal-membrani mhux minsuġa, EDANA. Utent Ġermaniż ippreżenta ruħu wkoll, filwaqt li esprima tħassib u nnota l-importanza tal-importazzjonijiet Ċiniżi għas-sigurtà tal-provvista tagħhom. |
|
(14) |
Bi tweġiba għall-bidu tal-proċediment, l-importatur/utent Iko Europe NV għamel talba għall-esklużjoni tal-prodott. Din l-affermazzjoni hija stabbilita f’aktar dettall fit-Taqsima 2.4 hawn taħt. |
1.5. Kampjunar
|
(15) |
Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li hija tista’ tieħu kampjun tal-partijiet interessati f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. |
1.5.1. Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni
|
(16) |
Fin-Notifika tal-Bidu tagħha, il-Kummissjoni ddikjarat li hija kienet għażlet b’mod proviżorju kampjun tal-produtturi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw dwar il-kampjun proviżorju. Ma wasal l-ebda kumment, iżda finalment il-Kummissjoni ddeċidiet li l-kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni ma kienx meħtieġ peress li t-tliet produtturi tal-Unjoni magħrufa u li kkooperaw kienu jirrappreżentaw 100 % tal-produzzjoni totali stmata tal-Unjoni tal-prodott taħt investigazzjoni. |
1.5.2. Kampjunar ta’ importaturi mhux relatati
|
(17) |
Biex tiddeċiedi jekk kienx meħtieġ li jittieħed kampjun u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni staqsiet lil importaturi mhux relatati sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika tal-Bidu. Żewġ importaturi mhux relatati pprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. Minħabba l-għadd żgħir ta’ tweġibiet, il-Kummissjoni ddeċidiet li l-kampjunar ma kienx meħtieġ. Iż-żewġ importaturi mhux relatati li ppreżentaw ruħhom matul l-eżerċizzju tal-kampjunar ġew mistiedna jissottomettu tweġiba għall-kwestjonarju. |
1.5.3. Kampjunar tal-produtturi esportaturi
|
(18) |
Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx neċessarju u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi kollha fir-RPĊ biex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Unjoni Ewropea sabiex tidentifika u/jew tikkuntattja lil produtturi esportaturi oħrajn, jekk hemm, li jistgħu jkunu interessati li jipparteċipaw fl-investigazzjoni. |
|
(19) |
Tmien produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat ipprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. F’konformità mal-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ żewġ produtturi esportaturi, li wieħed minnhom kien jikkonsisti minn żewġ entitajiet, abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni li seta’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. F’konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi magħrufa kollha kkonċernati u l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat ġew ikkonsultati dwar l-għażla tal-kampjun (5). Ma kien hemm l-ebda kumment dwar l-għażla tal-kampjun. |
1.6. Tweġibiet għall-kwestjonarju u żjarat ta’ verifika
|
(20) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku lill-GTĊ. |
|
(21) |
Il-Kummissjoni bagħtet ukoll kwestjonarji lill-produtturi tal-Unjoni u lill-importaturi u għamlet il-kwestjonarji disponibbli għall-produtturi esportaturi fir-RPĊ inklużi fil-kampjun. Kwestjonarji oħra, bħal kwestjonarji għall-utenti tal-Unjoni, saru disponibbli online (6) fil-jum tal-bidu. |
|
(22) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset meħtieġa għal determinazzjoni proviżorja ta’ dumping, id-dannu li jirriżulta u l-interess tal-Unjoni. Iż-żjarat ta’ verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku saru fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:
|
1.7. Perjodu ta’ investigazzjoni u perjodu kkunsidrat
|
(23) |
L-investigazzjoni tad-dumping u tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2024 sat-30 ta’ Ġunju 2025 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2022 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”). |
2. PRODOTT TAĦT INVESTIGAZZJONI, PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI
2.1. Prodott taħt investigazzjoni
|
(24) |
Il-prodott soġġett għal din l-investigazzjoni huwa ċerti folji mhux minsuġa trattati bil-labra ta’ filamenti tal-poliester, kemm jekk imsaħħa bil-fibri tal-ħġieġ kif ukoll jekk le, li jiżnu aktar minn 70 g/m2, bi ħxuna ta’ aktar minn 0,5 mm iżda mhux aktar minn 1,8 mm, mimlijin b’legant wieħed jew aktar, li fihom inqas minn 30 % ta’ fibri tal-ħġieġ skont il-piż, mhux miksija jew mgħottija, li bħalissa huma kklassifikati taħt il-kodiċijiet NM ex 5603 13 90 , 5603 14 20 u ex 5603 14 80 (il-kodiċijiet TARIC 5603 13 90 70 u 5603 14 80 70) (7) (“il-prodott taħt investigazzjoni”). |
|
(25) |
Il-Kummissjoni ċċarat li l-prodotti magħmula minn fibri staple ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-investigazzjoni, li jinkludi biss prodotti magħmula minn filamenti magħmula mill-bniedem, jiġifieri fibri kontinwi ta’ materjal magħmul mill-bniedem. |
|
(26) |
Il-proċess tal-produzzjoni għall-manifattura Spunbond tal-PET jibda b’ċipep tal-PET (jew laqx tal-PET) li l-ewwel jiddewweb u minn hemm ’il quddiem jiġi ffurmat f’filamenti billi l-polimeru mdewweb jiġi mdawwar u mġebbed. Dawn il-filamenti mbagħad jiġu mxerrda fuq xibka (diretta bi flussi tal-arja) biex jiffurmaw xibka. Il-filamenti mbagħad jitħabblu flimkien b’mod mekkaniku billi jittaqqbu bil-labra, jintrabtu flimkien b’legant (kimiku) ibbażat fuq il-lamtu jew fuq il-polimeru, u jistgħu jiġu rinfurzati bil-fibra tal-ħġieġ. Il-prodott finali jiġi mkebbeb u ppakkjat f’rombli kbar jew maqtugħ skont ir-rekwiżiti tal-klijent. |
|
(27) |
L-iSpunbond tal-PET normalment jinbiegħ f’rombli u jintuża, essenzjalment, bħala trasportatur għall-membrani bituminużi, jiġifieri materjal li ma jgħaddix ilma minnu għas-soqfa fl-industrija tal-kostruzzjoni. Il-membrani bituminużi tipikament jiġu prodotti billi tiġi imprenjata membrana portanti tal-iSpunbond tal-PET (xi drabi msaħħa bil-fibra tal-ħġieġ biex jittejbu s-saħħa u d-durabbiltà) fil-bitum, sustanza bbażata fuq iż-żejt mhux maħdum li hija reżistenti ħafna għall-ilma u għall-indewwa. |
2.2. Prodott ikkonċernat
|
(28) |
Il-prodott ikkonċernat huwa l-prodott taħt investigazzjoni li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. |
2.3. Prodott simili
|
(29) |
L-investigazzjoni wriet li l-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:
|
|
(30) |
F’dan l-istadju l-Kummissjoni ddeċidiet li, għaldaqstant, dawk il-prodotti huma prodotti simili fis-sens tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
2.4. Dikjarazzjonijiet dwar l-ambitu tal-prodott
|
(31) |
Il-Kummissjoni rċeviet dikjarazzjoni dwar l-ambitu tal-prodott mill-importatur/utent Iko Europe NV (Iko). IKO talab li jiġu esklużi ċerti tipi tal-iSpunbond tal-PET b’wisa’ ta’ aktar minn 5 metri u mingħajr legant. Il-Kummissjoni ċċarat li l-prodotti tal-iSpunbond tal-PET b’legant huma inklużi, irrispettivament mill-wisa’. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ċċarat ukoll li skont id-definizzjoni tal-prodott, it-tipi ta’ prodotti mingħajr legant huma barra mill-ambitu tal-prodott tal-investigazzjoni. |
|
(32) |
In-numri ta’ kontroll tal-prodott (product control numbers, PCNs), kif stabbiliti fil-bidu, iddistingwew bejn rinforzati bil-fibra tal-ħġieġ u Spunbond tal-PET mhux rinforzat. Diversi partijiet argumentaw favur PCN aktar raffinat, li jikkunsidra wkoll it-tipi differenti ta’ leganti applikati għalih (akriliku jew lamtu). Madankollu, kemm l-industrija tal-Unjoni kif ukoll il-produtturi esportaturi jużaw taħlita ta’ leganti. It-tipi kollha nstabu li għandhom użi u prezzijiet simili. Għalhekk, analiżi aktar dettaljata tal-prodotti b’tipi differenti ta’ leganti li ma jvarjawx fl-użu jew fil-prezz ma nstabitx li kienet meħtieġa. |
3. DUMPING
3.1. Proċedura għad-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku
|
(33) |
Minħabba li kien hemm provi biżżejjed disponibbli fil-bidu tal-investigazzjoni li indikaw l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku fir-rigward tar-RPĊ, il-Kummissjoni qieset li kien xieraq li tiftaħ l-investigazzjoni fir-rigward tal-produtturi esportaturi minn dan il-pajjiż b’kunsiderazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. |
|
(34) |
Konsegwentement, biex tiġbor id-data meħtieġa għall-applikazzjoni eventwali tal-Artikolu 2 (6a) tar-Regolament bażiku, fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-produtturi esportaturi kollha fir-RPĊ jipprovdu informazzjoni dwar l-inputs użati għall-produzzjoni tal-iSpunbond tal-PET. Erba’ produtturi esportaturi ssottomettew l-informazzjoni rilevanti. |
|
(35) |
Sabiex tikseb l-informazzjoni li qieset meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-allegati distorsjonijiet sinifikanti, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-GTĊ. Barra minn hekk, fil-punt 5.3.2 tan-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati kollha jesprimu l-fehmiet tagħhom, jippreżentaw informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2 (6a) tar-Regolament bażiku fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tan-Notifika tal-Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(36) |
Fir-rigward tal-użu tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2 (6a) tar-Regolament bażiku, l-ebda produttur esportatur ma qajjem dubji dwar l-użu tiegħu, filwaqt li wieħed minnhom sostna li l-fatturi tal-produzzjoni tiegħu użati kienu kollha mingħajr distorsjoni. Madankollu, peress li ma ssostanzjatx aktar din id-dikjarazzjoni u peress li l-verifika tat-tweġiba għall-kwestjonarju wriet li l-fatturi kollha tal-produzzjoni ġew akkwistati domestikament u għalhekk soġġetti għad-distorsjonijiet sinifikanti spjegati fit-Taqsima 3.2.1. hawn taħt, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(37) |
Ma waslet l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju mill-GTĊ. Sussegwentement, il-Kummissjoni informat lill-GTĊ li hija kienet se tuża l-fatti disponibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku biex tiddetermina l-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ. |
|
(38) |
Fil-punt 5.3.2 tan-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni speċifikat ukoll li, fid-dawl tal-evidenza disponibbli skont l-Artikolu 2 (6a) (a) tar-Regolament bażiku, għall-fini tad-determinazzjoni tal-valur normali abbażi ta’ prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, pajjiżi terzi rappreżentattivi xierqa possibbli huma t-Tajlandja u t-Turkija. Il-Kummissjoni ddikjarat ukoll li kienet se teżamina pajjiżi rappreżentattivi oħra li setgħu jkunu xierqa f’konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku. |
|
(39) |
Il-Kummissjoni ppubblikat żewġ noti għall-fajl biex tinforma lill-partijiet interessati dwar is-sorsi rilevanti li kien beħsiebha tuża sabiex tiddetermina l-valur normali: l-ewwel nota dwar il-fatturi ta’ produzzjoni tal-14 ta’ Novembru 2025 (minn hawn ’il quddiem l-“Ewwel Nota”) u t-tieni nota dwar il-fatturi ta’ produzzjoni tad-9 ta’ Frar 2026 (minn hawn ’il quddiem it-“Tieni Nota”). |
|
(40) |
F’dawk in-noti, il-Kummissjoni pprovdiet lista tal-fatturi kollha tal-produzzjoni, bħall-materja prima, il-manodopera u l-enerġija użati fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat. Barra minn hekk, abbażi tal-kriterji li ggwidaw l-għażla tal-prezzijiet jew tal-valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, il-Kummissjoni identifikat pajjiżi rappreżentattivi possibbli. |
|
(41) |
Fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni identifikat rapporti finanzjarji faċilment disponibbli għal tliet produtturi tal-prodott taħt investigazzjoni fit-Tajlandja u fl-Indoneżja. Fit-tieni Nota, il-Kummissjoni pproponiet li tistabbilixxi l-kostijiet tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (“SG&A”, selling, general and administrative) u l-profitti bbażati fuq PT Multi Spunindo Jaya Tbk, produttur tal-prodott ikkonċernat fl-Indoneżja, peress li d-data finanzjarja faċilment disponibbli miksuba mill-produtturi Tajlandiżi tqieset mhux affidabbli. |
|
(42) |
Dawn in-noti indirizzaw ukoll il-kummenti li waslu mill-partijiet interessati dwar dawn l-elementi u dwar is-sorsi rilevanti. Il-kummenti pprovduti mill-partijiet huma indirizzati fit-taqsimiet li ġejjin. |
3.2. Valur normali
|
(43) |
Skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali għandu normalment ikun ibbażat fuq il-prezzijiet imħallsa jew pagabbli, fil-kors ordinarju tal-kummerċ, minn klijenti indipendenti fil-pajjiż esportatur”. |
|
(44) |
Madankollu, skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “ [f]il-każ li jiġi determinat… li mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur minħabba l-eżistenza f’dak il-pajjiż ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b), il-valur normali għandu jiġi kkalkolat esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri ta’ riferiment mingħajr distorsjoni ”, u “ għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti ” (minn hawn ’il quddiem “SG&A”). |
|
(45) |
Kif spjegat aktar fid-dettall hawn taħt, f’din l-investigazzjoni l-Kummissjoni kkonkludiet li, abbażi tal-evidenza disponibbli u fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ, l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kienet xierqa. |
3.2.1. Eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti
|
(46) |
L-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku jistipula li “distorsjonijiet sinifikanti huma dawk id-distorsjonijiet li jseħħu meta prezzijiet jew kostijiet irrappurtati, inklużi l-kostijiet ta’ materji primi u ta’ enerġija, ma jkunux ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles għax ikunu affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern. Meta tkun valutata l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti għandha tingħata attenzjoni, inter alia, lill-impatt potenzjali ta’ element wieħed jew aktar mis-segwenti:
|
|
(47) |
Peress li l-lista fl-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku ma hijiex kumulattiva, mhux l-elementi kollha jeħtieġ li jingħataw għal sejba ta’ distorsjonijiet sinifikanti. Barra minn hekk, l-istess ċirkostanzi fattwali jistgħu jintużaw sabiex tintwera l-eżistenza ta’ element wieħed jew aktar tal-lista. |
|
(48) |
Madankollu, kwalunkwe konklużjoni dwar distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku trid issir abbażi tal-evidenza kollha disponibbli. Il-valutazzjoni globali dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet tista’ tqis ukoll il-kuntest ġenerali u s-sitwazzjoni fil-pajjiż esportatur, b’mod partikolari fejn l-elementi fundamentali tal-istruttura ekonomika u amministrattiva tal-pajjiż esportatur jipprovdu lill-gvern b’setgħat sostanzjali sabiex jintervjeni fl-ekonomija b’tali mod li l-prezzijiet u l-kostijiet ma jkunux ir-riżultat tal-iżvilupp ħieles tal-forzi tas-suq. |
|
(49) |
L-Artikolu 2(6a)(c) tar-Regolament bażiku jipprevedi li “[f]ejn il-Kummissjoni jkollha indikazzjonijiet b’bażi soda tal-eżistenza potenzjali ta’ distorsjonijiet sinifikanti kif imsemmija fil-punt (b) f’ċertu pajjiż jew f’ċertu settur f’dak il-pajjiż, u fejn ikun xieraq għall-applikazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tipproduċi, tippubblika u taġġorna regolarment rapport li jiddeskrivi ċ-ċirkostanzi tas-suq imsemmija fil-punt (b) f’dak il-pajjiż jew settur”. |
|
(50) |
Skont din id-dispożizzjoni, il-Kummissjoni ħarġet rapport tal-pajjiż dwar iċ-Ċina (“ ir-Rapport ”) (8), li fih evidenza tal-eżistenza ta’ intervent sostanzjali tal-gvern f’ħafna livelli tal-ekonomija, inklużi distorsjonijiet speċifiċi f’ħafna fatturi ewlenin tal-produzzjoni (bħall-art, l-enerġija, il-kapital, il-materja prima u l-manodopera) kif ukoll setturi magħżula, bħas-sustanzi kimiċi. |
|
(51) |
Il-partijiet interessati ġew mistiedna jirribattu, jikkummentaw jew jissupplimentaw l-evidenza li tinsab fil-fajl tal-investigazzjoni fiż-żmien tal-bidu. Ir-Rapport dwar iċ-Ċina tqiegħed fil-fajl tal-investigazzjoni fl-istadju tal-bidu. L-ilment kien fih ukoll xi evidenza rilevanti li tikkomplementa r-Rapport. |
|
(52) |
L-ilmentatur qagħad fuq l-evidenza li tinsab fir-Rapport (9). Barra minn hekk, l-ilmentatur irrefera għall-bosta politiki u pjanijiet preferenzjali tal-GTĊ li jipprovdu appoġġ lill-produtturi Ċiniżi domestiċi tal-iSpunbond tal-PET, jipprovdu biżżejjed evidenza li l-industrija Ċiniża tal-iSpunbond tal-PET hija soġġetta għal distorsjonijiet sinifikanti u ma toperax f’kundizzjonijiet normali tas-suq (10). |
|
(53) |
Barra minn hekk, l-ilment fakkar l-elementi li ġejjin li jirriżultaw f’distorsjonijiet sinifikanti. |
|
(54) |
L-ewwel nett, is-suq inkwistjoni jinqeda b’mod sinifikanti minn intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, il-kontroll, jew is-superviżjoni politika jew il-gwida tal-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur. B’mod partikolari, l-ilment afferma li diversi produtturi tal-iSpunbond tal-PET għandhom rabtiet mill-qrib mal-GTĊ, mal-gvernijiet reġjonali jew lokali, direttament jew permezz ta’ assoċjazzjonijiet (11). Bħala eżempju, l-ilment semma li l-produttur ta’ Spunbond tal-PET Langfang Chinatex Nonwovens huwa parti mill-konglomerat tal-Istat Chinatex Corporation (parti mill-Grupp COFCO) fejn il-Kumitat tal-Partit Chinatex jinsab fuq l-istess livell bħall-Bord tad-Diretturi u pprovda Anness b’informazzjoni bħala evidenza tal-affermazzjoni (12). |
|
(55) |
Barra minn hekk, l-ilment semma wkoll li l-GTĊ iżomm rabtiet mill-qrib mal-produtturi Ċiniżi tal-iSpunbond tal-PET permezz ta’ assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tal-industrija bħall-Assoċjazzjoni taċ-Ċina għat-Tessuti Mhux Maħduma u Industrijali (China Nonwovens and Industrial Textiles Association, “CNITA”), l-Assoċjazzjoni Teknika taċ-Ċina għall-Prodotti Mhux Maħduma f’Shanghai (China Nonwovens Technical Association in Shanghai, “CNTA Shanghai”), l-Assoċjazzjoni Nazzjonali taċ-Ċina għall-Prodotti tal-Ilma għall-Bini (China National Building Waterproof Association, “CWA” jew “CNBWA”) u l-Federazzjoni Ċiniża tal-Materjali tal-Bini (China Building Materials Federation, “CBMF”) (13). Konsegwentement, anke l-kumpaniji privati fl-industrija tal-iSpunbond tal-PET huma soġġetti għal superviżjoni u gwida tal-politika. |
|
(56) |
It-tieni, il-preżenza tal-Istat fil-kumpaniji tal-iSpunbond tal-PET tippermetti wkoll lill-awtoritajiet jinterferixxu fil-prezzijiet u/jew fil-kostijiet. L-ilment innota li l-kostijiet tal-biċċa l-kbira tal-fatturi, jekk mhux kollha, tal-produzzjoni Ċiniża tal-iSpunbond tal-PET huma distorti, inklużi l-materja prima, l-elettriku, l-art, u l-kostijiet lavorattivi (14). |
|
(57) |
Barra minn hekk, l-ilmentatur spjega li diversi materji primi għall-produzzjoni tal-iSpunbond tal-PET, inklużi l-PET, il-ħjut u l-lamtu, huma soġġetti għal distorsjonijiet sinifikanti huma stess kif ikkonfermat mill-Kummissjoni fil-każijiet reċenti PET u GFY (15). L-ilment sostna wkoll li ċ-Ċina tfixkel ukoll il-prezzijiet tal-lamtu tal-qamħirrum u tal-lamtu tar-ross użati għall-produzzjoni tal-legant tal-iSpunbond tal-PET, permezz ta’ prattiki ta’ kumulazzjoni ta’ riżerva (16). |
|
(58) |
L-ilment indika wkoll il-kost tal-enerġija fiċ-Ċina u afferma li l-GTĊ jintervjeni b’mod sinifikanti u sistematiku fis-suq tal-enerġija Ċiniż u li l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u r-Riforma (“NDRC”) tirregola l-prezzijiet domestiċi Ċiniżi tal-elettriku u tal-gass (17). |
|
(59) |
Barra minn hekk, l-ilment argumenta li l-kostijiet tal-makkinarju huma distorti wkoll peress li diversi politiki tal-Istat inaqqsu l-kost tat-tagħmir u tal-makkinarju għall-industriji mħeġġa bħall-industriji tat-tessuti, tat-tessuti mhux minsuġa u tal-iSpunbond tal-PET (18). L-ilment kien fih ukoll evidenza li jeżistu wkoll distorsjonijiet fl-ispejjeż tal-art u tal-pagi (19). |
|
(60) |
Essenzjalment, l-ilment innota li minħabba l-interventi ta’ politika fil-fatturi kollha għall-produzzjoni tal-iSpunbond tal-PET, il-kostijiet u l-prezzijiet Ċiniżi mhumiex xprunati mill-forzi tas-suq. Bħala tali, il-GTĊ jeżerċita influwenza sinifikanti fuq l-iffissar tal-prezzijiet u l-iżvilupp tal-industrija tal-iSpunbond tal-PET. |
|
(61) |
It-tielet, l-ilment spjega li l-GTĊ isegwi politiki jew miżuri pubbliċi li jiddiskriminaw favur fornituri domestiċi jew li b’xi mod ieħor jinfluwenzaw il-forzi tas-suq ħieles. L-ilment argumenta li d-direzzjoni tal-ekonomija Ċiniża hija ddeterminata b’mod sinifikanti minn sistema elaborata ta’ ppjanar, li tistabbilixxi l-prijoritajiet u tippreskrivi l-għanijiet li fuqhom iridu jiffukaw il-gvernijiet ċentrali u lokali. Is-setturi Ċiniżi tat-tessuti u tat-tessuti mhux minsuġa huma soġġetti għal għadd ta’ politiki. Dan jikkonferma l-importanza kontinwa li l-GTĊ jattribwixxi lill-iSpunbond tal-PET, inkluża l-intenzjoni li jintervjeni fis-settur biex iżommu f’konformità mal-politiki tal-gvern. |
|
(62) |
F’dan ir-rigward, l-ilment semma diversi eżempji. Pereżempju, fl-14-il Pjan ta’ 5 Snin, is-settur tal-iSpunbond tal-PET huwa industrija appoġġata li tibbenefika minn proġetti ta’ appoġġ intelliġenti għall-manifattura fis-settur tat-Tessuti kif ukoll fis-setturi tal-Industrija Ħafifa u tal-Materjali tal-Bini (20). Is-setturi tal-industrija tat-tessuti u dik ħafifa huma promossi wkoll fl-inizjattiva Made in China 2025 u fl-14-il Pjan ta’ Manifattura Intelliġenti ta’ 5 snin (21). Il-Katalogu tal-Industriji Mħeġġa jipprevedi appoġġ fl-industrija tat-Tessuti għat-titjib tat-teknoloġiji tal-produzzjoni mhux minsuġa. Il-Katalogu ta’ Gwida għall-Aġġustament Strutturali tal-Industrija jelenka wkoll teknoloġiji ġodda għall-proċessi mhux minsuġa u r-riċiklaġġ tal-poliester għall-produzzjoni ta’ materjali mhux minsuġa fil-kategorija mħeġġa, u jagħmilhom eliġibbli għall-appoġġ mill-Istat fil-forma ta’ assistenza fiskali, tat-taxxa, tal-art u tal-kreditu (22). |
|
(63) |
Ir-raba’, l-ilment sostna li l-produtturi tal-iSpunbond tal-PET għandhom aċċess għal finanzjament mogħti minn istituzzjonijiet li jimplimentaw objettivi ta’ ordni pubbliku jew li b’xi mod ieħor ma jkunux qed jaġixxu b’mod indipendenti mill-Istat (23). L-ilment innota li s-sistema finanzjarja Ċiniża hija kkaratterizzata mill-pożizzjoni b’saħħitha tal-banek tal-Istat, li jqisu kriterji oħra apparti l-vijabbiltà ekonomika ta’ proġett meta jagħtu aċċess għall-finanzjament. L-ilment irrefera wkoll f’dan ir-rigward għar-Rapport tal-Kummissjoni dwar iċ-Ċina u argumenta li bħall-SOEs mhux finanzjarji, il-banek Ċiniżi jimplimentaw regolarment politiki pubbliċi mfassla mill-Istat (24). |
|
(64) |
Bħala konklużjoni, l-ilmentatur argumenta li fis-settur tal-iSpunbond tal-PET hemm distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. |
|
(65) |
Il-Kummissjoni eżaminat jekk kienx xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fiċ-Ċina, minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a), il-punt (b), tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni għamlet dan abbażi tal-evidenza disponibbli fil-fajl. L-evidenza fil-fajl inkludiet l-evidenza li tinsab fir-Rapport, li tibbaża fuq sorsi disponibbli għall-pubbliku. |
|
(66) |
Dik l-analiżi kopriet l-eżami tal-interventi sostanzjali tal-gvern fl-ekonomija taċ-Ċina b’mod ġenerali, iżda wkoll is-sitwazzjoni speċifika tas-suq fis-settur rilevanti, inkluż il-prodott ikkonċernat. Il-Kummissjoni kompliet tissupplimenta dawn l-elementi evidenzjarji bir-riċerka tagħha stess dwar id-diversi kriterji rilevanti sabiex tikkonferma l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fiċ-Ċina. |
3.2.2. Distorsjonijiet sinifikanti li jaffettwaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fiċ-Ċina
|
(67) |
Is-sistema ekonomika Ċiniża hija bbażata fuq il-kunċett ta’ “ekonomija tas-suq soċjalista”. Dak il-kunċett huwa mnaqqax fil-Kostituzzjoni Ċiniża u jiddetermina l-governanza ekonomika taċ-Ċina. Il-prinċipju ewlieni huwa s-“sjieda pubblika soċjalista tal-mezzi tal-produzzjoni, jiġifieri s-sjieda mill-poplu kollu u s-sjieda kollettiva mill-ħaddiema” (25). |
|
(68) |
L-ekonomija tal-Istat hija l-“forza ewlenija fl-ekonomija nazzjonali” u l-istat għandu l-mandat li jiżgura l-“ konsolidazzjoni u t-tkabbir ” tagħha (26). Tabilħaqq, meta mqabbla mat-13-il FYP, l-SASAC ikkonfermat li l-assi totali tal-intrapriżi ċentrali żdiedu b’ 44,6 % matul l-14-il FYP, “ li effettivament xprunaw l-iżvilupp integrat tal-intrapriżi upstream u downstream fil-katina industrijali u pprovdew appoġġ qawwi għall-kisba b’suċċess tal-għanijiet u l-kompiti ewlenin tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali ta’ pajjiżi ” (27). |
|
(69) |
Konsegwentement, l-istruttura ġenerali tal-ekonomija Ċiniża mhux biss tippermetti interventi sostanzjali mill-gvern fl-ekonomija, iżda dawn l-interventi huma obbligatorji b’mod espliċitu. Il-kunċett tas-supremazija tas-sjieda pubblika fuq dik privata huwa mifrux fis-sistema ġuridika kollha u huwa enfasizzat bħala prinċipju ġenerali fl-atti leġiżlattivi prinċipali kollha. |
|
(70) |
Il-liġi Ċiniża fil-qasam tal-proprjetà hija eżempju ewlieni: hija tirreferi għall-istadju primarju tas-soċjaliżmu u tafda lill-Istat bil-ħarsien tas-sistema ekonomika bażika li permezz tagħha s-sjieda pubblika għandha rwol dominanti. Forom oħrajn ta’ sjieda huma ttollerati, fejn il-liġi tippermettilhom jiżviluppaw spalla ma’ spalla mas-sjieda tal-Istat (28). |
|
(71) |
Barra minn hekk, skont il-liġi Ċiniża, l-ekonomija tas-suq soċjalista hija żviluppata taħt it-tmexxija tas-CCP. L-istrutturi tal-Istat Ċiniż u tas-CCP huma marbuta ma’ xulxin f’kull livell (legali, istituzzjonali, personali), u jifformaw sovrastruttura fejn ma ssirx distinzjoni bejn ir-rwoli tas-CCP u tal-Istat. |
|
(72) |
Wara emenda tal-Kostituzzjoni Ċiniża f’Marzu 2018, ir-rwol ewlieni tas-CCP ingħata prominenza saħansitra akbar billi ġie affermat mill-ġdid fit-test tal-Artikolu 1 tal-Kostituzzjoni. |
|
(73) |
Wara l-ewwel sentenza diġà eżistenti tad-dispożizzjoni: “[i]s-sistema soċjalista hija s-sistema bażika tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina ”, iddaħħlet it-tieni sentenza ġdida li taqra: “ il-karatteristika li tiddefinixxi s-soċjaliżmu b’karatteristiċi Ċiniżi hija t-tmexxija tal-Partit Komunista taċ-Ċina.” (29) Dan juri l-kontroll mhux iddubitat u dejjem jikber tas-CCP fuq is-sistema ekonomika taċ-Ċina. |
|
(74) |
Din it-tmexxija u dan il-kontroll huma inerenti għas-sistema Ċiniża u jmorru ferm lil hinn mis-sitwazzjoni abitwali f’pajjiżi oħrajn fejn il-gvernijiet jeżerċitaw kontroll makroekonomiku ġenerali li fil-limitazzjonijiet tiegħu joperaw forzi tas-suq ħieles. |
|
(75) |
L-istat Ċiniż iħaddem politika ekonomika intervenzjonista biex jilħaq għanijiet, li jikkoinċidu mal-aġenda politika stabbilita mis-CCP minflok ma jkunu jirriflettu l-kundizzjonijiet ekonomiċi prevalenti f’suq ħieles (30). Huma bosta l-għodod ekonomiċi intervenzjonisti użati mill-awtoritajiet Ċiniżi, u fosthom hemm is-sistema tal-ippjanar industrijali, is-sistema finanzjarja, kif ukoll il-livell tal-ambjent regolatorju. |
|
(76) |
L-ewwel nett, fil-livell tal-kontroll amministrattiv ġenerali, id-direzzjoni tal-ekonomija Ċiniża hija regolata minn sistema kumplessa ta’ ppjanar industrijali li taffettwa l-attivitajiet ekonomiċi kollha fil-pajjiż. Dawn il-pjanijiet kollha jkopru matriċi komprensiva u kumplessa ta’ setturi u ta’ politiki trażversali u huma preżenti fil-livelli kollha tal-gvern. |
|
(77) |
Il-pjanijiet fil-livell provinċjali huma spjegati fid-dettall, filwaqt li l-pjanijiet nazzjonali jistabbilixxu miri usa’. Il-pjanijiet jispeċifikaw ukoll il-mezzi sabiex jiġu appoġġati l-industriji/is-setturi rilevanti, kif ukoll il-perjodi ta’ żmien li fihom jeħtieġ li jintlaħqu l-objettivi. Xi pjanijiet għadhom jinkludu miri tal-output espliċiti. |
|
(78) |
Skont il-pjanijiet, qegħdin jiġu identifikati setturi u/jew proġetti industrijali individwali bħala prijoritajiet (pożittivi jew negattivi) f’konformità mal-prijoritajiet tal-gvern, u qegħdin jiġu attribwiti lilhom għanijiet ta’ żvilupp speċifiċi (titjib industrijali, espansjoni internazzjonali, eċċ.). |
|
(79) |
L-operaturi ekonomiċi, privati u dawk tal-Istat kollha kemm huma jridu jaġġustaw b’mod effettiv l-attivitajiet kummerċjali tagħhom skont ir-realtajiet imposti mis-sistema tal-ippjanar. Dan mhuwiex biss minħabba n-natura vinkolanti tal-pjanijiet, iżda wkoll minħabba li l-awtoritajiet Ċiniżi rilevanti fil-livelli kollha tal-gvern jaderixxu mas-sistema tal-pjanijiet u jużaw is-setgħat mogħtija lilhom skont din is-sistema, u b’hekk jisfurzaw lill-operaturi ekonomiċi jikkonformaw mal-prijoritajiet stabbiliti fil-pjanijiet (31). |
|
(80) |
It-tieni, fil-livell tal-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji, is-sistema finanzjarja taċ-Ċina hija ddominata mill-banek kummerċjali u ta’ politika tal-Istat. Dawk il-banek, meta jkunu qed jistabbilixxu u jimplimentaw il-politika tas-self tagħhom iridu jallinjaw lilhom infushom mal-objettivi tal-politika industrijali tal-gvern minflok ma jivvalutaw qabel kollox il-merti ekonomiċi ta’ proġett partikolari (32). |
|
(81) |
L-istess japplika għall-komponenti l-oħrajn tas-sistema finanzjarja Ċiniża, bħas-swieq tal-istokks, is-swieq tal-bonds, is-swieq tal-ekwità privata eċċ. Barra minn hekk, dawn il-partijiet tas-settur finanzjarju huma stabbiliti b’mod istituzzjonali u operazzjonali b’mod li ma jkunx immirat lejn il-massimizzazzjoni tal-funzjonament effiċjenti tas-swieq finanzjarji iżda lejn l-iżgurar tal-kontroll u l-awtorizzazzjoni ta’ intervent mill-Istat u mis-CCP (33). |
|
(82) |
It-tielet, fil-livell tal-ambjent regolatorju, l-interventi mill-Istat fl-ekonomija jieħdu numru ta’ forom. Pereżempju, ir-regoli dwar l-akkwist pubbliku jintużaw regolarment sabiex jintlaħqu għanijiet ta’ politika għajr l-effiċjenza ekonomika, u b’hekk jimminaw il-prinċipji bbażati fuq is-suq fil-qasam. Il-leġiżlazzjoni applikabbli tipprevedi b’mod speċifiku li l-akkwist pubbliku għandu jsir sabiex jiġi ffaċilitat l-ilħuq tal-għanijiet imfassla mill-politiki tal-Istat. Madankollu, in-natura ta’ dawn l-għanijiet għadha ma hijiex definita, u għalhekk tħalli marġni ta’ apprezzament wiesa’ għall-korpi li jieħdu d-deċiżjonijiet (34). |
|
(83) |
B’mod simili, fil-qasam tal-investiment, il-GTĊ iżomm kontroll u influwenza sinifikanti fuq id-destinazzjoni u l-kobor kemm tal-investiment tal-Istat kif ukoll ta’ dak privat. L-iskrinjar tal-investiment, kif ukoll diversi inċentivi, restrizzjonijiet, u projbizzjonijiet relatati mal-investiment jintużaw mill-awtoritajiet bħala għodda importanti biex jiġu appoġġati għanijiet ta’ politika industrijali, bħaż-żamma tal-kontroll mill-Istat fuq setturi ewlenin jew it-tisħiħ tal-industrija domestika (35). |
|
(84) |
Fil-qosor, il-mudell ekonomiku Ċiniż huwa bbażat fuq ċerti assjomi bażiċi, li jipprevedu u jinkoraġġixxu bosta interventi mill-gvern. Tali interventi sostanzjali mill-gvern huma f’kunflitt mal-azzjoni libera tal-forzi tas-suq, u dan jirriżulta fid-distorsjoni tal-allokazzjoni effettiva tar-riżorsi f’konformità mal-prinċipji tas-suq (36). |
3.2.2.1. Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku: is-suq inkwistjoni huwa moqdi b’mod sinifikanti minn intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, il-kontroll jew is-superviżjoni politika jew il-gwida tal-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur.
|
(85) |
Fiċ-Ċina, l-intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, il-kontroll u/jew is-superviżjoni politika jew taħt il-gwida tal-Istat jirrappreżentaw parti essenzjali mill-ekonomija. |
|
(86) |
Is-settur tal-prodott ikkonċernat huwa moqdi prinċipalment minn kumpaniji privati, bħal Tiandingfeng Non-wovens Co., Ltd. (37) u Changde Tiandingfeng Non-wovens Co (38)., Ltd., it-tnejn li huma proprjetà sħiħa ta’ Tiandingfeng Holdings Co. Ltd li min-naħa tagħha hija proprjetà sħiħa ta’ Beijing Oriental Yuhong Waterproof Technology Co. Ltd (39)., Hubei Bushi non-woven Co., Ltd (40), Jiangyin Huasicheng Nonwovens Co., Ltd (41) miżmuma minn Jiangsu Huahong Industrial Group Co. Ltd, jew Hebei Qianjin non-woven Group Co. Ltd (42). Madankollu, fis-setturi upstream, il-grad ta’ sjieda tal-Istat għadu sinifikanti, b’għadd ta’ produtturi tal-PET li huma kompletament jew parzjalment proprjetà tal-Istat, bħal Zhuhai China Resources Chemical Innovative Materials Co., Ltd (100 % proprjetà ta’ China Resources Group, intrapriża tal-Istat Ċentrali (“SOE”) (43)) jew Sinopec, produttur tal-PTA — input ewlieni għall-produzzjoni tal-PET- u fl-aħħar mill-aħħar 100 % proprjetà tal-SASAC (44). |
|
(87) |
Madankollu, l-interventi tas-CCP fit-teħid ta’ deċiżjonijiet operazzjonali saru n-norma mhux biss fl-SOEs iżda wkoll f’kumpaniji privati (45), bis-CCP jiddikjara tmexxija fuq virtwalment kull aspett tal-ekonomija tal-pajjiż. Tabilħaqq, l-influwenza tal-Istat permezz tal-istrutturi tas-CCP fil-kumpaniji tirriżulta effettivament f’sitwazzjoni li fiha l-operaturi ekonomiċi jkunu taħt il-kontroll u taħt is-superviżjoni tal-politiki tal-gvern, fid-dawl ta’ kemm l-istrutturi tal-Istat u tal-Partit kibru flimkien fiċ-Ċina. Barra minn hekk, is-settur kollu tal-prodott ikkonċernat huwa soġġett għal diversi politiki tal-gvern. L-ewwel nett, il-PET, wieħed mill-inputs ewlenin tal-iSpunbond tal-PET huwa inkluż fil-materjali petrokimiċi avvanzati u fil-materjali avvanzati tal-industrija ħafifa koperti mill-Pjan Direzzjonali Made in China 2025 (46). |
|
(88) |
Barra minn hekk, l-industrija tal-PET hija elenkata fost l-industriji li għandhom jiġu mħeġġa fl-Edizzjoni tal-2024 tal-Katalogu ta’ Gwida għall-aġġustament strutturali tal-industrija li jindika l-intenzjonijiet tal-awtoritajiet li joħolqu ambjent regolatorju li jwassal għall-iżvilupp tas-settur u li potenzjalment iwitti t-triq ukoll għall-aċċess tal-industrija għall-finanzjament (47). Fl-istess ħin, il-produtturi tal-PET b’kapaċitajiet ta’ produzzjoni iżgħar huma elenkati wkoll fost l-industriji ristretti li juru li l-awtoritajiet Ċiniżi beħsiebhom jinfluwenzaw it-tqassim tal-industrija tal-PET: “ Produzzjoni kontinwa ta’ polimerizzazzjoni tal-poliester konvenzjonali (PET) b’kapaċità ta’ linja waħda ta’ inqas minn 200 000 tunnellata/sena ”. |
|
(89) |
Barra minn hekk, l-14-il FYP dwar il-materja prima (48) jindirizza direttament is-settur petrokimiku billi jiddikjara li “[f]’setturi li jinkludu l-petrokimiċi u s-sustanzi kimiċi, l-azzar, il-metalli mhux ferrużi, u l-materjali tal-bini, għandna nrawmu għadd ta’ intrapriżi pijunieri tal-katina tal-industrija li jeżerċitaw tmexxija fuq l-ekosistema u kkaratterizzati mill-kompetittività ewlenija, (...). Ir-rwol ta’ gwida tal-intrapriżi ewlenin fis-setturi tas-sustanzi kimiċi u tal-materjali tal-bini għandu jiġi ingranat biex jippromwovi r-riforma u r-ristrutturar korporattivi,.”. |
|
(90) |
Il-kontroll tal-gvern u s-superviżjoni politika jistgħu jiġu osservati wkoll fil-livell tal-assoċjazzjonijiet industrijali rilevanti (49). |
|
(91) |
Pereżempju, il-Federazzjoni tal-Industrija Petrokimika u Kimika taċ-Ċina (China Petrochemical and Chemical Industry Federation, “ CPCIF ”), l-assoċjazzjoni settorjali tal-industrija. Skont l-Artikolu 3 tal-Istatut ta’ Assoċjazzjoni tas-CPCIF, l-organizzazzjoni “ taċċetta l-gwida, is-superviżjoni u l-ġestjoni professjonali mill-entitajiet responsabbli mir-reġistrazzjoni u l-ġestjoni, mill-entitajiet responsabbli mill-bini tal-Partit, kif ukoll mid-dipartimenti amministrattivi rilevanti responsabbli mill-ġestjoni tal-industrija ” (50). Sinopec hija membru tas-CPCIF (51). |
|
(92) |
Barra minn hekk, l-Assoċjazzjoni Ċiniża tat-Tessuti Mhux Minsuġa u tal-Industrija (52) (“CNITA”) hija rilevanti wkoll għall-prodott ikkonċernat. L-Artikolu 3 tal-Istatut ta’ Assoċjazzjoni tas-CNITA jistipula li “ l-assoċjazzjoni taderixxi mat-tmexxija ġenerali tal-Partit Komunista taċ-Ċina, tistabbilixxi organizzazzjonijiet tal-Partit, twettaq attivitajiet tal-Partit ”, u “ taċċetta l-gwida u s-superviżjoni tan-negozju tal-awtorità ta’ reġistrazzjoni u ġestjoni, l-awtorità tat-tmexxija tal-bini tal-Partit, u d-dipartimenti rilevanti tal-ġestjoni tal-industrija ” (53). Tiandingfeng Holdings Co. Ltd (54) u Hebei Qianjin Non-Woven Group (55) huma membri tas-CNITA. |
|
(93) |
Konsegwentement, il-produtturi privati fis-settur tal-prodott ikkonċernat huma pprevenuti milli joperaw skont il-kundizzjonijiet tas-suq. Tabilħaqq, kemm l-intrapriżi pubbliċi kif ukoll dawk privati fis-settur huma soġġetti għal superviżjoni u għal gwida tal-politika. |
3.2.2.2. Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), it-tieni inċiż, tar-Regolament bażiku: il-preżenza tal-Istat f’ditti li jippermettu lill-Istat jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet jew tal-kostijiet
|
(94) |
Il-GTĊ jinsab f’pożizzjoni fejn jista’ jinterferixxi fil-prezzijiet u fil-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti. B’mod partikolari, iċ-ċelloli tas-CCP fl-intrapriżi, kemm jekk tal-Istat kif ukoll privati, jirrappreżentaw mezz importanti li permezz tiegħu l-Istat jista’ jinterferixxi fid-deċiżjonijiet kummerċjali. |
|
(95) |
Skont id-dritt soċjetarju taċ-Ċina, f’kull kumpanija għandha tiġi stabbilita organizzazzjoni tas-CCP (li jkollha tal-anqas tliet membri tas-CCP kif speċifikat fil-Kostituzzjoni tas-CCP (56)) u l-kumpanija għandha tipprovdi l-kundizzjonijiet neċessarji għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-partit. |
|
(96) |
Fil-passat, jidher li dan ir-rekwiżit mhux dejjem ġie segwit jew infurzat b’mod strett. Madankollu, tal-inqas mill-2016, is-CCP saħħaħ l-affermazzjonijiet tiegħu li jikkontrolla d-deċiżjonijiet tan-negozju fil-kumpaniji bħala kwistjoni ta’ prinċipju politiku (57), inkluż billi jeżerċita pressjoni fuq il-kumpaniji privati biex ipoġġu l-“patrijottiżmu” l-ewwel u jsegwu d-dixxiplina tal-Partit (58). |
|
(97) |
Diġà fl-2017, kien irrapportat li kienu jeżistu ċelloli tal-Partit f’70 % ta’ madwar 1,86 miljun kumpanija bi sjieda privata, bi pressjoni dejjem akbar biex l-organizzazzjonijiet tas-CCP ikollhom l-aħħar kelma fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali fil-kumpaniji rispettivi tagħhom (59). Dawn ir-regoli għandhom applikazzjoni ġenerali fl-ekonomija Ċiniża kollha, fost is-setturi kollha, inkluż għall-produtturi tal-prodott ikkonċernat u għall-fornituri tal-inputs tagħhom. |
|
(98) |
Barra minn hekk, fil-15 ta’ Settembru 2020, inħareġ dokument bit-titolu Linji Gwida tal-Uffiċċju Ġenerali tal-Kumitat Ċentrali tas-CCP dwar it-tisħiħ tal-ħidma tal-Front Magħqud fis-settur privat għall-era l-ġdida (“ il-Linji Gwida ”) (60), li kompla jespandi r-rwol tal-kumitati tal-Partit f’intrapriżi privati. |
|
(99) |
It-Taqsima II.4 tal-Linji Gwida tiddikjara: “[i]rridu nżidu l-kapaċità ġenerali tal-Partit li jmexxi l-ħidma tal-Front Magħqud fis-settur privat u jżid b’mod effettiv il-ħidma f’dan il-qasam”; u t-Taqsima III.6 tiddikjara: “[i]rridu nkomplu nżidu l-bini tal-Partit f’intrapriżi privati u nippermettu liċ-ċelloli tal-Partit jaqdu r-rwol tagħhom b’mod effettiv bħala fortizza u nippermettu lill-membri tal-Partit iwettqu r-rwoli tagħhom bħala gwardji u pijunieri ”. Għalhekk, il-Linji Gwida jenfasizzaw u jfittxu li jżidu r-rwol tas-CCP fil-kumpaniji u f’entitajiet oħrajn tas-settur privat (61). |
|
(100) |
L-investigazzjoni kkonfermat li jeżisti wkoll trikkib bejn il-pożizzjonijiet maniġerjali u s-sħubija fis-CCP/il-funzjonijiet tal-Partit fis-settur tal-iSpunbond tal-PET. |
|
(101) |
Bħala eżempju, żewġ Viċi Presidenti (62) ta’ Beijing Oriental Yuhong Waterproof Technology Co. Ltd huma wkoll membri tas-CCP (63). |
|
(102) |
Barra minn hekk, Changde Tiandingfeng Non-wovens Co. Ltd. waqqfet Fergħa tal-Partit fl-2021 u “ taderixxi mat-tmexxija tal-bini tal-Partit biex tiggwida l-iżvilupp tal-kumpanija (64).” Pereżempju, “ Disa’ membri tal-partit kellhom rwol ewlieni fil-produzzjoni, fl-operazzjonijiet tan-negozju u fl-innovazzjoni teknoloġika ”. Barra minn hekk, “ fir-rigward tal-aġġornament tal-industrija, l-organizzazzjoni tal-Partit tikkoordina biex tippromwovi l-iżvilupp koordinat tal-katina tal-industrija upstream u downstream (65).” |
|
(103) |
Il-Fergħa tal-Partit ta’ Changde Tiandingfeng Non-wovens Co. Ltd ġiet imfaħħra mill-Kumitat tal-Partit Muniċipali ta’ Changde bħala “ organizzazzjoni avvanzata tal-Partit fil-livell lokali (66).” |
|
(104) |
L-interferenza tas-CCP fid-deċiżjonijiet kummerċjali hija evidenti wkoll fl-industrija upstream kif jirriżulta mill-preżentazzjonijiet korporattivi disponibbli. Ir-rapport annwali tal-2022 tal-Grupp Sinopec, produttur ta’ inputs għall-produzzjoni tal-PET, jindika li “ il-kumpanija kontinwament ittejjeb il-kwalità tax-xogħol tal-bini tal-partit, tagħti spinta lill-ispirtu tal-impjegati, issaħħaħ l-ispezzjoni tad-dixxiplina u x-xogħol ta’ superviżjoni, tgħin lill-bord tad-diretturi jimplimenta b’mod effettiv diversi deċiżjonijiet u arranġamenti, u tippromwovi l-iżvilupp ta’ kwalità għolja tal-kumpanija ” (67). Barra minn hekk, il-president tal-bord tad-diretturi ta’ Sinopec Group huwa s-segretarju tal-kumitat tal-Partit u diversi membri tal-bord iservu bħala viċi segretarji tal-kumitat tal-Partit (68). Il-Grupp Sinopec iddikjara li beħsiebu “ jiffoka fuq il-missjoni l-ġdida tal-kumpanija u kompiti ġodda fuq il-vjaġġ il-ġdid, imexxi ’ l quddiem l-ispirtu awtorivoluzzjonarju tal-partit, isaħħaħ it-tmexxija tal-partit u l-bini tal-partit b’mod komprensiv u integrat, u jippromwovi b’mod sistematiku governanza komprensiva u stretta tal-partit, sabiex jipprovdi garanzija b’saħħitha biex jinkiteb kapitolu ġdid tal-industrija tal-petrokimiċi moderna taċ-Ċina (69) ”. |
|
(105) |
Il-preżenza u l-intervent tal-Istat fis-swieq finanzjarji kif ukoll fil-provvista ta’ materja prima u ta’ inputs għandhom effett ta’ distorsjoni addizzjonali fuq is-suq (70). Għalhekk, il-preżenza tal-Istat fid-ditti, fl-iSpunbond tal-PET u f’setturi oħra (bħas-settur finanzjarju u dak tal-input) tippermetti lill-GTĊ jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet u tal-kostijiet. |
3.2.2.3. Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), it-tielet inċiż tar-Regolament bażiku: politiki jew miżuri pubbliċi li jiddiskriminaw favur fornituri domestiċi jew li b’xi mod ieħor jinfluwenzaw il-forzi tas-suq ħieles
|
(106) |
Id-direzzjoni tal-ekonomija Ċiniża hija ddeterminata b’mod sinifikanti minn sistema elaborata ta’ ppjanar li tistabbilixxi l-prijoritajiet u tippreskrivi l-għanijiet li fuqhom iridu jiffukaw il-gvernijiet ċentrali u lokali. Jeżistu pjanijiet rilevanti fil-livelli kollha tal-gvern u dawn ikopru virtwalment is-setturi ekonomiċi kollha. L-objettivi stabbiliti mill-istrumenti tal-ippjanar huma ta’ natura vinkolanti u l-awtoritajiet f’kull livell amministrattiv jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-pjanijiet mil-livell korrispondenti aktar baxx tal-gvern. |
|
(107) |
B’mod ġenerali, is-sistema tal-ippjanar fiċ-Ċina tirriżulta fit-tmexxija ta’ riżorsi lejn setturi ddeżinjati bħala strateġiċi jew inkella politikament importanti mill-gvern, minflok ma jiġu allokati f’konformità mal-forzi tas-suq (71). |
|
(108) |
L-awtoritajiet Ċiniżi ppromulgaw għadd ta’ politiki li jiggwidaw il-funzjonament tas-settur tal-prodott ikkonċernat. |
|
(109) |
L-industrija tal-PET tissemma fil-Pjan Direzzjonali Made In China 2025 (72) bħala settur li għandu jiġi żviluppat aktar, jew bħala materjal petrokimiku avvanzat kif ukoll bħala materjal avvanzat tal-industrija ħafifa. |
|
(110) |
L-14-il FYP dwar l-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali u l-Perspettivi (73) għall-2035 għandu l-għan li “ jaġġorna l-industriji tradizzjonali, jippromwovi l-ottimizzazzjoni u l-aġġustament strutturali tal-industriji tal-materja prima bħall-petrokimiċi, l-azzar, il-metalli mhux ferrużi, u l-materjali tal-bini, jespandi l-provvista ta’ prodotti ta’ kwalità għolja f’setturi bħall-industrija ħafifa u t-tessuti, iħaffef it-trasformazzjoni u t-titjib tal-intrapriżi f’industriji ewlenin bħall-industrija kimika u l-produzzjoni tal-karta, u jtejjeb is-sistema tal-manifattura ekoloġika. (74) ” |
|
(111) |
Skont l-14-il FYP dwar l-Industrija tal-Materja Prima (75), “ Il-pjan ta’ tqassim għall-industrija petrokimika se jiġi stabbilit u proġetti ġodda tal-ksilen u tal-etilen għajr dawk stabbiliti fil-pjan għandhom ikunu strettament ipprojbiti. [...] [iċ-Ċina] se tiffoka fuq is-suboqsma jew il-prodotti ewlenin b’pedamenti industrijali sodi, vantaġġi komparattivi prominenti, u teknoloġiji ewlenin, bil-ħsieb li tagħti rwol sħiħ lir-rwol ta’ gwida tal-intrapriżi ewlenin fil-katina industrijali, [...] u tiżviluppa lott ta’ raggruppamenti industrijali fil-petrokimiċi, [...] materjali ekoloġiċi tal-bini, u materjali ġodda.” (76). |
|
(112) |
Barra minn hekk, l-Opinjoni Gwida dwar il-Promozzjoni tal-Iżvilupp ta’ Kwalità Għolja tal-Industrija Petrokimika u Kimika (77) tirrikjedi li “ jissaħħu l-politiki settorjali u tiġi rregolata xjentifikament l-iskala tal-industrija: [...] tissaħħaħ il-kapaċità tal-provvista ta’ polimeri ta’ livell għoli, sustanzi kimiċi ta’ speċjalità u prodotti oħra ”; [...] kif ukoll biex “ jittejbu l-politiki ta’ appoġġ: it-tisħiħ tal-koordinazzjoni tal-politiki fiskali, finanzjarji, reġjonali, tal-investiment, tal-importazzjoni u l-esportazzjoni, tal-enerġija, ekoloġiċi, ambjentali, tal-prezzijiet u politiki oħra mal-politiki industrijali. Jingħata rwol sħiħ lir-rwol tal-pjattaforma nazzjonali ta’ kooperazzjoni bejn l-industrija u l-finanzi [...] ”. |
|
(113) |
Fil-livell provinċjali, l-14-il FYP ta’ Shandong dwar l-iżvilupp tal-industrija tal-kimika (78) jitlob lill-awtoritajiet lokali sabiex “ iżidu t-trasformazzjoni teknoloġika tal-intrapriżi eżistenti, itejbu l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u tar-riżorsi, u jtejbu l-kompetittività ċentrali tal-intrapriżi. Jistabbilixxu mekkaniżmu għall-intrapriżi sabiex jirtiraw mill-parks, jeliminaw b’mod reżolut il-kapaċità tal-produzzjoni obsoleta, jikkontrollaw b’mod strett il-kapaċità tal-produzzjoni ristretta, u jimplimentaw politiki u miżuri differenzjati għall-allokazzjoni ta’ fatturi ta’ riżorsi bħall-art, l-elettriku u l-ilma sabiex l-intrapriżi jiġu mġegħlin jittrasformaw u jiżviluppaw ”. Jappella wkoll sabiex “ jiżdied l-appoġġ finanzjarju. It-tisħiħ tal-inċentivi tal-politika fiskali, il-koordinazzjoni u l-involviment ta’ fondi speċjali, l-appoġġ lill-kumpaniji kimiċi fl-aċċellerazzjoni tat-trasformazzjoni teknoloġika, it-trasformazzjoni intelliġenti, it-trasferimenti industrijali, ir-rilokazzjoni f’parks, l-eliminazzjoni ta’ tagħmir obsolet, eċċ., u l-implimentazzjoni ta’ eżenzjonijiet mit-taxxa applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ tagħmir tekniku ewlieni, ir-rifużjonijiet tal-VAT, il-politiki ta’ riċerka u żvilupp bħat-tnaqqis addizzjonali tal-ispejjeż u l-kumpens tal-assigurazzjoni għall-ewwel sett ta’ tagħmir tekniku. L-iggwidar b’mod attiv ta’ diversi istituzzjonijiet finanzjarji u ta’ kapital soċjali għall-investiment fl-industrija tal-kimika, l-isfruttar tal-vantaġġi tal-finanzjament tal-politika, tal-finanzjament tal-iżvilupp u tal-finanzjament kummerċjali, u ż-żieda tal-appoġġ finanzjarju għall-oqsma ewlenin tat-teknoloġija kimika ”. Tiandingfeng Non-wovens Co (79)., Ltd tinsab f’Shandong. |
|
(114) |
Barra minn hekk, l-14-il FYP ta’ Hunan dwar l-iżvilupp ta’ industriji strateġiċi u emerġenti (80) jfittex ukoll li jiżviluppa materjali kimiċi ġodda: “ l-iżvilupp ta’ gomma sintetika ġdida, reżini speċjali, plastik tal-inġinerija ta’ prestazzjoni għolja u materjali polimeriċi oħra. ” Changde Tiandingfeng Non-wovens Co. Ltd tinsab f’Hunan, b’mod aktar preċiż fiż-Żona ta’ Żvilupp tal-Industrija tal-Punent ta’ Dongting tal-Muniċipalità ta’ Changde li ħarġet pjan ta’ implimentazzjoni għal ħames titjibiet 2022–2025 (81) li jfittxu li “ jsaħħu l-industriji ewlenin, jespandu l-industriji emerġenti u jikkultivaw industriji futuri [... u] abbażi ta’ proġetti fuq skala kbira bħal Tiandingfeng, [biex] jattiraw għadd ta’ industriji upstream u downstream biex jiffurmaw katina industrijali ”. Għal dan l-għan, l-awtoritajiet tal-Punent ta’ Dongting “ għenu lil Changde Tiandingfeng Non-woven Co. Ltd. Tapplika b’suċċess għall-proġett ta’ fond speċjali provinċjali ta’ manifattura avvanzata għall-kostruzzjoni ta’ art għolja, il-proġett ta’ fond speċjali għall-iżvilupp ta’ kwalità għolja tal-industrija diġitali provinċjali u l-intrapriża provinċjali ta’ referenza tal-manifattura intelliġenti, eċċ., biex tgħin lill-intrapriżi jiksbu appoġġ politiku u finanzjarju (82) ”. |
|
(115) |
Barra minn hekk, l-14-il FYP ta’ Hubei dwar l-iżvilupp ta’ kwalità għolja tal-industrija tal-materjali l-ġodda (83) jfittex li jiffoka fuq il-plastik tal-inġinerija u “ jtejjeb il-livell teknoloġiku tal-industrija għall-plastik tal-inġinerija ta’ prestazzjoni għolja bħall-poliossimetilen, ir-reżina tal-PET/PBT, [...] ”. |
|
(116) |
Għalhekk, permezz ta’ dawn l-istrumenti u mezzi oħrajn, il-GTĊ jidderieġi u jikkontrolla kważi kull aspett fl-iżvilupp u fil-funzjonament tas-settur, kif ukoll l-inputs upstream. |
|
(117) |
Fil-qosor, il-GTĊ għandu miżuri fis-seħħ biex iħeġġeġ lill-operaturi jikkonformaw mal-objettivi tal-ordni pubbliku li jikkonċernaw is-settur. Tali miżuri jimpedixxu l-forzi tas-suq milli joperaw b’mod ħieles. |
3.2.2.4. Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), ir-raba’ inċiż tar-Regolament bażiku: in-nuqqas, l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-fallimenti, il-kumpaniji jew il-proprjetà
|
(118) |
Skont l-informazzjoni fil-fajl, is-sistema Ċiniża dwar il-falliment ma timplimentax b’mod adegwat l-objettivi ewlenin tagħha bħal pereżempju s-saldu ġust tal-pretensjonijiet u tad-dejn u s-salvagwardja tad-drittijiet u l-interessi legali tal-kredituri u tad-debituri. Dan jidher li huwa msejjes fil-fatt li filwaqt li l-liġi Ċiniża dwar il-falliment tibbaża b’mod formali fuq prinċipji simili għal dawk applikati f’liġijiet korrispondenti ta’ pajjiżi oħra għajr iċ-Ċina, is-sistema Ċiniża hija kkaratterizzata minn nuqqas ta’ infurzar sistematiku. |
|
(119) |
In-numru ta’ fallimenti għadu magħruf li huwa baxx meta mqabbel mad-daqs tal-ekonomija tal-pajjiż, mhux l-anqas minħabba li l-proċedimenti ta’ insolvenza għandhom għadd ta’ nuqqasijiet, li effettivament jiffunzjonaw bħala diżinċentiv għall-preżentazzjonijiet ta’ fallimenti. Barra minn hekk, ir-rwol tal-Istat fil-proċedimenti ta’ insolvenza għadu b’saħħtu u attiv, u ta’ spiss ikollu influwenza diretta fuq l-eżitu tal-proċedimenti (84). |
|
(120) |
Barra minn hekk, in-nuqqasijiet tas-sistema tad-drittijiet tal-proprjetà huma partikolarment ovvji fir-rigward tas-sjieda tad-drittijiet għall-art u għall-użu tal-art fiċ-Ċina (85). L-art kollha hija proprjetà tal-Istat (art rurali bi sjieda kollettiva u art urbana proprjetà tal-Istat) u l-allokazzjoni tagħha tibqa’ dipendenti biss fuq l-istat. Hemm dispożizzjonijiet legali li għandhom l-għan li jallokaw id-drittijiet għall-użu tal-art b’mod trasparenti u bi prezzijiet tas-suq, pereżempju bl-introduzzjoni ta’ proċeduri ta’ offerti. Madankollu, dawn id-dispożizzjonijiet huma regolarment mhux irrispettati, u ċerti akkwirenti jiksbu l-art tagħhom mingħajr ħlas jew b’rati aktar baxxi mir-rati tas-suq (86). Barra minn hekk, l-awtoritajiet spiss isegwu għanijiet politiċi speċifiċi, inkluż l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ekonomiċi, meta jkunu qed jallokaw l-art (87). |
|
(121) |
L-istess bħas-setturi l-oħrajn fl-ekonomija Ċiniża, il-produtturi tal-prodott ikkonċernat huma soġġetti għar-regoli ordinarji dwar il-liġi Ċiniża dwar il-falliment, il-kumpaniji u l-proprjetà. L-effett ta’ dan huwa li anke dawn il-kumpaniji huma soġġetti għad-distorsjonijiet minn fuq għal isfel li jirriżultaw mill-applikazzjoni diskriminatorja jew mill-infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà. Dawk il-kunsiderazzjonijiet, abbażi tal-evidenza disponibbli, jidhru li huma applikabbli bis-sħiħ ukoll fis-settur tal-iSpunbond tal-PET. Din l-investigazzjoni ma żvelat xejn li jqajjem dubji dwar dawn is-sejbiet. |
|
(122) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien hemm applikazzjoni diskriminatorja jew infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà fis-settur tal-prodott ikkonċernat. |
3.2.2.5. Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), il-ħames inċiż tar-Regolament bażiku: id-distorsjoni tal-kostijiet tal-pagi
|
(123) |
Sistema ta’ pagi bbażati fuq is-suq ma tistax tiżviluppa kompletament fiċ-Ċina minħabba li l-ħaddiema u l-impjegaturi huma mxekkla fid-drittijiet tagħhom għal organizzazzjoni kollettiva. Iċ-Ċina ma rratifikatx għadd ta’ konvenzjonijiet essenzjali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, b’mod partikolari dawk dwar il-libertà ta’ assoċjazzjoni u dwar in-negozjar kollettiv (88). |
|
(124) |
Skont il-liġi nazzjonali, organizzazzjoni ta’ trade union waħda biss hija attiva. Madankollu, din l-organizzazzjoni ma hijiex indipendenti mill-awtoritajiet tal-Istat u l-involviment tagħha fin-negozjar kollettiv u fil-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema għadu rudimentali (89). Barra minn hekk, il-mobilità tal-forza tax-xogħol Ċiniża hija ristretta mis-sistema ta’ reġistrazzjoni tal-unitajiet domestiċi, li tillimita l-aċċess għall-medda sħiħa tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali u oħrajn għar-residenti lokali ta’ żona amministrattiva partikolari. |
|
(125) |
Dan tipikament jirriżulta f’ħaddiema li ma jkunux fil-pussess tar-reġistrazzjoni tar-residenza lokali, u jsibu ruħhom f’pożizzjoni ta’ impjieg vulnerabbli u jirċievu introjtu aktar baxx mid-detenturi tar-reġistrazzjoni tar-residenza (90). Dawk is-sejbiet iwasslu għad-distorsjoni tal-kostijiet tal-pagi fiċ-Ċina. |
|
(126) |
Ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza li turi li s-settur tal-iSpunbond tal-PET ma jkunx soġġett għas-sistema Ċiniża dwar il-liġi tax-xogħol deskritta. Għalhekk, is-settur huwa affettwat mid-distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi kemm direttament (fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat jew tal-materja prima ewlenija għall-produzzjoni tiegħu) kif ukoll indirettament (f’termini ta’ aċċess għall-kapital jew għal inputs minn kumpaniji soġġetti għall-istess sistema tax-xogħol fir-RPĊ). |
3.2.2.6. Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), is-sitt inċiż tar-Regolament bażiku: l-aċċess għall-finanzi mogħtija minn istituzzjonijiet li jimplimentaw objettivi ta’ ordni pubbliku jew li b’xi mod ieħor ma jaġixxux indipendentement mill-Istat
|
(127) |
L-aċċess għall-kapital għal atturi korporattivi fiċ-Ċina huwa soġġett għal diversi distorsjonijiet. |
|
(128) |
L-ewwel nett, is-sistema finanzjarja Ċiniża hija kkaratterizzata mill-pożizzjoni b’saħħitha tal-banek tal-Istat (91), li, meta jagħtu aċċess għal finanzjament, iqisu kriterji oħrajn għajr il-vijabbiltà ekonomika ta’ proġett. B’mod simili għall-SOEs mhux finanzjarji, il-banek jibqgħu konnessi mal-Istat mhux biss permezz tas-sjieda iżda wkoll permezz ta’ relazzjonijiet personali (l-ogħla eżekuttivi ta’ istituzzjonijiet finanzjarji kbar tal-Istat fl-aħħar mill-aħħar jinħatru mis-CCP) (92) u jimplimentaw regolarment politiki pubbliċi mfassla mill-GTĊ. |
|
(129) |
Meta jagħmlu dan, il-banek jikkonformaw ma’ obbligu legali espliċitu li jmexxu n-negozju tagħhom f’konformità mal-ħtiġijiet tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali nazzjonali u skont il-gwida tal-politiki industrijali tal-Istat (93). Filwaqt li huwa rikonoxxut li diversi dispożizzjonijiet legali jirreferu għall-ħtieġa li jiġu rrispettati l-imġiba bankarja normali u r-regoli prudenzjali bħall-ħtieġa li tiġi eżaminata l-affidabbiltà kreditizja tal-mutwatarju, l-evidenza massiva, inklużi s-sejbiet li saru fl-investigazzjonijiet tad-difiża tal-kummerċ, tissuġġerixxi li dawn id-dispożizzjonijiet għandhom biss rwol sekondarju fl-applikazzjoni tad-diversi strumenti legali. |
|
(130) |
Żviluppi reċenti jkomplu juru l-firxa tal-influwenza tal-gvern fuq l-istituzzjonijiet finanzjarji fiċ-Ċina. F’Marzu 2025, il-Gvern taċ-Ċina (GTĊ) ħabbar ħruġ ta’ CNY 500 biljun f’bonds tat-teżor biex jipprovdi appoġġ finanzjarju sostanzjali lill-banek ewlenin, inklużi l-Bank of China, iċ-China Construction Bank, il-Bank of Communications, u l-Postal Savings Bank of China. Dan l-intervent kellu l-għan li jistabbilizza dawn l-istituzzjonijiet fost tnaqqis fil-profittabbiltà u rekord ta’ marġnijiet baxxi tal-imgħax nett, filwaqt li jenfasizza l-miżuri proattivi meħuda mill-Istat biex tinżamm l-istabbiltà ekonomika (94). |
|
(131) |
Barra minn hekk, il-GTĊ iċċara li anke d-deċiżjonijiet bankarji kummerċjali privati jridu jiġu ssorveljati mis-CCP u jibqgħu konformi mal-politiki nazzjonali. Wieħed mit-tliet għanijiet ġenerali tal-Istat fir-rigward tal-governanza bankarja issa huwa li tissaħħaħ it-tmexxija tal-Partit fis-settur bankarju u tal-assigurazzjoni, inkluż fir-rigward ta’ kwistjonijiet operazzjonali u ta’ ġestjoni (95). Barra minn hekk, il-kriterji tal-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-banek kummerċjali issa jridu, b’mod partikolari, iqisu kif l-entitajiet “jaqdu l-objettivi nazzjonali tal-iżvilupp u l-ekonomija reali”, u b’mod partikolari kif “ jaqdu l-industriji strateġiċi u emerġenti ” (96). |
|
(132) |
Barra minn hekk, fil-livell tal-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji, b’Diversi Miżuri għall-Promozzjoni Ulterjuri tal-Iżvilupp tal-Investiment Privat (97), il-GTĊ ifittex li “ jżid ir-riżorsi baġitarji ċentrali biex jappoġġa proġetti ta’ investiment privat kwalifikati u biex ikollu rwol ta’ gwida u ewlieni b’mod attiv ”. Il-GTĊ biħsiebu wkoll “ jagħmel użu tajjeb minn strumenti finanzjarji ta’ politika ġodda [u] jappoġġa għadd ta’ proġetti ta’ investiment privat kwalifikati f’industriji importanti u oqsma ewlenin (98) ”. |
|
(133) |
Barra minn hekk, il-klassifikazzjonijiet tal-bonds u tal-kreditu spiss ikunu distorti għal diversi raġunijiet, inkluż il-fatt li l-valutazzjoni tar-riskju tiġi influwenzata mill-importanza strateġika tad-ditta għall-GTĊ u mis-saħħa ta’ kwalunkwe garanzija impliċita mill-gvern (99). Dan huwa amplifikat permezz ta’ regoli eżistenti addizzjonali, li jidderieġu l-finanzi lejn setturi magħżula mill-gvern bħala mħeġġa jew li b’xi mod ieħor huma importanti (100). Dan jirriżulta f’tendenza favur li jingħata self lill-SOEs, lil ditti privati kbar u b’konnessjonijiet tajbin u lil ditti f’setturi industrijali ewlenin, u dan jimplika li d-disponibbiltà u l-kost tal-kapital ma humiex ugwali għall-atturi kollha fis-suq. |
|
(134) |
It-tieni, il-kostijiet tas-self inżammu baxxi b’mod artifiċjali sabiex jiġi stimolat it-tkabbir tal-investiment. Dan wassal għall-użu eċċessiv ta’ investiment kapitali b’redditi dejjem aktar baxxi fuq l-investiment. Dan huwa muri mit-tkabbir fl-ingranaġġ korporattiv fis-settur tal-Istat minkejja tnaqqis qawwi fil-profittabilità, li jissuġġerixxi li l-mekkaniżmi operati fis-sistema bankarja ma jsegwux risponsi kummerċjali normali. |
|
(135) |
It-tielet, għalkemm f’Ottubru 2015 inkisbet liberalizzazzjoni nominali tar-rata tal-imgħax, is-sinjali tal-prezzijiet għadhom ma humiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles, iżda huma influwenzati minn distorsjonijiet ikkawżati mill-gvern. Is-sehem ta’ self fir-rata ta’ referenza jew taħtha kien għadu jirrappreżenta mill-inqas terz tas-self kollu fl-aħħar tal-2018 (101). Il-media uffiċjali fiċ-Ċina dan l-aħħar irrapportat li s-CCP talab “ li titbaxxa r-rata tal-imgħax tas-suq tas-self ” (102). Rati tal-imgħax baxxi b’mod artifiċjali jirriżultaw fi twaqqigħ tal-prezzijiet, u konsegwentement, fl-użu eċċessiv tal-kapital. |
|
(136) |
It-tkabbir kumplessiv tal-kreditu fiċ-Ċina jindika deterjorament fl-effiċjenza tal-allokazzjoni tal-kapital mingħajr l-ebda sinjal ta’ ssikkar tal-kreditu li jkun mistenni f’ambjent tas-suq mingħajr distorsjoni. B’riżultat ta’ dan, is-self improduttiv żdied b’mod rapidu, bil-GTĊ jagħżel diversi drabi li jew jevita l-inadempjenzi, biex b’hekk joħloq l-hekk imsejħa kumpaniji “żombi”, inkella jittrasferixxi s-sjieda tad-dejn (eż., permezz ta’ fużjonijiet jew ta’ skambju ta’ dejn ma’ ekwità), mingħajr ma neċessarjament jelimina l-problema ġenerali tad-dejn jew jindirizza l-kawżi ewlenin tagħha. |
|
(137) |
Essenzjalment, minkejja l-passi li ttieħdu sabiex is-suq jiġi liberalizzat, is-sistema tal-kreditu korporattiv fiċ-Ċina hija affettwata minn distorsjonijiet sinifikanti bħala riżultat tar-rwol pervażiv kontinwu tal-Istat fis-swieq kapitali. Għalhekk, l-intervent sostanzjali tal-gvern fis-sistema finanzjarja jwassal biex il-kundizzjonijiet tas-suq jiġu affettwati b’mod serju fil-livelli kollha. |
|
(138) |
Ma tressqet l-ebda evidenza f’din l-investigazzjoni li turi li s-settur tal-prodott taħt rieżami ma huwiex affettwat mill-intervent tal-gvern fis-sistema finanzjarja fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), is-sitt inċiż, tar-Regolament bażiku. Għalhekk, l-intervent sostanzjali tal-gvern fis-sistema finanzjarja jwassal biex il-kundizzjonijiet tas-suq jiġu affettwati b’mod serju fil-livelli kollha. |
3.2.3. In-natura sistemika tad-distorsjonijiet deskritti
|
(139) |
Il-Kummissjoni nnutat li d-distorsjonijiet deskritti fir-Rapport aġġornat huma karatteristiċi għall-ekonomija Ċiniża. L-evidenza disponibbli turi li l-fatti u l-karatteristiċi tas-sistema Ċiniża kif deskritti hawn fuq kif ukoll fil-Parti I tar-Rapport aġġornat japplikaw fil-pajjiż kollu u fis-setturi kollha tal-ekonomija. L-istess jgħodd għad-deskrizzjoni tal-fatturi tal-produzzjoni kif stabbilit hawn fuq u fil-Parti II tar-Rapport aġġornat. |
|
(140) |
Il-Kummissjoni tfakkar li sabiex jiġi mmanifatturat il-prodott ikkonċernat, huma meħtieġa ċerti inputs. Meta l-produtturi tal-prodott taħt rieżami jixtru/jikkuntrattaw dawn l-inputs, il-prezzijiet li dawn iħallsu (u li jiġu rreġistrati bħala l-kostijiet tagħhom) huma esposti b’mod ċar għall-istess distorsjonijiet sistemiċi msemmija qabel. Pereżempju, il-fornituri tal-inputs iħaddmu manodopera li hija soġġetta għad-distorsjonijiet. Huma jistgħu jissellfu flus li huma soġġetti għad-distorsjonijiet fis-settur finanzjarju/l-allokazzjoni tal-kapital. Minbarra dan, huma soġġetti għas-sistema ta’ ppjanar li tapplika fil-livelli kollha tal-gvern u tas-setturi. Dawn id-distorsjonijiet ġew deskritti fid-dettall hawn fuq, b’mod partikolari fil-premessi (67) sa (138). Il-Kummissjoni indikat li l-istruttura regolatorja li tirfed dawk id-distorsjonijiet hija applikabbli b’mod ġenerali, peress li l-produtturi tal-iSpunbond tal-PET huma soġġetti għal dawk ir-regoli bħal kwalunkwe operatur ekonomiku ieħor fiċ-Ċina. Għalhekk, id-distorsjonijiet għandhom effett dirett fuq l-istruttura tal-kostijiet tal-prodott ikkonċernat. |
|
(141) |
B’konsegwenza ta’ dan, mhux biss il-prezzijiet tal-bejgħ domestiku tal-prodott ikkonċernat ma humiex xierqa għall-użu fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, iżda l-kostijiet kollha tal-input (inklużi l-materja prima, l-enerġija, l-art, il-finanzjament, il-manodopera, eċċ.) huma affettwati wkoll minħabba li l-formazzjoni tal-prezzijiet tagħhom hija affettwata minn intervent sostanzjali tal-gvern, kif deskritt fil-Partijiet I u II tar-Rapport aġġornat. |
|
(142) |
Tabilħaqq, l-interventi tal-gvern deskritti fir-rigward tal-allokazzjoni tal-kapital, tal-art, tal-manodopera, tal-enerġija u tal-materja prima huma preżenti fiċ-Ċina kollha kemm hi. Dan ifisser, pereżempju, li input li minnu nnifsu kien immanifatturat fiċ-Ċina permezz tal-kombinazzjoni ta’ medda ta’ fatturi tal-produzzjoni huwa espost għal distorsjonijiet sinifikanti. L-istess japplika għall-input tal-input u l-bqija. |
|
(143) |
F’din l-investigazzjoni, la l-GTĊ u lanqas il-produtturi esportaturi ma preżentaw xi evidenza jew argument li juru l-kuntrarju. |
3.2.4. L-argumenti tal-partijiet interessati
|
(144) |
Mill-premessa (36) jirriżulta li l-ebda parti ma kkontestat l-użu tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku per se, u li l-GTĊ ma kkooperax fl-investigazzjoni. |
3.2.5. Konklużjoni
|
(145) |
L-analiżi stabbilita f’din it-taqsima, li tinkludi eżami tal-evidenza kollha disponibbli relatata mal-intervent taċ-Ċina fl-ekonomija tagħha b’mod ġenerali kif ukoll fis-settur tal-prodott ikkonċernat uriet li l-prezzijiet u l-kostijiet tal-prodott ikkonċernat, inklużi l-kostijiet tal-materja prima, tal-enerġija u tal-manodopera, ma humiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles għaliex huma affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku kif muri mill-impatt reali jew potenzjali ta’ wieħed jew aktar mill-elementi rilevanti elenkati fih. |
|
(146) |
Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni kkonkludiet li, f’dan il-każ, ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi sabiex jiġi stabbilit il-valur normali. |
|
(147) |
Konsegwentement, il-Kummissjoni pproċediet biex taħdem il-valur normali esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, jiġifieri, f’dan il-każ, abbażi tal-kostijiet korrispondenti tal-produzzjoni u tal-bejgħ f’pajjiż rappreżentattiv xieraq, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, kif deskritt fit-Taqsima li ġejja. |
3.2.6. Pajjiż rappreżentattiv
3.2.6.1. Kummenti ġenerali
|
(148) |
L-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv kienet ibbażata fuq il-kriterji li ġejjin, skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku:
|
|
(149) |
Kif spjegat fil-premessa (39), il-Kummissjoni ħarġet żewġ noti għall-fajl dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali. Dawn in-noti ddeskrivew il-fatti u l-evidenza li fuqhom huma bbażati l-kriterji rilevanti, u indirizzaw ukoll il-kummenti li rċevew il-partijiet dwar dawk l-elementi u dwar is-sorsi rilevanti. |
3.2.6.2. Livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għar-RPĊ
|
(150) |
Fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati dwar is-sorsi rilevanti li kellha l-ħsieb li tuża għad-determinazzjoni tal-valur normali u pprovdiet lista tal-fatturi kollha tal-produzzjoni bħall-materja prima, il-manodopera u l-enerġija. Hija identifikat ukoll pajjiżi rappreżentattivi possibbli. |
|
(151) |
Skont l-istatistika tal-importazzjoni tal-materja prima, l-importazzjonijiet tal-fatturi ta’ produzzjoni (“FOPs”, factors of production) meħtieġa għall-produzzjoni tal-iSpunbond tal-PET instabu fl-Indoneżja, fit-Tajlandja u fit-Turkija, li kollha ssodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku. Huwa meqjus ukoll probabbli li l-iSpunbond tal-PET jiġi prodott f’dawk it-tliet pajjiżi. |
|
(152) |
Ma wasal l-ebda kumment dwar il-pajjiżi identifikati fl-Ewwel Nota rigward il-livell ta’ żvilupp ekonomiku. Madankollu, diversi partijiet ikkummentaw dwar l-affidabbiltà tal-prezzijiet għal ċerti FOPs f’kull wieħed mill-pajjiżi, li huma indirizzati fil-premessi li ġejjin. |
|
(153) |
Fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati bl-intenzjoni tagħha li tuża lit-Tajlandja bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq f’dan il-każ jekk l-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku tiġi kkonfermata. |
3.2.6.2.1. It-Tajlandja
|
(154) |
Bi tweġiba għall-Ewwel Nota, Changde Tiandingfeng Nonwovens Co Ltd u Tiandingfeng Nonwovens Co Ltd, (l-aħħar tnejn minn hawn ’il quddiem imsejħa l-“Grupp TDF”) argumentaw favur it-Turkija meta mqabbla mat-Tajlandja bħala pajjiż rappreżentattiv minħabba li l-importazzjonijiet taċ-ċippa tal-PET fit-Turkija jkunu aktar diversifikati, ogħla fil-volum, u fil-biċċa l-kbira jinkisbu minn pajjiżi b’ekonomija tas-suq, u għalhekk aktar rappreżentattivi tal-prezzijiet tas-suq mingħajr distorsjoni. |
|
(155) |
Hubei Unibon nonwovens Co Ltd (“Unibon”) argumentat li t-Tajlandja ma hijiex xierqa bħala pajjiż rappreżentattiv peress li l-importazzjonijiet taċ-ċipep tal-PET f’dak il-pajjiż ikunu distorti minħabba l-porzjon kbir tal-importazzjonijiet taċ-ċipep tal-PET li joriġinaw miċ-Ċina, bil-prezz medju tal-importazzjoni minn pajjiżi oħra ferm ogħla milli fiż-żewġ pajjiżi rappreżentattivi potenzjali l-oħra. Unibon affermat li dawk il-prezzijiet jindikaw li l-importazzjonijiet mhux Ċiniżi tat-Tajlandja huma fil-biċċa l-kbira ċipep tal-PET ta’ grad speċjali jew atipiċi u għalhekk ma jistgħux jitqiesu bħala parametru referenzjarju standard għaċ-ċipep tal-PET użati fil-produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni. |
|
(156) |
Fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni nnotat li kemm fit-Tajlandja kif ukoll fit-Turkija, ammont sinifikanti taċ-ċipep tal-PET totali importati oriġinaw miċ-Ċina. Madankollu, kif spjegat fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni qieset li l-prezzijiet tal-importazzjoni taċ-ċipep tal-PET fit-Turkija minn oriġini mhux Ċiniża jidhru affettwati mill-volum kbir ta’ ċipep tal-PET ta’ oriġini Ċiniża bi prezzijiet distorti, filwaqt li fit-Tajlandja dan ma jidhirx li huwa l-każ. |
|
(157) |
Bi tweġiba għat-Tieni Nota, Unibon tenniet l-argument tagħha li t-Tajlandja ma hijiex pajjiż rappreżentattiv xieraq, filwaqt li sostniet li ċ-ċipep tal-PET jenħtieġ li jkunu l-fattur deċiżiv f’dik il-valutazzjoni. Hija argumentat li t-Tajlandja hija esportatur nett taċ-ċipep tal-PET, filwaqt li l-Indoneżja turi pożizzjoni kummerċjali aktar ibbilanċjata, u għalhekk tikkostitwixxi parametru referenzjarju aktar xieraq. Unibon affermat ukoll li l-Kummissjoni jenħtieġ li tikkunsidra mhux biss is-sehem tal-importazzjonijiet li joriġinaw miċ-Ċina iżda wkoll il-volumi assoluti tal-importazzjoni. Fl-aħħar nett, hija allegat li l-prezzijiet tal-importazzjoni ferm ogħla taċ-ċipep tal-PET fit-Tajlandja meta mqabbla mal-Indoneżja u t-Turkija jindikaw li l-prodotti importati fit-Tajlandja jappartjenu għal kategorija speċifika u għalhekk ma humiex rappreżentattivi. |
|
(158) |
Il-Kummissjoni nnotat li l-prezzijiet tal-importazzjoni komparattivament ogħla taċ-ċipep tal-PET fit-Tajlandja x’aktarx huma attribwibbli għall-proporzjon aktar baxx ta’ importazzjonijiet li joriġinaw miċ-Ċina, li jirriżulta f’sehem akbar ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra bi prezzijiet ibbażati fuq is-suq. F’dan ir-rigward, is-sehem relattiv tal-importazzjonijiet mill-bqija tad-dinja meta mqabbel maċ-Ċina huwa indikatur aktar rilevanti tal-affidabbiltà tal-prezzijiet mill-volumi assoluti tal-importazzjoni. Peress li l-volumi tal-importazzjoni ta’ ċipep tal-PET fit-Tajlandja għadhom raġonevolment għoljin, struttura ta’ akkwist diversifikata b’esponiment limitat għal importazzjonijiet potenzjalment distorti tikkostitwixxi bażi aktar xierqa għall-istabbiliment ta’ parametru referenzjarju mingħajr distorsjoni. |
|
(159) |
Il-Kummissjoni nnotat li l-investigazzjoni ma identifikat l-ebda restrizzjoni kummerċjali speċifika jew distorsjoni għaċ-ċipep tal-PET li jagħmlu lit-Tajlandja mhux xierqa bħala pajjiż rappreżentattiv. Is-sempliċi fatt li t-Tajlandja hija esportatur nett taċ-ċipep tal-PET ma weriex li l-prezzijiet tal-importazzjoni tagħha huma anormali jew mhux xierqa għall-finijiet ta’ valutazzjoni komparattiva. Pjuttost il-kuntrarju, peress li l-importazzjonijiet jikkompetu ma’ ċipep tal-PET prodotti domestikament. |
|
(160) |
Unibon argumentat ukoll li l-prezzijiet referenzjarji użati jenħtieġ li jeskludu l-assigurazzjoni u d-dazji tal-importazzjoni. Fil-fehma tagħha, iċ-ċipep tal-PET mibjugħa fis-suq domestiku ma jġarrbux tali kostijiet, u l-maġġoranza taċ-ċipep tal-PET mibjugħa fit-Tajlandja huma manifatturati domestikament u għalhekk ma jġarrbux kostijiet tal-assigurazzjoni u tad-dazju tal-importazzjoni. |
|
(161) |
Fir-rigward tal-esklużjoni tad-dazji tal-assigurazzjoni u tal-importazzjoni, il-valur normali kien ibbażat fuq l-istatistika tal-importazzjoni mill-GTA filwaqt li d-dazji tal-importazzjoni applikabbli ġew stabbiliti bl-użu ta’ MacMap. Skont id-definizzjoni, tali prezzijiet tal-importazzjoni jinkludu, fejn applikabbli, id-dazji tal-importazzjoni u l-kostijiet tal-importazzjoni relatati. L-inklużjoni tagħhom hija għalhekk inerenti għall-metodoloġija applikata. |
|
(162) |
Barra minn hekk, bi tweġiba għat-Tieni Nota, l-ilmentaturi argumentaw li l-parametru referenzjarju tal-manodopera, derivat mill-Bank tat-Tajlandja u inkluż fl-Anness V tat-Tieni Nota, kien baxx b’mod mhux raġonevoli u ma kienx jirrifletti b’mod preċiż il-kostijiet lavorattivi reali fit-Tajlandja. Huma sostnew li din iċ-ċifra hija ferm taħt il-kostijiet lavorattivi applikati mill-Kummissjoni f’pajjiżi rappreżentattivi oħra b’introjtu medju superjuri. L-ilmentaturi talbu lill-Kummissjoni taġġusta l-parametru referenzjarju tal-kost lavorattiv billi tuża data ogħla dwar il-kost lavorattiv għal “pożizzjonijiet ta’ inġinerija” ippubblikati mill-Bord tal-Investiment tat-Tajlandja, li hija qieset bħala sors aktar xieraq u rappreżentattiv. |
|
(163) |
Il-Kummissjoni nnotat li l-parametru referenzjarju ma kienx baxx b’mod mhux tas-soltu fid-dawl tal-funzjonijiet effettivament imwettqa mill-manodopera kkonċernata fil-proċess tal-produzzjoni. Barra minn hekk, il-livell tal-parametru referenzjarju kien ġeneralment komparabbli mad-data dwar il-kost lavorattiv irrapportata minn sorsi statistiċi internazzjonali oħra u għalhekk ma setax jitqies bħala mhux rappreżentattiv jew mhux xieraq għall-fini tal-kalkolu tal-valur normali. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(164) |
Minħabba n-nuqqas ta’ data affidabbli dwar l-importazzjoni għall-faħam tal-linjite fit-Tajlandja peress li l-importazzjonijiet huma esklużivament mil-Laos, il-Kummissjoni indikat fit-Tieni Nota li kellha l-ħsieb li tistabbilixxi l-parametru referenzjarju għall-faħam tal-linjite, billi tuża l-prezzijiet tal-faħam tal-linjite għall-kumpaniji (utenti industrijali) fit-Tajlandja ppubblikati mill-Uffiċċju tal-Politika u l-Ippjanar tal-Enerġija tal-Ministeru għall-Enerġija. Il-Kummissjoni użat bħala valur referenzjarju l-aktar data reċenti rigward l-2024. |
|
(165) |
Bi tweġiba għat-Tieni Nota, Unibon argumentat li l-prezz referenzjarju għall-faħam tal-linjite jenħtieġ li jkun ibbażat fuq data doganali Tajlandiża dwar l-importazzjoni skont HS 2702 10 aktar milli fuq l-istatistika domestika dwar il-faħam. Unibon affermat li l-istatistika domestika tonqos milli tiddistingwi l-linjite minn tipi oħra ta’ faħam u tipprovdi biss prezz medju għal kategorija wiesgħa ta’ faħam, minkejja differenzi sinifikanti fil-valur kalorifiku u proprjetajiet oħra li jirriżultaw f’disparitajiet sostanzjali fil-prezzijiet. Unibon affermat ukoll li l-prattika konsistenti tal-Kummissjoni hija li tibbaża fuq data doganali disponibbli għall-pubbliku tal-pajjiż rappreżentattiv għall-valutazzjoni tal-FOP u allegat li ma hemm l-ebda ġustifikazzjoni biex titbiegħed minn dan l-approċċ f’dan il-każ, b’mod partikolari minħabba li t-Tajlandja żżomm statistika dwar l-importazzjoni speċifika għall-prodott għall-faħam tal-linjite, tirreġistra volumi sinifikanti ta’ importazzjoni, u tikseb tali importazzjonijiet minn pajjiżi b’ekonomija tas-suq, li, fil-fehma tagħha, tiżgura li l-prezzijiet ikunu mingħajr distorsjoni u rappreżentattivi. |
|
(166) |
Il-Kummissjoni nnotat li, filwaqt li d-data doganali Tajlandiża skont il-kodiċi SA 2702 10 hija disponibbli, l-importazzjonijiet irreġistrati joriġinaw kważi esklużivament minn pajjiż ġar wieħed, jiġifieri l-Laos, u għalhekk ma setgħux jitqiesu rappreżentattivi biżżejjed ta’ suq kompetittiv u diversifikat. Il-konċentrazzjoni għolja tal-provvista f’pajjiż ta’ oriġini wieħed qajmet tħassib dwar l-affidabbiltà tal-prezz tal-importazzjoni bħala punt ta’ riferiment xieraq. Barra minn hekk, minħabba l-karatteristiċi fiżiċi speċifiċi tal-linjite, b’mod partikolari l-valur kalorifiku baxx u l-kontenut għoli ta’ ndewwa tiegħu, it-trasport fuq distanzi twal ġeneralment ma jkunx ekonomiku (104). B’riżultat ta’ dan, l-istatistika dwar l-importazzjoni x’aktarx li tirrifletti tranżazzjonijiet transfruntiera limitati xprunati minn prossimità ġeografika aktar milli minn prezzijiet iffurmati taħt kundizzjonijiet usa’ tas-suq. F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni kkonfermat li d-data dwar l-importazzjoni ma kinitx tikkostitwixxi l-aktar bażi xierqa għall-valutazzjoni ta’ dan il-fattur ta’ produzzjoni. |
|
(167) |
Fl-aħħar nett, l-ilmentaturi sostnew li l-prezzijiet tal-importazzjoni Tajlandiżi tal-lamtu tal-qamħirrum dehru baxxi wisq biex jirriflettu l-prezzijiet tal-lamtu tal-qamħirrum modifikat użat fil-produzzjoni tal-iSpunbond tal-PET. F’dan il-kuntest, huma argumentaw li dan x’aktarx huwa dovut għat-taħlita ta’ prodotti koperta mill-kodiċi NM rilevanti, li tinkludi kemm lamtu tal-qamħirrum modifikat (użat fl-iSpunbond tal-PET) kif ukoll lamtu tal-qamħirrum mhux modifikat (mhux użat fl-iSpunbond tal-PET). Il-produtturi tal-Unjoni għalhekk sostnew li l-Kummissjoni jenħtieġ li tagħmel aġġustamenti xierqa biex tqis din id-differenza. |
|
(168) |
Il-Kummissjoni nnotat l-affermazzjoni mill-produtturi tal-Unjoni dwar l-użu ta’ lamtu tal-qamħirrum modifikat fil-produzzjoni tal-iSpunbond tal-PET u l-livell tal-prezzijiet tal-importazzjoni Tajlandiżi. Madankollu, il-produtturi tal-Unjoni ma pprovdewx biżżejjed evidenza biex jissostanzjaw dawn l-affermazzjonijiet. Għaldaqstant, ma sar l-ebda aġġustament għall-prezzijiet tal-importazzjoni Tajlandiżi tal-lamtu tal-qamħirrum. |
3.2.6.2.2. It-Turkija
|
(169) |
Bi tweġiba għall-Ewwel Nota, il-Grupp TDF argumenta li l-importazzjonijiet tat-Turkija ta’ fatturi ewlenin tal-produzzjoni, b’mod partikolari ċ-ċipep tal-PET, huma aktar rappreżentattivi u mmexxija mis-suq minn dawk tat-Tajlandja. L-importazzjonijiet Ċiniżi jammontaw għal inqas minn nofs l-importazzjonijiet taċ-ċippa tal-PET tat-Turkija, u l-akkwist minn firxa wiesgħa ta’ pajjiżi b’ekonomija tas-suq jindika li l-prezzijiet jirriflettu l-kundizzjonijiet internazzjonali tas-suq. Il-Grupp TDF argumenta li l-livelli tal-prezzijiet waħedhom ma jurux distorsjoni u li l-volumi rappreżentattivi tal-importazzjoni jenħtieġ li jkunu l-fattur deċiżiv fl-analiżi tal-Kummissjoni, speċjalment minħabba li ċ-ċipep tal-PET jammontaw għal madwar 50 % tal-kost totali tal-produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni. Għalhekk, huwa sostna li l-volumi ogħla u aktar diversifikati tal-importazzjonijiet mhux Ċiniżi tat-Turkija jipprovdu parametru referenzjarju aktar affidabbli. Il-kumpanija argumentat ukoll li n-nuqqas ta’ importazzjonijiet tal-linjite jenħtieġ li ma jiskwalifikax lit-Turkija, peress li tali lakuni jistgħu jiġu indirizzati bl-użu ta’ data minn pajjiżi oħra. |
|
(170) |
Unibon, għall-kuntrarju, argumentat li t-Turkija ma hijiex xierqa bħala pajjiż rappreżentattiv minħabba ambjent ta’ materja prima distort ħafna, instabbiltà makroekonomika li taffettwa l-kostijiet ta’ unità lavorattiva, il-kostijiet tal-enerġija u l-proporzjonijiet tal-ispejjeż finanzjarji, u nuqqas ta’ data finanzjarja xierqa. |
|
(171) |
Fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni nnotat li kemm it-Tajlandja kif ukoll it-Turkija juru xejriet simili ta’ importazzjoni, b’importazzjonijiet sinifikanti ta’ ċipep tal-PET li joriġinaw miċ-Ċina. Madankollu, kif spjegat fl-Ewwel Nota u wkoll fil-premessa (156) hawn fuq, il-Kummissjoni qieset li l-prezzijiet tal-importazzjoni taċ-ċipep tal-PET fit-Turkija minn oriġini mhux Ċiniża jidhru affettwati mill-volum kbir ta’ ċipep tal-PET ta’ oriġini Ċiniża bi prezzijiet distorti. |
|
(172) |
Il-Kummissjoni analizzat ukoll l-importazzjonijiet tal-materja prima ewlenija, iċ-ċipep tal-PET, u eżaminat id-data dwar l-importazzjoni f’livell aktar granulari biex tidentifika t-tipi ta’ ċipep tal-PET użati fil-produzzjoni tal-iSpunbond tal-PET. Madankollu, għall-kuntrarju tat-Tajlandja u l-Indoneżja, l-iskeda tariffarja Torka ma tagħmilx distinzjoni bejn kodiċijiet differenti bi 8 ċifri taħt HS 3907 69 . |
|
(173) |
Wara l-pubblikazzjoni tal-Ewwel Nota, il-Kummissjoni identifikat ukoll li t-Turkija għandha fis-seħħ miżuri ta’ salvagwardja li jkopru l-importazzjonijiet ta’ ċipep tal-PET ikklassifikati taħt il-kodiċi HS 3907 69 (105). Il-miżuri ilhom fis-seħħ mill-11 ta’ Ġunju 2020. Il-Kummissjoni sabet li dawn il-miżuri ta’ salvagwardja fuq iċ-ċipep tal-PET ifixklu l-prezzijiet tal-importazzjoni ta’ din il-materja prima ewlenija, u b’hekk it-Turkija ssir għażla inqas xierqa bħala pajjiż rappreżentattiv. |
|
(174) |
Fl-ewwel Nota, il-Kummissjoni nnotat li ma kien hemm l-ebda importazzjoni ta’ faħam tal-linjite fit-Turkija. Il-Grupp TDF argumenta li dan ma għandux jipprekludi lit-Turkija milli tintgħażel bħala pajjiż rappreżentattiv. Il-Grupp TDF fakkar li f’każijiet preċedenti fejn pajjiż rappreżentattiv ma kellux volumi ta’ importazzjoni ta’ ċerti FOPs, huwa indirizza din il-kwistjoni billi uża l-prezzijiet tal-importazzjoni minn pajjiż rappreżentattiv ieħor biex jaħdem il-valur normali. |
|
(175) |
Il-Kummissjoni nnotat il-kummenti mill-Grupp TDF u qablet li fin-nuqqas ta’ parametru referenzjarju affidabbli tal-importazzjoni, jistgħu jiġu applikati prezzijiet, kostijiet jew parametri referenzjarji internazzjonali mingħajr distorsjoni jekk it-Turkija tkun intgħażlet bħala l-pajjiż rappreżentattiv. |
3.2.6.2.3. L-Indoneżja
|
(176) |
Bi tweġiba għall-Ewwel Nota, Unibon qieset lill-Indoneżja bħala l-aktar pajjiż rappreżentattiv xieraq u primarjament sostniet li għandha l-aktar akkwist ibbilanċjat u l-inqas distorsjoni tal-fattur ewlieni tal-produzzjoni, iċ-ċipep tal-PET. Hija sostniet li x-xejra tal-importazzjoni tal-Indoneżja hija maqsuma b’mod ugwali bejn is-sorsi Ċiniżi u dawk mhux Ċiniżi, u dan inaqqas ir-riskju li l-prezzijiet “tal-bqija tad-dinja” jiġu influwenzati indirettament mill-ipprezzar Ċiniż. Għall-kuntrarju tal-Indoneżja, l-importazzjonijiet taċ-ċipep tal-PET tat-Tajlandja jkunu ddominati ħafna minn oriġini Ċiniża, filwaqt li l-istruttura tat-Turkija tinkludi importazzjonijiet mhux tad-WTO li jqajmu tħassib addizzjonali dwar id-distorsjoni. Madankollu, Unibon ma ssostanzjatx din l-affermazzjoni u lanqas ma pprovdiet evidenza addizzjonali biex tappoġġaha. |
|
(177) |
Unibon affermat ukoll li l-lakuni fid-data tal-FOP tal-Indoneżja huma limitati u jistgħu jiġu indirizzati faċilment eż. in-nuqqas ta’ importazzjonijiet tal-faħam tal-linjite jirrifletti l-awtosuffiċjenza tal-Indoneżja bħala produttur ewlieni tal-faħam aktar milli nuqqas ta’ data, u l-prezzijiet referenzjarji tal-faħam huma disponibbli minn pubblikazzjonijiet rikonoxxuti tas-suq domestiku, filwaqt li l-importazzjonijiet tal-fibra tal-ħġieġ minbarra ċ-Ċina huma ta’ skala kummerċjali suffiċjenti. |
|
(178) |
Fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni nnotat li l-importazzjonijiet tal-bqija tad-dinja tal-fibra tal-ħġieġ fl-Indoneżja jirrappreżentaw biss 3,28 % tal-importazzjonijiet totali tal-fibra tal-ħġieġ filwaqt li 96,72 % li jifdal huma ta’ oriġini Ċiniża. Għalhekk huwa ċar li l-importazzjonijiet tal-fibra tal-ħġieġ mill-bqija tad-dinja x’aktarx li kienu influwenzati mill-importazzjonijiet miċ-Ċina. Għalhekk, l-affermazzjoni minn Unibon ġiet miċħuda. |
|
(179) |
Il-Kummissjoni nnotat il-kummenti minn Unibon u qablet li fin-nuqqas ta’ parametru referenzjarju tal-importazzjoni affidabbli, jistgħu jiġu applikati prezzijiet, kostijiet jew parametri referenzjarji internazzjonali mingħajr distorsjoni jekk l-Indoneżja tkun intgħażlet bħala l-pajjiż rappreżentattiv. |
3.2.6.2.4. Konklużjoni dwar il-livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għar-RPĊ
|
(180) |
Filwaqt li qieset l-argumenti tal-partijiet interessati għall-Ewwel Nota u għat-Tieni Nota, il-Kummissjoni qieset li t-Tajlandja kienet l-aktar pajjiż rappreżentattiv xieraq li ssodisfa l-kriterji li jkollu livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għar-RPĊ. |
3.2.6.3. Eżistenza ta’ data rilevanti faċilment disponibbli fil-pajjiż rappreżentattiv
|
(181) |
Il-Kummissjoni investigat liema data finanzjarja kienet faċilment disponibbli għat-tliet pajjiżi identifikati fl-Ewwel Nota, jiġifieri l-Indoneżja, it-Tajlandja u t-Turkija. |
|
(182) |
Fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni kienet identifikat rapporti finanzjarji faċilment disponibbli għal tliet produtturi tal-prodott taħt investigazzjoni f’pajjiżi rappreżentattivi potenzjali li wrew livell raġonevoli ta’ profittabbiltà għal perjodu l-aktar reċenti għall-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(183) |
Il-produtturi esportaturi Unibon u l-Grupp TDF it-tnejn argumentaw li t-Tajlandja ma hijiex xierqa bħala pajjiż rappreżentattiv minħabba li ż-żewġ kumpaniji Tajlandiżi kkunsidrati, Thai Unitika Spunbond Co., Ltd. u Narula Nonwoven Co. Ltd., ma pprovdewx data affidabbli. |
|
(184) |
Unibon irrimarkat li Thai Unitika Spunbond wriet profittabbiltà estrema u irregolari, li tirrifletti oġġetti eċċezzjonali jew mhux operazzjonali aktar milli prestazzjoni industrijali normali. B’kuntrast ma’ dan, Narula Nonwoven uriet marġni ta’ profitt estremament baxx. Unibon ikkonkludiet li dan il-kuntrast qawwi indika li t-Tajlandja ma kellhiex data finanzjarja stabbli u kummerċjalment raġonevoli għall-produzzjoni tal-iSpunbond tal-PET, u b’hekk kwalunkwe parametru referenzjarju derivat minn dawn iż-żewġ kumpaniji kien distort ħafna. |
|
(185) |
Bl-istess mod, il-Grupp TDF argumenta wkoll li d-data finanzjarja tal-2025 ta’ Thai Unitika Spunbond Co., Ltd. jenħtieġ li tiġi injorata minħabba li ma kinitx bażi xierqa għall-parametri referenzjarji. Il-Grupp TDF qies li ż-żieda straordinarja fid-dħul totali, aktar minn tliet darbiet id-dħul tiegħu mill-Bejgħ u s-Servizzi u l-kost tiegħu tal-oġġetti mibjugħa, kienet tirrifletti introjtu eċċezzjonali ieħor aktar milli prestazzjoni operazzjonali normali. |
|
(186) |
Bħala alternattiva, Unibon affermat li l-Indoneżja tipprovdi data finanzjarja affidabbli u speċifika għall-prodott minn produttur reali ta’ l-iSpunbond tal-PET, PT Multi Spunindo Jaya Tbk, li r-rapporti finanzjarji awditjati tagħha juru livelli kummerċjalment raġonevoli ta’ SG&A u ta’ profitt konsistenti ma’ operazzjonijiet industrijali normali. |
|
(187) |
Il-Grupp TDF afferma li t-Turkija għandha bażi industrijali usa’ u aktar rappreżentattiva, bi tmien produtturi identifikati tal-iSpunbond tal-PET meta mqabbla ma’ tnejn biss fit-Tajlandja u wieħed fl-Indoneżja. Il-Grupp TDF irrikonoxxa li d-data finanzjarja speċifika għall-kumpanija għall-produtturi Torok tista’ tkun limitata, u ssuġġerixxa lill-Kummissjoni biex minflok tuża data finanzjarja settorjali. |
|
(188) |
Il-Kummissjoni qablet kemm mal-Grupp TDF kif ukoll ma’ Unibon li d-data finanzjarja relatata mal-kumpaniji Tajlandiżi ma kinitx xierqa. Id-data finanzjarja ta’ Thai Unitika Spunbond Co., Ltd. u Narula Nonwoven Co., Ltd. kienet inkonsistenti ħafna u ma kinitx tirrifletti l-prestazzjonijiet industrijali normali, b’varjazzjonijiet estremi fil-profittabbiltà u d-dħul xprunati minn entrati eċċezzjonali. |
|
(189) |
Il-Kummissjoni nnotat il-kumment tal-Grupp TDF dwar l-użu ta’ data settorjali, madankollu d-data settorjali tista’ tinkludi produtturi lil hinn minn dawk li jimmanifatturaw l-iSpunbond tal-PET, bħal produtturi tat-tessuti b’taħlitiet ta’ prodotti jew strutturi tal-kostijiet differenti. L-użu ta’ data aggregata bħal din jirriskja li jirrappreżenta ħażin l-istruttura reali tal-kostijiet u l-profittabbiltà tas-segment tal-iSpunbond tal-PET. |
|
(190) |
Il-Kummissjoni qablet mal-affermazzjoni ta’ Unibon li mill-produtturi ta’ PET Spunbond identifikati fil-pajjiżi rappreżentattivi, PT Multi Spunindo Jaya Tbk (l-Indoneżja) uriet l-aktar livelli preċiżi ta’ SG&A u ta’ profitt konsistenti mal-operazzjonijiet industrijali normali. |
|
(191) |
Fit-tweġiba tagħha għat-Tieni Nota, Unibon argumentat li l-kombinazzjoni tad-data tal-FOP mit-Tajlandja mal-proporzjonijiet finanzjarji mill-Indoneżja ma kinitx xierqa, peress li l-użu ta’ żewġ pajjiżi rappreżentattivi differenti fil-fehma tagħha jikser il-konsistenza interna tal-kalkolu tal-valur normali u jwassal għal riżultat distort. Hija sostniet li jenħtieġ li l-Kummissjoni minflok tibbaża fuq pajjiż rappreżentattiv wieħed kemm għall-prezzijiet tal-FOP kif ukoll għad-data finanzjarja u sostniet li l-Indoneżja tkun l-aktar għażla xierqa. |
|
(192) |
F’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, fejn l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti hija kkonfermata, jenħtieġ li l-Kummissjoni taħdem il-valur normali bl-użu tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet u valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni. Is-sorsi li l-Kummissjoni tista’ tuża jinkludu l-kostijiet korrispondenti tal-produzzjoni u tal-bejgħ f’pajjiż rappreżentattiv xieraq, dment li d-data rilevanti tkun disponibbli faċilment. Kif spjegat fid-dettall hawn fuq, il-Kummissjoni qieset lit-Tajlandja bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq li ppermettielha tiddependi fuq il-kostijiet u l-prezzijiet tagħha għall-fatturi kollha tal-produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni. Madankollu, il-Kummissjoni ma setgħetx issib data finanzjarja faċilment disponibbli mill-produtturi Tajlandiżi tal-iSpunbond tal-PET għall-kalkolu ta’ ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni tal-ispejjeż SG&A u tal-profitt. Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni qieset li kien xieraq li tistabbilixxi ammont mingħajr distorsjoni u raġonevoli ta’ spejjeż SG&A u profitt abbażi ta’ data finanzjarja faċilment disponibbli ta’ produttur tal-iSpunbond tal-PET fl-Indoneżja. |
3.2.6.4. Livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali
|
(193) |
Wara li ġie stabbilit li t-Tajlandja kienet l-uniku pajjiż rappreżentattiv xieraq disponibbli, abbażi tal-elementi kollha ta’ hawn fuq, ma kienx hemm bżonn li titwettaq valutazzjoni tal-livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali f’konformità mal-aħħar sentenza tal-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku. |
3.2.6.5. Konklużjoni
|
(194) |
Fid-dawl tal-analiżi ta’ hawn fuq, it-Tajlandja ssodisfat il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku biex titqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. |
3.2.7. Sorsi użati biex jiġu stabbiliti l-kostijiet mingħajr distorsjoni
|
(195) |
Fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni elenkat il-fatturi ta’ produzzjoni, bħall-materjali, l-enerġija u l-manodopera użati fil-produzzjoni tal-prodott li qiegħed jiġi investigat mill-produttur esportatur u stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw u jipproponu informazzjoni disponibbli għall-pubbliku dwar il-valuri mingħajr distorsjoni għal kull wieħed mill-fatturi ta’ produzzjoni msemmija f’dik in-nota. |
|
(196) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda oġġezzjoni għal-lista ta’ fatturi ta’ produzzjoni fl-Ewwel Nota tagħha. |
|
(197) |
Sussegwentement, fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni ddikjarat li, sabiex taħdem il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, hija tuża l-GTA (għall-prezzijiet tal-importazzjoni) u l-MacMap (għad-dazji tal-importazzjoni) biex tistabbilixxi l-kost mingħajr distorsjoni tal-biċċa l-kbira tal-fatturi tal-produzzjoni, b’mod partikolari l-materja prima. |
3.2.7.1. Fatturi ta’ produzzjoni
|
(198) |
Meta titqies l-informazzjoni kollha ppreżentata mill-partijiet interessati u miġbura matul iż-żjarat ta’ verifika, il-fatturi ta’ produzzjoni li ġejjin u s-sorsi tagħhom ġew identifikati sabiex jiġi ddeterminat il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku: Tabella 1
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(199) |
Il-Kummissjoni inkludiet valur għall-kostijiet ġenerali tal-manifattura sabiex tkopri l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi tal-produzzjoni msemmija aktar ’il fuq. Sabiex tistabbilixxi dan l-ammont, il-Kummissjoni kkalkolat il-proporzjon bejn il-kostijiet indiretti tal-manifattura tal-produtturi esportaturi rispettivi inklużi fil-kampjun fir-rigward tal-kostijiet diretti tal-manifattura rispettivi tagħhom (kif elenkati fit-Tabella 1 hawn fuq). Minn hemm ’il quddiem, dan il-proporzjon ġie applikat fuq il-kostijiet diretti mingħajr distorsjoni tal-manifattura u ġie miżjud magħhom. |
3.2.7.1.1. Materja prima
|
(200) |
Sabiex jiġi stabbilit il-prezz mingħajr distorsjoni tal-materja prima kif ikkonsenjata sal-fabbrika ta’ produttur rappreżentattiv tal-pajjiż, il-Kummissjoni użat bħala bażi l-prezz medju ponderat tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv kif irrapportat fil-GTA li miegħu żdiedu d-dazji fuq l-importazzjoni u l-kostijiet tat-trasport. |
|
(201) |
Prezz tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv ġie ddeterminat bħala medja ponderata tal-prezzijiet ta’ unità tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha bl-esklużjoni tar-RPĊ u l-pajjiżi li ma humiex membri tad-WTO, elenkati fl-Anness 1 tar-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (111). |
|
(202) |
Il-Kummissjoni ddeċidiet li teskludi l-importazzjonijiet mir-RPĊ lejn il-pajjiż rappreżentattiv peress li fit-Taqsima 3.2.1 din ikkonkludiet li ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fir-RPĊ minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. |
|
(203) |
Minħabba li ma hemm l-ebda evidenza li turi li l-istess distorsjonijiet ma jaffettwawx bl-istess mod il-prodotti maħsubin għall-esportazzjoni, il-Kummissjoni qieset li l-istess distorsjonijiet affettwaw il-prezzijiet tal-esportazzjoni. |
|
(204) |
Għal għadd ta’ fatturi ta’ produzzjoni, il-kostijiet reali mġarrba mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun kienu jirrappreżentaw sehem negliġibbli tal-kostijiet totali tal-materja prima fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Peress li l-valur użat għal dawn ma kellu l-ebda impatt apprezzabbli fuq il-kalkoli tal-marġni tad-dumping, irrispettivament mis-sors użat, il-Kummissjoni ddeċidiet li tinkludi dawk il-kostijiet f’oġġetti konsumabbli, kif spjegat fil-premessi (221) u (222). |
|
(205) |
Sabiex tiddetermina d-dazji tal-importazzjoni applikabbli għal kull kodiċi tal-merkanzija u pajjiż tal-oriġini, il-Kummissjoni kkonsultat lil MacMap. Id-dazji tal-importazzjoni żdiedu mal-valur CIF irreġistrat fl-istatistika tal-importazzjoni Tajlandiża kif disponibbli fil-bażi tad-data tal-GTA. |
|
(206) |
Il-Kummissjoni esprimiet il-kost tat-trasport imġarrab mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun għall-provvista tal-materja prima bħala perċentwal tal-kost reali ta’ tali materja prima u mbagħad applikat l-istess persentaġġ għall-kost mingħajr distorsjoni tal-istess materja prima sabiex tikseb il-kost mingħajr distorsjoni tat-trasport. Il-Kummissjoni qieset li, fil-kuntest ta’ din l-investigazzjoni, il-proporzjon bejn il-materja prima tal-produtturi esportaturi u l-kostijiet tat-trasport irrapportati jista’ jintuża b’mod raġonevoli bħala indikazzjoni biex jiġu stmati l-kostijiet tat-trasport mingħajr distorsjoni tal-materja prima meta tiġi kkonsenjata lill-fabbrika tal-kumpanija. |
3.2.7.1.1.1. Ċipep tal-PET
|
(207) |
Iċ-ċipep tal-PET huma l-materja prima ewlenija fil-produzzjoni tal-iSpunbond tal-PET. Fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni kienet elenkat kemm il-kodiċi doganali għall-PET b’viskożità baxxa, jiġifieri l-kodiċi HS 3907 69 , kif ukoll il-kodiċi doganali għall-PET b’viskożità għolja, il-kodiċi HS 3907 61 . Il-produtturi tal-Unjoni pprovdew kummenti dwar l-Ewwel Nota li jħeġġu lill-Kummissjoni tivverifika bir-reqqa l-materja prima eżatta ta’ kull produttur Ċiniż biex tiżgura li tuża l-kodiċi korrett għal kull produttur. Wara ż-żjarat ta’ verifika, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-PET b’viskożità baxxa biss, jiġifieri l-kodiċi HS 3907 69 , kien rilevanti fil-produzzjoni tal-iSpunbond tal-PET u neħħiet il-PET b’viskożità għolja (HS 3907 61 ) mil-lista ta’ materja prima. |
|
(208) |
Fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni analizzat ulterjorment l-importazzjoni tal-materja prima ewlenija Ċipep tal-PET u ddeċidiet li teżamina d-data dwar l-importazzjoni f’livell aktar granulari biex tidentifika t-tipi ta’ ċipep tal-PET użati fil-produzzjoni tal-iSpunbond tal-PET. |
|
(209) |
L-iskedi tat-tariffi Tajlandiżi jiddistingwu bejn il-kodiċijiet tal-komoditajiet li ġejjin taħt il-kodiċi HS b’6 ċifri 3907 69 :
|
|
(210) |
Iċ-ċipep tal-PET użati fil-produzzjoni tal-iSpunbond tal-PET jaqgħu taħt il-kodiċi tal-komodità 3907 69 10 , filwaqt li l-kodiċi tal-komodità 3907 69 90 jista’ jinkludi polietilentereftalat ta’ grad speċjali jew inkella atipiku. Bl-użu tad-data tal-GTA, il-Kummissjoni setgħet tidentifika l-importazzjonijiet lejn it-Tajlandja taħt il-kodiċi tal-komodità 3907 69 10 , filwaqt li pprovdiet informazzjoni aktar dettaljata. |
|
(211) |
Għat-Tajlandja, il-kwantità totali tal-importazzjoni kienet ta’ 23 411 tunnellata, li minnhom 33 % oriġinaw miċ-Ċina. Peress li l-importazzjonijiet oriġinaw minn diversi sorsi u l-proporzjon tal-importazzjonijiet miċ-Ċina kien relattivament baxx, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-prezzijiet tal-importazzjoni għaċ-ċipep tal-PET taħt il-kodiċi tal-komodità 3907 69 10 fit-Tajlandja mill-bqija tad-dinja x’aktarx li ma kinux influwenzati mill-importazzjonijiet miċ-Ċina, u b’hekk l-importazzjonijiet lejn it-Tajlandja saru parametru referenzjarju affidabbli. |
3.2.7.1.1.2. Leganti (Lamtu tal-qamħirrum u emulsjoni ta’ ester akriliku)
|
(212) |
Kif diġà deskritt fil-premessa (26), il-produzzjoni tal-iSpunbond tal-PET teħtieġ l-użu ta’ leganti bbażati fuq il-lamtu, leganti kimiċi (ibbażati fuq il-polimeru), jew leganti mħallta bħala materjal tal-kisi. |
|
(213) |
Bi tweġiba għall-Ewwel Nota, l-ilmentaturi sostnew li l-produtturi Ċiniżi prinċipalment jużaw leganti bbażati fuq il-lamtu għall-iSpunbond tal-PET mibjugħ fis-suq domestiku Ċiniż, filwaqt li l-prodotti mibjugħa fis-suq tal-UE jsiru bl-użu tat-tliet tipi kollha ta’ leganti. Għalhekk, il-produtturi tal-Unjoni sostnew li, biex jiġi żgurat tqabbil ġust fil-kalkoli tad-dumping, jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi valuri normali separati għall-iSpunbond tal-PET prodotta ma’ kull tip ta’ legant jew tagħmel aġġustamenti xierqa għal valur normali bbażat fuq il-produzzjoni tal-legant ibbażat fuq il-lamtu. |
|
(214) |
Il-Kummissjoni nnotat il-kummenti li saru mill-produtturi tal-Unjoni dwar it-tipi differenti ta’ leganti użati fil-produzzjoni tal-iSpunbond tal-PET u l-impatt potenzjali tagħhom fuq il-komparabbiltà tal-prezzijiet. Il-Kummissjoni vvalutat jekk id-differenzi fit-tipi ta’ leganti jistgħux jiġġustifikaw kunsiderazzjoni u, fejn xieraq, jekk kwalunkwe aġġustament kienx iġġustifikat abbażi tal-informazzjoni disponibbli fil-fajl. L-eżitu ta’ din il-valutazzjoni huwa stabbilit fil-premessa (220). |
|
(215) |
Bi tweġiba għat-Tieni Nota, l-ilmentaturi argumentaw li ma qablux mal-prezzijiet użati fin-Nota tal-FOP għal-lamtu tal-qamħirrum. L-ilmentaturi sostnew li t-tip ta’ lamtu tal-qamħirrum użat fil-produzzjoni tal-iSpunbond tal-PET huwa lamtu tal-qamħirrum modifikat, li l-prezz tiegħu huwa bejn wieħed u ieħor id-doppju ta’ dak tal-lamtu tal-qamħirrum ordinarju. B’appoġġ għal din l-affermazzjoni, l-ilmentaturi pprovdew kwotazzjonijiet tal-prezzijiet li jqabblu l-lamtu tal-qamħirrum modifikat u ordinarju u talbu lill-Kummissjoni tapplika valwazzjoni pożittiva korrispondenti għall-prezzijiet ibbażati fuq il-GTA sabiex tirrifletti l-kost ogħla tal-lamtu tal-qamħirrum modifikat. |
|
(216) |
Bi tweġiba għall-argument tal-ilmentaturi, iż-żewġ produtturi esportaturi sostnew, li għall-produzzjoni tagħhom stess, jużaw biss lamtu tal-qamħirrum ordinarju. Il-produtturi esportaturi sostnew li dan huwa evidenzjat mill-fatturi miġbura matul il-verifika tax-xiri tal-materja prima tagħhom, li jirreferu għat-tip ta’ qamħirrum mixtri. Barra minn hekk, il-Grupp TDF argumenta li, fiċ-Ċina, il-lamtu tal-qamħirrum modifikat huwa ddikjarat taħt kodiċi HS 3505 10 differenti, u jsostni li x-xiri tiegħu taħt il-kodiċi HS 1108 12 jikkonċerna l-lamtu tal-qamħirrum ordinarju aktar milli l-lamtu tal-qamħirrum modifikat. |
|
(217) |
Il-Kummissjoni nnotat li l-ilmentaturi ma kinux ipprovdew evidenza konklużiva li l-produtturi tal-iSpunbond tal-PET, inklużi l-produtturi esportaturi Ċiniżi, jużaw lamtu tal-qamħirrum modifikat. Il-kwotazzjonijiet tal-prezzijiet sottomessi sempliċiment urew li l-lamtu tal-qamħirrum modifikat jista’ jkun aktar għali mil-lamtu tal-qamħirrum ordinarju, iżda ma wrewx li l-produtturi esportaturi investigati jużaw tali prodott. B’kuntrast ma’ dan, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-livelli tal-prezzijiet ivverifikati indikaw li l-produtturi esportaturi jużaw lamtu tal-qamħirrum ordinarju. |
|
(218) |
Bi tweġiba għat-Tieni Nota, il-Grupp TDF sostna li l-emulsjoni tal-ester akriliku li juża ġiet ikklassifikata b’mod żbaljat taħt il-kodiċi HS 3903 90 , li jkopri l-polimeri tal-istiren. Il-Grupp TDF argumenta li għalkemm il-prodott fih l-istiren, il-komponent ewlieni tiegħu huwa l-aċidu akriliku u għalhekk ikun ikklassifikat b’mod aktar xieraq taħt il-kodiċi HS 3906 90 , li jkopri l-polimeri akriliċi f’forom primarji. Il-Kummissjoni aċċettat l-affermazzjoni tal-Grupp TDF u rrevediet il-klassifikazzjoni tal-kodiċi HS tal-emulsjoni tal-esteri akriliċi. |
|
(219) |
Bi tweġiba għat-Tieni Nota, Unibon argumentat li d-differenzi materjali fit-tipi ta’ leganti użati fil-produzzjoni tal-iSpunbond tal-PET, jiġifieri dawk ibbażati fuq il-lamtu, dawk ibbażati fuq l-akriliku kimiku, u leganti mħallta, iwasslu għal varjazzjonijiet sinifikanti fil-kostijiet tal-produzzjoni u fil-prezzijiet tas-suq. Il-kumpanija argumentat li dan għandu jiġi rifless kif xieraq fil-kalkolu tal-valur normali. Fuq din il-bażi, Unibon talbet lill-Kummissjoni tapplika aġġustamenti biex tqis id-differenzi fil-kostijiet relatati mal-leganti. |
|
(220) |
Il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjoni. Hija nnotat li kemm il-produtturi Ċiniżi tal-iSpunbond tal-PET tal-Unjoni kif ukoll dawk inklużi fil-kampjun jużaw taħlita ta’ leganti, li kollha għandhom użi u prezzijiet tas-suq simili. Għalhekk, analiżi aktar dettaljata li tiddistingwi l-prodotti skont it-tip ta’ legant, fejn ma jkun hemm l-ebda differenza sinifikanti fl-użu jew fil-prezz, ma jkollhiex effett sinifikanti fuq il-kalkolu tal-valur normali. |
3.2.7.1.1.3. Materjal konsumabbli
|
(221) |
Fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet li, minħabba l-piż negliġibbli ta’ xi materja prima fil-kost totali tal-produzzjoni, xi wħud mill-fatturi tal-produzzjoni tqiesu bħala oġġetti konsumabbli. |
|
(222) |
Il-Kummissjoni kkalkulat il-perċentwal tal-materjal konsumabbli fil-kost totali tal-produzzjoni u applikat dan il-perċentwal għall-kost tal-produzzjoni kkalkulat mill-ġdid abbażi ta’ parametri referenzjarji. |
3.2.7.1.2. Manodopera
|
(223) |
Il-manodopera hija fattur ta’ produzzjoni li jirrappreżenta madwar 3 % tal-kost totali tal-produzzjoni. Il-Kummissjoni użat l-istatistika ppubblikata mill-Bank Nazzjonali tat-Tajlandja (112) biex tiddetermina l-pagi fit-Tajlandja bl-użu tal-informazzjoni dettaljata dwar il-pagi fis-settur tal-produzzjoni għall-perjodu ta’ investigazzjoni, għall-attività ekonomika skont il-klassifikazzjoni NACE Rev.2. |
3.2.7.1.3. Elettriku
|
(224) |
Il-Kummissjoni użat il-kwotazzjoni tal-prezz tal-elettriku għall-intrapriżi kummerċjali, industrijali u tal-istat ippubblikata mill-Bord tal-Investiment tat-Tajlandja (113) bl-użu tat-tariffa tal-Ħin tal-użu (tariffa TOU) — Servizz Ġenerali Kbir, Livell ta’ vultaġġ taħt it-22 Kv sabiex tikkalkula l-parametru referenzjarju għall-elettriku. Din it-tariffa ma nbidlitx mill-2018 u hija aġġornata fuq bażi ta’ kull xahar bl-użu tal-istrument imsejjaħ ħlas addizzjonali Ft. Għalhekk, il-ħlasijiet tal-elettriku fatturati għal kull xahar ġew ikkalkolati bħala:
|
|
(225) |
Il-Kummissjoni stabbiliet parametru referenzjarju għall-elettriku għal kull produttur esportatur inkluż fil-kampjun abbażi tal-konsum rispettiv għas-sigħat b’rati massimi u fis-sigħat kwieti. L-użu li rriżulta ġie allokat għar-rati massimi u fis-sigħat kwieti. |
|
(226) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni inkludiet kemm it-tariffa tad-domanda kif ukoll it-tariffa tas-servizz fil-parametru referenzjarju tar-rata tal-elettriku, biex tirrifletti bis-sħiħ il-kost tal-elettriku fil-pajjiż rappreżentattiv. It-tariffa tas-servizzi kienet espressa bħala ammont fiss kull xahar, filwaqt li t-tariffa tad-domanda ġiet stabbilita, f’kW, abbażi tal-kalkolu konservattiv tad-domanda tal-elettriku. Dan ġie stabbilit bid-diviżjoni tal-enerġija kkunsmata fl-eqqel sigħat totali bin-numru ta’ sigħat ta’ produzzjoni. Ir-rata medja ponderata kemm għall-konsum massimu kif ukoll għas-sigħat kwieti ġiet stabbilita bħala punt ta’ riferiment rispettiv għal kull produttur esportatur inkluż fil-kampjun. |
|
(227) |
Il-Kummissjoni stabbiliet li l-prezzijiet tal-elettriku fit-Tajlandja kienu kkwotati mingħajr il-VAT. |
3.2.7.1.4. Gass Naturali
|
(228) |
Il-Kummissjoni użat il-prezzijiet tal-gass għall-kumpaniji (utenti industrijali) fit-Tajlandja ppubblikati mill-Uffiċċju tal-Politika u l-Ippjanar tal-Enerġija tal-Ministeru tal-Enerġija (115). Il-prezzijiet varjaw skont il-volum ta’ konsum. Il-Kummissjoni użat il-prezzijiet korrispondenti mit-Tabella 7.2-4: Il-Konsum Finali tal-Enerġija Per Capita. Il-Kummissjoni użat bħala valur referenzjarju l-aktar data reċenti rigward l-2024. |
3.2.7.1.5. Faħam tal-Linjite
|
(229) |
Kif imsemmi fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni stabbiliet il-parametru referenzjarju għall-faħam tal-linjite, billi użat il-prezzijiet tal-faħam tal-linjite għall-kumpaniji (utenti industrijali) fit-Tajlandja ppubblikati mill-Uffiċċju tal-Politika u l-Ippjanar tal-Enerġija tal-Ministeru għall-Enerġija. Kif innotat hawn fuq fil-premessa (166), il-Kummissjoni qieset li l-importazzjonijiet tal-faħam tal-linjite mil-Laos lejn it-Tajlandja ma setgħux jitqiesu bħala kost korrispondenti affidabbli u raġonevoli fil-pajjiż rappreżentattiv xieraq skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni sabet li l-punt ta’ riferiment alternattiv ippubblikat mill-Uffiċċju tal-Politika u l-Ippjanar tal-Enerġija tal-Ministeru tal-Enerġija kien aktar raġonevoli fid-dawl tal-elementi li ġejjin. L-ewwel nett, l-istatistika uffiċjali Tajlandiża tinġabar mill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-ġbir u s-sorveljanza tal-informazzjoni dwar l-enerġija u l-ekonomija fit-Tajlandja (116), u għalhekk tipprovdi kopertura komprensiva fil-livell makro tal-konsum tal-enerġija fil-pajjiż. It-tieni, il-valur ta’ 1,19 CNY/kg li nstab fl-istatistika Tajlandiża nstab li kien konformi mal-livelli prevalenti tal-prezzijiet għall-faħam tal-linjite fix-Xlokk tal-Asja matul il-perjodu ta’ investigazzjoni (jiġifieri fil-medda ta’ 1,15–1,23 CNY/kg) (117). |
3.2.7.1.6. Semikokk
|
(230) |
Il-Kummissjoni użat il-prezzijiet tal-importazzjoni għas-semikokk taħt 2704 mill-bqija tad-dinja lejn it-Tajlandja. Il-Kummissjoni spjegat li dawn il-prezzijiet tal-importazzjoni jistgħu jitqiesu rappreżentattivi, peress li l-volumi importati kienu sostanzjali u oriġinaw minn diversi sorsi mingħajr distorsjoni. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni qieset li tali data pprovdiet parametru referenzjarju affidabbli biżżejjed għad-determinazzjoni tal-valur normali. L-ebda parti interessata ma qajmet oġġezzjonijiet għal dan l-approċċ. |
3.2.7.1.7. Skart
|
(231) |
Kif imsemmi fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni analizzat il-prattiki kontabilistiċi tal-produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun li jappartjenu għal prodotti sekondarji u skart. B’riżultat ta’ dan, il-Kummissjoni aġġustat il-kost tal-produzzjoni maħdum f’konformità mal-prattiki kontabilistiċi ta’ kull kumpanija li għandhom x’jaqsmu ma’ prodotti sekondarji u skart. |
3.2.7.1.8. Kostijiet ġenerali tal-manifattura, SG&A u profitti
|
(232) |
Skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali maħdum għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għall-kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali (‘SG&A’) u għall-profitti”. Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġi stabbilit valur għall-kostijiet ġenerali tal-manifattura biex ikopri l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi tal-produzzjoni msemmija hawn fuq. |
|
(233) |
Biex tistabbilixxi ammont mingħajr distorsjoni u raġonevoli għall-kostijiet SG&A u l-profitt, il-Kummissjoni qagħdet fuq id-data finanzjarja għas-sena 2024 għal PT Multi Spunindo Jaya Tbk kif estratta minn Orbis. |
|
(234) |
L-ispejjeż ġenerali tal-manifattura ma humiex identifikati separatament fiċ-ċifri tal-kont tal-Profitt u t-Telf disponibbli u jitqiesu li huma inklużi fil-kost tal-oġġetti mibjugħa. L-ispejjeż ġenerali tal-manifattura mġarrba mill-produtturi esportaturi li kkooperaw huma espressi bħala sehem tal-kostijiet tal-manifattura effettivament imġarrba mill-produtturi esportaturi. Dan il-perċentwal ġie applikat għall-kostijiet tal-manifattura mingħajr distorsjoni. |
|
(235) |
Fit-Tieni Nota, fir-rigward tal-kostijiet rispettivi tal-produtturi esportaturi għar-Riċerka u l-Iżvilupp, il-Kummissjoni ddikjarat li dawk il-kostijiet kienu se jiġu inklużi fl-ispejjeż ġenerali tal-manifattura, sakemm ma kienx espliċitu mill-kontijiet ippubblikati tal-produttur fl-Indoneżja li dawk il-kostijiet kienu inklużi fl-SG&A. |
|
(236) |
Bi tweġiba għat-Tieni Nota, il-produttur esportatur, il-Grupp TDF iddikjara li mill-istandards kontabilistiċi Indoneżjani rriżulta li l-kostijiet għar-Riċerka u l-Iżvilupp jenħtieġ li jiġu kklassifikati taħt l-SG&A. Filwaqt li r-rapport annwali ta’ PT Multi Spunindo Jaya Tbk ma elenkax b’mod espliċitu l-kostijiet tar-Riċerka u l-Iżvilupp, kumpanija oħra — PT Bakrie Telecom, li segwiet l-istess standards kontabilistiċi Indoneżjani — kienet speċifikat il-kostijiet tagħha għar-Riċerka u l-Iżvilupp taħt l-SG&A tagħha. |
|
(237) |
Il-Kummissjoni aċċettat l-affermazzjoni mill-Grupp TDF u ma żiditx il-kostijiet għar-Riċerka u l-Iżvilupp mal-Ispejjeż Ġenerali tal-Manifattura. |
|
(238) |
Bi tweġiba għat-Tieni Nota, il-produttur esportatur, il-Grupp TDF argumenta li jenħtieġ li l-Kummissjoni ma tiddependix fuq ir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-2024 ta’ Spunindo biex tiddetermina l-SG&A u l-profitt, peress li dawk il-kontijiet jinkludu data minn tliet sussidjarji li l-attivitajiet tagħhom ma humiex relatati mal-prodott taħt investigazzjoni u, f’xi każijiet, ma kinux bdew operazzjonijiet kummerċjali. Fid-dawl ta’ dan, il-Grupp TDF sostna li jenħtieġ li tintuża biss id-data finanzjarja awtonoma tal-kumpanija omm biex jiġu stabbiliti ammonti raġonevoli għall-SG&A u għall-profitt meta jinħadem il-valur normali. Il-Kummissjoni aċċettat din l-affermazzjoni u użat il-profitt u l-SG&A tal-kumpanija omm meta ħadmet il-valur normali. |
3.2.8. Kalkolu
|
(239) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
|
(240) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni stabbiliet il-kostijiet tal-manifattura mingħajr distorsjoni. Il-Kummissjoni applikat il-kostijiet unitarji mingħajr distorsjoni għall-konsum effettiv tal-fatturi individwali tal-produzzjoni tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. Dawn ir-rati ta’ konsum ġew ivverifikati matul il-verifika. Il-Kummissjoni mmultiplikat il-fatturi tal-użu bil-kostijiet mingħajr distorsjoni għal kull unità li ġew osservati fil-pajjiż rappreżentattiv. |
|
(241) |
Il-Kummissjoni mbagħad żiedet l-ispejjeż ġenerali tal-manifattura mal-kost mingħajr distorsjoni tal-manifattura biex tasal għall-kostijiet tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni. |
|
(242) |
Għall-kostijiet tal-produzzjoni stabbiliti kif deskritt fil-premessa preċedenti, il-Kummissjoni applikat l-SG&A u l-profitt mill-produttur tal-iSpunbond tal-PET fl-Indoneżja msemmi fil-premessa (233). |
|
(243) |
L-SG&A, espressi bħala perċentwal tal-Kostijiet tal-Prodotti Mibjugħa (“COGS, Costs of Goods Sold”) u applikati għall-kostijiet tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni, ammontaw għal 12,03 %. Il-profitt, espress bħala perċentwal tas-COGS u applikat għall-kostijiet tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni, ammonta għal 11,14 %. |
|
(244) |
Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
3.3. Prezz tal-esportazzjoni
|
(245) |
Il-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun esportaw lejn l-Unjoni direttament lil klijenti indipendenti. |
|
(246) |
Il-prezz tal-esportazzjoni kien il-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas għall-prodott ikkonċernat meta mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku. |
3.4. Tqabbil
|
(247) |
L-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku jirrikjedi li l-Kummissjoni tagħmel paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni fl-istess livell ta’ kummerċ u li tikkunsidra d-differenzi fil-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet. |
|
(248) |
Fil-każ inkwistjoni, il-Kummissjoni għażlet li tqabbel il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fil-livell ta’ kummerċ ta’ kif joħroġ mill-fabbrika. Kif spjegat aktar hawn taħt, fejn xieraq, il-prezzijiet tal-esportazzjoni ġew aġġustati sabiex: (i) jiġu nnettjati lura għal-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika; u (ii) isiru konċessjonijiet għad-differenzi fil-fatturi li ġew iddikjarati, u li ntwerew, li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet. |
3.4.1. Aġġustamenti magħmula għall-valur normali
|
(249) |
Kif spjegat fit-Taqsima 3.2 hawn fuq, il-valur normali ġie stabbilit fil-livell tal-kummerċ mill-fabbrika bl-użu tal-kostijiet tal-produzzjoni flimkien mal-ammonti għall-SG&A u għall-profitt, li tqiesu bħala raġonevoli għal dak il-livell ta’ kummerċ. Għalhekk, l-ebda aġġustament ma kien neċessarju biex il-valur normali jiġi nnettjat lura għal-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika. |
|
(250) |
Il-Kummissjoni ma sabet l-ebda raġuni biex tagħmel kwalunkwe konċessjoni għall-valur normali, u dawn il-konċessjonijiet lanqas ma ġew iddikjarati minn xi wieħed mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. |
3.4.2. Aġġustamenti magħmula għall-prezz tal-esportazzjoni
|
(251) |
Sabiex il-prezz tal-esportazzjoni jiġi nnettjat lura għal-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika, saru aġġustamenti minħabba: id-dazju doganali, imposti oħrajn fuq l-importazzjoni, il-merkanzija, l-assigurazzjoni, l-immaniġġar, it-tagħbija u spejjeż anċillari. |
3.5. Marġnijiet tad-dumping
|
(252) |
Għall-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat ta’ kull tip ta’ prodott simili mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat, f’konformità mal-Artikoli 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku. |
|
(253) |
Abbażi ta’ dan, il-marġnijiet tad-dumping medji ponderati proviżorji espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:
|
|
(254) |
Għall-produtturi esportaturi li kkooperaw li ma humiex inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni kkalkolat il-marġni tad-dumping medju ponderat, f’konformità mal-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, dak il-marġni ġie stabbilit fuq il-bażi tal-marġnijiet tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. |
|
(255) |
Fuq din il-bażi, il-marġni tad-dumping proviżorju tal-produtturi esportaturi li kkooperaw u li ma humiex inklużi fil-kampjun huwa ta’ 49,4 %. |
|
(256) |
Għall-produtturi esportaturi l-oħrajn kollha fir-RPĊ, il-Kummissjoni stabbiliet il-marġni tad-dumping fuq il-bażi tal-fatti disponibbli, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. |
|
(257) |
Għal dan il-għan, il-Kummissjoni ddeterminat il-livell ta’ kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi. Il-livell ta’ kooperazzjoni ġie kkalkulat abbażi tal-volum tal-esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw, inklużi fil-kampjun u mhux inklużi fil-kampjun, lejn l-Unjoni espress bħala proporzjon tal-importazzjonijiet totali mir-RPĊ lejn l-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni, li ġie stabbilit abbażi tal-istatistika tal-importazzjoni tal-2024 mill-Eurostat għall-kodiċijiet NM elenkati fil-premessa (24). |
|
(258) |
Il-livell ta’ kooperazzjoni f’dan il-każ kien għoli minħabba li l-esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw kienu jikkostitwixxu madwar 87 % tal-importazzjonijiet totali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni qieset li huwa xieraq li tistabbilixxi l-marġni tad-dumping għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx fil-livell tal-kumpanija li kkooperat inkluża fil-kampjun eżaminata fuq bażi individwali bl-ogħla marġni tad-dumping. |
|
(259) |
Il-marġnijiet tad-dumping proviżorji, espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:
|
4. DANNU
4.1. Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni
|
(260) |
Il-prodott simili kien immanifatturat minn tliet produtturi fl-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, li tnejn minnhom jappartjenu għall-istess grupp. Dawn jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” fis-sens tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku. |
|
(261) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni kienet stabbilita għal madwar [52 000–63 600] tunnellata. Il-Kummissjoni stabbiliet iċ-ċifra abbażi tal-informazzjoni kollha disponibbli dwar l-industrija tal-Unjoni, bħad-data li tinsab fit-tweġibiet għall-kwestjonarju li waslu mill-produtturi tal-Unjoni. Kif indikat fil-premessa (16), il-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw kienu jirrappreżentaw 100 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili. |
|
(262) |
Peress li d-data relatata mal-valutazzjoni tad-dannu ġiet derivata minn tliet produtturi tal-Unjoni, li tnejn minnhom jappartjenu għall-istess grupp, iċ-ċifri għall-analiżi tad-dannu jingħataw f’firxiet għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità. Madankollu, l-indiċijiet huma bbażati fuq data reali u mhux fuq il-firxiet. |
4.2. Konsum tal-Unjoni
|
(263) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni abbażi ta’: (a) data ppreżentata mill-produtturi tal-Unjoni u vverifikata mill-Kummissjoni dwar il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni; u (b) l-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat mill-pajjiżi terzi kollha lejn l-Unjoni, abbażi tad-data rrapportata fil-Eurostat, id-data vverifikata tal-produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun u d-data pprovduta mill-produtturi esportaturi mhux inklużi fil-kampjun (118). |
|
(264) |
L-approċċ biex jiġu stmati l-importazzjonijiet u l-konsum tal-Unjoni ġie stabbilit f’Nota għall-Fajl fl-4 ta’ Marzu 2026 (119). Is-CCCT ikkummentat dwar l-approċċ tal-Kummissjoni. Is-CCCT irrikonoxxiet bis-sħiħ l-isfidi prattiċi ffaċċjati mill-Kummissjoni fid-determinazzjoni tal-importazzjonijiet u tal-konsum, iżda qajmet tħassib dwar l-affidabbiltà taċ-ċifri minħabba s-suppożizzjonijiet fil-metodoloġiji deskritti fin-Nota. It-tliet preokkupazzjonijiet ewlenin tas-CCCT kienu (i) li l-kalkolu tal-importazzjonijiet miċ-Ċina uża proporzjon fiss ibbażat fuq id-data tal-perjodu ta’ investigazzjoni mingħajr evidenza li kien rappreżentattiv matul il-perjodu kkunsidrat; (ii) li l-istima tal-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra għall-2024 u l-perjodu ta’ investigazzjoni kienu bbażati fuq l-istatistika tal-Eurostat minkejja s-sejbiet tal-Kummissjoni li parti sinifikanti tal-importazzjonijiet ma ġewx iddikjarati kif suppost; u (iii) li l-metodoloġija kkumplikata tal-iffiltrar tal-firxa tal-prezzijiet biex jiġu stmati l-importazzjonijiet ta’ pajjiżi oħra għall-2022 u l-2023 introduċiet inċertezza. Għalhekk, is-CCCT xeħtet dubju fuq l-affidabbiltà ta’ dawn iċ-ċifri u sostniet li dawn jistgħu potenzjalment ikollhom impatt fuq l-analiżi tal-indikaturi tad-dannu u l-valutazzjoni tar-rabta bejn l-importazzjonijiet u s-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(265) |
Il-Kummissjoni qieset li, l-ewwel nett, filwaqt li s-CCCT ikkontestat l-approċċ, hija ma pprovdiet l-ebda evidenza biex issostni l-pożizzjoni tagħha jew li l-metodoloġija proposta mill-Kummissjoni wasslet għal riżultati mhux preċiżi jew mhux affidabbli, la fir-rigward tal-volumi, u lanqas fir-rigward tal-prezzijiet. |
|
(266) |
It-tieni, id-diskrepanzi evidenti bejn id-data tal-esportazzjoni vverifikata tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun u d-data tal-Eurostat obbligaw lill-Kummissjoni tfittex metodu alternattiv biex tistabbilixxi l-volumi tal-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat fl-Unjoni. Madankollu, is-CCCT naqset milli tipprovdi approċċ alternattiv jew kwalunkwe data addizzjonali li tikkontesta jew saħansitra temenda l-metodoloġija tal-Kummissjoni, b’mod partikolari fir-rigward tas-sehem tal-esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fl-esportazzjonijiet totali fis-snin qabel il-perjodu ta’ investigazzjoni. Fir-rigward tas-sehem tal-produtturi esportaturi, la l-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, u lanqas il-produtturi esportaturi mhux inklużi fil-kampjun ma kkummentaw dwar in-nota ta’ kampjunar, u lanqas dwar in-nota għall-fajl dwar id-determinazzjoni tal-importazzjonijiet. |
|
(267) |
It-tielet, l-użu ta’ kriterji ta’ allokazzjoni biex jiġu ddeterminati l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi huwa prattika komuni meta l-prodott li qed jiġi investigat jiġi kklassifikat fil-kodiċijiet NM li jkopru wkoll oġġetti oħra li jaqgħu barra mill-ambitu tal-investigazzjoni. Għal darb’oħra, is-CCCT ma pprovdietx approċċ alternattiv jew xi data dwar il-proporzjon jew il-prezzijiet tal-importazzjonijiet minn oriġini oħra fir-rigward tal-importazzjonijiet totali fl-Unjoni. |
|
(268) |
Ir-raba’, is-sejbiet tal-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni tas-suq tal-Unjoni huma konformi mal-evidenza pprovduta fl-ilment, b’mod partikolari fin-numri tal-konsum stabbiliti fir-rapport tas-suq ta’ EDANA (120) li kien parti mill-ilment (121). Dan ikompli juri l-preċiżjoni u l-adegwatezza tal-metodoloġija tal-Kummissjoni. |
|
(269) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ċaħdet il-kummenti tas-CCCT. |
|
(270) |
Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej: Tabella 2 Konsum tal-Unjoni (tunnellati)
|
||||||||||||||||||||||
|
(271) |
Il-konsum fl-Unjoni żdied bi 15 % matul il-perjodu kkunsidrat. Analiżi dettaljata wriet li l-konsum tal-Unjoni naqas bi 11 % mill-2022 sal-2023, segwit minn żieda sinifikanti fl-2024. Mill-2024 sal-perjodu ta’ investigazzjoni, il-konsum naqas b’10 punti perċentwali iżda baqa’ f’livelli għoljin, 15 % ogħla mill-bidu tal-perjodu kkunsidrat. |
|
(272) |
Fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat, l-irkupru ta’ wara l-pandemija appoġġa l-konsum tal-iSpunbond tal-PET. Il-konsum naqas bejn l-2022 u l-2023, minħabba domanda aktar baxxa għall-membrani tal-bitum fis-settur tal-bini u tal-kostruzzjoni tal-UE minħabba rati tal-imgħax għoljin, prezzijiet għoljin tal-enerġija, u inċertezzi ġeopolitiċi. Fl-2024, il-konsum tal-Unjoni għall-iSpunbond tal-PET reġa’ żdied, u dan jirrifletti l-istokkjar mill-ġdid tal-inventarji mill-produtturi tal-membrani bituminużi downstream xprunata minn żieda fid-domanda għall-prodott tagħhom (122). Bejn l-2024 u l-perjodu ta’ investigazzjoni, il-konsum baqa’ f’livelli għoljin. |
4.3. Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat
4.3.1. Volum u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat
|
(273) |
Il-Kummissjoni stabbiliet, kif spjegat fid-dettall fit-Taqsima 4.2 hawn fuq, il-volum tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat fl-Unjoni abbażi tad-data tal-Eurostat, fuq data vverifikata tal-produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun u fuq data pprovduta mill-produtturi esportaturi mhux inklużi fil-kampjun. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ġie stabbilit permezz ta’ tqabbil bejn il-volum tal-importazzjonijiet mal-konsum fl-Unjoni. |
|
(274) |
L-importazzjonijiet lejn l-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat żviluppaw kif ġej: Tabella 3 Kwantità tal-importazzjoni (tunnellati) u sehem mis-suq
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(275) |
Il-volumi tal-importazzjoni mir-RPĊ żdiedu b’417 % matul il-perjodu kkunsidrat, u żdiedu minn [3 400–4 200] tunnellata fl-2022 għal [17 600–21 500] tunnellata fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Is-sehem mis-suq taċ-Ċina kiber b’mod sinifikanti, minn 6 % fl-2022 għal 26 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni, li jirrappreżenta żieda ta’ 352 %. |
4.3.2. Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati: twaqqigħ tal-prezz u soppressjoni tal-prezz
|
(276) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-prezzijiet tal-importazzjonijiet abbażi tad-data pprovduta mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, li rrappreżentaw 72 % tal-importazzjonijiet tal-produtturi esportaturi Ċiniżi li kkooperaw lejn l-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet ġew stabbiliti b’mod simili bħall-volumi tal-importazzjonijiet. |
|
(277) |
Il-prezz medju ponderat tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni mir-RPĊ żviluppa kif ġej: Tabella 4 Prezzijiet tal-importazzjonijiet (EUR/ tunnellata)
|
||||||||||||||||||||||
|
(278) |
Il-prezzijiet naqsu b’mod sinifikanti (-38 %) bejn l-2022 u l-2023. Sussegwentement, dawn żdiedu fl-2024 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni b’4 u 13-il punt perċentwali, rispettivament. B’mod ġenerali, dawn naqsu b’21 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni minn EUR 2 500/tunnellata fl-2022 għal EUR 2 000/tunnellata matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(279) |
Il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu ta’ investigazzjoni billi qabblet il-prezzijiet tal-bejgħ medji ponderati għal kull tip ta’ prodott tal-produtturi tal-Unjoni mitluba lil klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal livell ta' kif joħroġ mill-fabbrika, u l-prezzijiet medji ponderati korrispondenti għal kull tip ta’ prodott tal-importazzjonijiet mill-produtturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun lill-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbiliti fuq bażi ta’ Kost, assigurazzjoni u nol (CIF), b’aġġustamenti xierqa, fejn xieraq, għad-dazji doganali u għall-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni. |
|
(280) |
It-tqabbil tal-prezzijiet sar fuq bażi ta’ tip b’tip għat-tranżazzjonijiet fl-istess livell ta’ kummerċ, bl-aġġustament dovut meta neċessarju, u wara tnaqqis tar-ribassi u tal-iskontijiet. Ir-riżultat tat-tqabbil kien espress bħala perċentwal tal-fatturat teoretiku tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan wera marġni medju ponderat ta’ twaqqigħ tal-prezz ta’ 26 % sa 30 % għal 100 % tal-volumi importati tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. |
|
(281) |
Minbarra t-twaqqigħ tal-prezz, kien hemm ukoll dipressjoni sinifikanti tal-prezzijiet skont it-tifsira tal-Artikolu 3(3) tar-Regolament bażiku. Minħabba l-pressjoni sinifikanti fuq il-prezzijiet ikkawżata mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping bi prezz baxx mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, l-industrija tal-Unjoni naqqset il-prezz medju tal-bejgħ ta’ unità tagħha fl-Unjoni b’21 % fil-perjodu kkunsidrat, għal livell li jaqbeż sew it-tnaqqis fil-kostijiet (10 %) kif stabbilit fit-Tabella 8 hawn taħt. Id-dipressjoni sinifikanti tal-prezzijiet hija kkonfermata wkoll mill-bejgħ taħt il-prezz misjub abbażi tad-data pprovduta mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. |
4.4. Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
4.4.1. Kummenti ġenerali
|
(282) |
F’konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien jinkludi valutazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li għandhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(283) |
Sabiex tiddetermina d-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni evalwat iż-żewġ settijiet ta’ indikaturi abbażi tat-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-produtturi magħrufa tal-Unjoni. Peress li l-ebda produttur ieħor tal-Unjoni ma huwa magħruf mill-Kummissjoni, iż-żewġ settijiet ta’ data nstabu li kienu rappreżentattivi tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. Kif spjegat fil-premessa (262), l-indikaturi tad-dannu huma pprovduti f’firxiet, peress li d-data relatata mal-valutazzjoni tad-dannu kienet derivata minn tliet produtturi tal-Unjoni, li tnejn minnhom jappartjenu għall-istess grupp. |
4.4.2. Indikaturi makroekonomiċi
4.4.2.1. Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità
|
(284) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 5 Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(285) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni esperjenza tnaqqis qawwi bejn l-2022 u l-2023, anke minħabba t-tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni. Fl-2024 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni, minkejja ż-żieda qawwija fil-konsum (+ 25 % fl-2024, + 15 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni, ara t-Tabella 2) u minħabba l-preżenza dejjem akbar ta’ importazzjonijiet bi prezz baxx mir-RPĊ, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tikseb l-istess volumi ta’ produzzjoni, li rriżultaw fi tnaqqis ta’ 5 % meta mqabbla mal-2022. |
|
(286) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, il-kapaċità tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni esperjenzat tnaqqis ġenerali ta’ 8 %. It-telf, ta’ madwar 7 000 tunnellata, kien ikkawżat mit-terminazzjoni bejn l-2022 u l-2023 ta’ ftehim ta’ tolling f’isem wieħed mill-produtturi tal-Unjoni, minħabba s-sitwazzjoni fis-suq u l-preżenza dejjem akbar ta’ importazzjonijiet bi prezz baxx. L-eżistenza ta’ dak il-ftehim ta’ tolling kienet ukoll ir-raġuni tal-użu aktar baxx tal-kapaċità fl-2022, li min-naħa tiegħu jwassal għal żieda apparenti ta’ 3 % fl-użu tal-kapaċità bejn l-2022 u l-perjodu ta’ investigazzjoni. Fi kliem ieħor, l-industrija tal-Unjoni żammet l-użu tal-kapaċità tagħha f’livelli suffiċjenti, iżda biss għad-detriment tat-tnaqqis tal-kapaċità. |
4.4.2.2. Kwantità ta’ bejgħ u sehem mis-suq
|
(287) |
Il-kwantità tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 6 Kwantità tal-bejgħ u sehem mis-suq
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(288) |
Fil-perjodu kkunsidrat, filwaqt li s-suq espanda bi 15 %, il-volum totali tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas b’10 %, minħabba ż-żieda fil-kompetizzjoni inġusta tal-importazzjonijiet Ċiniżi bi prezz baxx. |
|
(289) |
B’riżultat ta’ dan, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas drastikament minn 86 % fl-2022 għal 63 % fl-2024, f’konformità mal-preżenza dejjem akbar tal-importazzjonijiet Ċiniżi. Bejn l-2024 u l-perjodu ta’ investigazzjoni, u minkejja t-tnaqqis fil-bejgħ tagħhom, l-industrija tal-Unjoni reġgħet kisbet 4 punti perċentwali tas-sehem mis-suq, minħabba l-preżenza mnaqqsa tal-importazzjonijiet Ċiniżi. |
4.4.2.3. Tkabbir
|
(290) |
Fil-kuntest ta’ żieda sinifikanti fil-konsum tal-Unjoni, id-data tindika li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet telf sinifikanti fil-produzzjoni, fil-volum tal-bejgħ, u fis-sehem mis-suq. Min-naħa l-oħra, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-RPĊ żdied bi 352 %. |
4.4.2.4. Impjiegi u produttività
|
(291) |
L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 7 Impjiegi u produttività
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(292) |
L-industrija tal-Unjoni esperjenzat tnaqqis żgħir fl-impjiegi ta’ 2 % matul il-perjodu kkunsidrat, bl-għadd totali ta’ impjegati jonqos b’ [5–10] matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(293) |
Il-produttività tal-forza tax-xogħol tal-industrija tal-Unjoni, imkejla f’tunnellati prodotti għal kull impjegat fis-sena, naqset b’4 % wara x-xejra fit-tnaqqis tal-produzzjoni. L-industrija tal-Unjoni għażlet li żżomm l-impjegati tagħha anke fl-2023, meta l-produzzjoni naqset drastikament minħabba tnaqqis fil-konsum, konxja mid-diffikultà li tissostitwixxi l-forza tax-xogħol b’ħiliet speċjalizzati tagħha. |
4.4.2.5. Daqs tal-marġni tad-dumping u rkupru minn dumping fil-passat
|
(294) |
Il-marġnijiet tad-dumping kollha kienu ogħla b’mod sinifikanti mil-livell de minimis. L-impatt tad-daqs tal-marġnijiet reali tad-dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien sostanzjali, b’kunsiderazzjoni tal-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat. |
|
(295) |
Din hija l-ewwel investigazzjoni anti-dumping dwar il-prodott ikkonċernat. Għaldaqstant, ma kienx hemm data disponibbli biex jiġu vvalutati l-effetti ta’ dumping possibbli fil-passat. |
4.4.3. Indikaturi mikroekonomiċi
4.4.3.1. Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet
|
(296) |
Il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ ta’ unità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 8 Prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(297) |
Il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni lil partijiet mhux relatati fis-suq tal-Unjoni naqsu b’21 % bejn l-2022 u l-2024 u baqgħu kważi stabbli bejn l-2024 u l-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(298) |
Il-kost unitarju tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun naqas bi 12 % bejn l-2022 u l-2024 u mbagħad żdied bi ftit bejn l-2024 u l-perjodu ta’ investigazzjoni. B’hekk, b’mod ġenerali, il-preżenza ta’ importazzjonijiet Ċiniżi bi prezz ħafna aktar baxx, ikkawżat tnaqqis sinifikanti fil-prezzijiet, li ġiegħel lill-industrija tal-Unjoni tnaqqas il-prezzijiet tagħha għal livelli li jaqbżu bil-kbir it-tnaqqis fil-kost tal-produzzjoni. |
4.4.3.2. Kostijiet lavorattivi
|
(299) |
Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 9 Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat
|
||||||||||||||||||||||
|
(300) |
Il-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat żdiedu bi 12 % matul il-perjodu kkunsidrat. Filwaqt li l-kostijiet lavorattivi baqgħu relattivament stabbli bejn l-2022 u l-2023, dawn esperjenzaw żieda fl-2024 u matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, primarjament minħabba l-inflazzjoni u f’konformità mal-anzjanità tal-impjegati. |
4.4.3.3. Inventarji
|
(301) |
Il-livelli tal-istokks tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 10 Stokks
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(302) |
F’termini assoluti, l-istokks tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żdiedu b’mod konsistenti u sinifikanti, u żdiedu b’55 % matul il-perjodu kkunsidrat. Meta aġġustat għal-livelli tal-produzzjoni, l-istokk tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni żdied b’69 % matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(303) |
Din iż-żieda ġenerali fl-istokks enfasizzat żbilanċ sinifikanti bejn il-produzzjoni u l-bejgħ. Ix-xejra tissuġġerixxi li minkejja l-isforzi biex il-produzzjoni tiġi allinjata mad-domanda, l-akkumulazzjoni ta’ inventarju mhux mibjugħ irriflettiet sfidi serji tal-produtturi tal-Unjoni fl-aċċess għas-suq. |
4.4.3.4. Profittabilità, fluss tal-flus, investimenti, redditu fuq l-investimenti u kapaċità li jiġi ġġenerat kapital
|
(304) |
Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 11 Profittabbiltà, fluss ta’ flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(305) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal tal-fatturat ta’ dak il-bejgħ. Il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun naqset b’mod rapidu u sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat, u naqset minn profitti ta’ 15 % – 16,5 % fl-2022 għal telf ta’ 0,5 % – 1,5 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(306) |
Il-fluss tal-flus nett huwa l-abbiltà tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom huma stess. Matul il-perjodu kkunsidrat, il-fluss tal-flus nett naqas b’106 %, li rriżulta fi flussi tal-flus negattivi fil-perjodu ta’ investigazzjoni, li jirrifletti d-deterjorament fil-prestazzjoni finanzjarja. |
|
(307) |
Il-livell ta’ investimenti annwali varja matul il-perjodu, li rriżulta fi tnaqqis ta’ 5 % matul il-perjodu kkunsidrat. Dan żdied b’mod partikolari bejn l-2022 u l-2023 bi 18 %, għal tnaqqis aktar tard fil-perjodu ta’ wara, u mbagħad reġa’ wera żieda fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Abbażi tal-programm ta’ investiment tal-produtturi tal-Unjoni, l-investiment kompla minkejja kompetizzjoni severa, telf tas-sehem mis-suq u sitwazzjoni finanzjarjament diffiċli, peress li l-akbar parti tiegħu tikkonċerna n-nefqa għall-manutenzjoni/bidla ta’ faċilitajiet eżistenti, speċjalment dawk relatati mal-ambjent, u għalhekk ma kienx elastiku. |
|
(308) |
Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt f’perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Dan żviluppa b’mod negattiv matul il-perjodu kkunsidrat u naqas minn 81 % fl-2022 għal 6 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni. L-iżvilupp negattiv wera li, għalkemm l-investimenti komplew sabiex tinżamm il-kompetittività, ir-redditi fuq dawk l-investimenti naqsu b’mod sostanzjali matul il-perjodu kkunsidrat |
4.5. Konklużjoni dwar id-dannu
|
(309) |
L-industrija tal-Unjoni kellha prestazzjoni tajba fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat u gawdiet minn livell għoli ta’ profittabbiltà, bl-indikaturi l-oħra kollha wkoll f’livelli b’saħħithom. |
|
(310) |
Madankollu, matul il-perjodu kkunsidrat, l-importazzjonijiet miċ-Ċina żdiedu b’mod rapidu u sinifikanti (+ 417 %), bi prezzijiet li waqqgħu b’mod sinifikanti dawk tal-industrija tal-Unjoni. Dan ippermetta lill-produtturi esportaturi Ċiniżi li kienu jirrappreżentaw biss 6 % tas-suq tal-Unjoni fl-2022 jilħqu sehem mis-suq ta’ 26 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni, żieda ta’ 352 % fi żmien sentejn u nofs. |
|
(311) |
B’konsegwenza ta’ dan, u minkejja żieda sostanzjali fil-konsum tal-Unjoni (+16 %) fil-perjodu kkunsidrat, is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni ddeterjorat kif muri mix-xejra negattiva fil-produzzjoni (-8 %), fil-bejgħ (-10 %), minn żieda fl-istokks (+ 55 %) u minn tnaqqis sinifikanti fis-sehem mis-suq tagħha (minn 86 % għal 67 %). Il-kapaċità tal-produzzjoni tnaqqset (-8 %) hekk kif l-industrija tal-Unjoni abbandunat ftehim ta’ tolling fid-dawl ta’ tnaqqis fil-konsum u żieda fil-kompetizzjoni minn importazzjonijiet Ċiniżi inġusti. |
|
(312) |
Iż-żieda fl-importazzjonijiet Ċiniżi bi prezzijiet baxxi kienet korrelatata mad-deterjorament qawwi u l-livelli negattivi fil-profittabbiltà, fil-fluss tal-flus u fir-redditu fuq l-investimenti, li juru d-diffikultajiet iffaċċjati mill-industrija tal-Unjoni. |
|
(313) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqsu b’21 %, u qabżu bil-kbir it-tnaqqis ta’ 10 % fil-kostijiet tagħha, fit-tentattiv tagħha li żżomm is-sehem mis-suq tagħha fis-suq tal-Unjoni. Bejn l-2024 u l-PI, iż-żieda ta’ 14 % fil-prezzijiet Ċiniżi, irriżultat fi tnaqqis fl-importazzjonijiet Ċiniżi u b’hekk taffiet il-pressjoni u ppermettiet lill-industrija tal-Unjoni żżomm il-prezzijiet fl-istess livell u terġa’ tikseb xi sehem mis-suq |
|
(314) |
Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal aktar ’il fuq, il-Kummissjoni f’dan l-istadju kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni sofriet dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku. |
5. KAWŻALITÀ
|
(315) |
F’konformità mal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat ikkawżawx dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. F’konformità mal-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk fatturi magħrufin oħra setgħux fl-istess ħin ikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni żgurat li kull dannu possibbli kkawżat minn fatturi għajr l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat ma kienx attribwit għall-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. Dawn il-fatturi huma l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi u l-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. |
5.1. Effetti tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping
|
(316) |
Id-deterjorament tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni kkoinċida ma’ penetrazzjoni sinifikanti u dejjem akbar fis-suq tal-importazzjonijiet miċ-Ċina, li konsistentement waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni u rriżultaw f’dipressjoni tal-prezzijiet għall-industrija tal-Unjoni. L-evoluzzjoni tal-volumi u tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi, kif riflessa fit-Tabelli 3 u 4 hawn fuq, naqqset il-livelli tal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, u stabbiliet rabta kawżali bejn it-tnejn. |
|
(317) |
L-importazzjonijiet miċ-Ċina żdiedu b’417 % matul il-perjodu kkunsidrat, minn [3 400 – 4 200] tunnellata fl-2022, li jirrappreżentaw sehem mis-suq ta’ 6 %, għal [17 600 – 21 500] tunnellata fil-perjodu ta’ investigazzjoni, li jirrappreżentaw sehem mis-suq ta’ 26 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Dawn l-importazzjonijiet li qed jiżdiedu saru bi prezzijiet aktar baxxi minn dawk tal-industrija tal-Unjoni. Bl-istess mod, it-tnaqqis fis-sehem mis-suq u fil-volum tal-bejgħ, li min-naħa tiegħu rriżulta fi tnaqqis fl-output tal-produzzjoni, kellu effett detrimentali fuq il-kostijiet tal-produzzjoni ta’ unità tal-industrija minħabba ekonomiji ta’ skala mnaqqsa. |
|
(318) |
Fil-perjodu ta’ investigazzjoni, minkejja żieda żgħira fir-rigward tal-2023, fil-bejgħ u fil-produzzjoni minħabba ż-żieda fid-domanda, dan id-deterjorament kompla jiġi aċċentwat meta l-indikaturi kollha tad-dannu (b’mod partikolari l-profittabbiltà, il-fluss tal-flus u r-redditu fuq l-investimenti) laħqu livelli negattivi sinifikanti. |
|
(319) |
It-telf ikkombinat tas-sehem mis-suq, tal-produzzjoni u tad-dipressjoni tal-prezzijiet kellu impatt negattiv qawwi fuq l-industrija tal-Unjoni. Minkejja t-tnaqqis ta’ 10 % fil-kostijiet tal-produzzjoni, iffaċċjata bil-pressjoni fuq il-prezzijiet eżerċitata mill-volumi dejjem akbar ta’ importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta’ dumping, l-industrija tal-Unjoni kienet prekluża milli tistabbilixxi l-prezzijiet u l-volumi tal-produzzjoni f’livelli sostenibbli, li rriżulta fi tnaqqis qawwi ħafna fil-profittabbiltà minn madwar 15 % għal 16,5 % fl-2022 għal telf ta’ madwar 0,5 % sa 1,5 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni, u d-deterjorament konsegwenti tal-indikaturi finanzjarji tagħha. |
|
(320) |
Għalhekk, ġie konkluż b’mod proviżorju li l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina kkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. |
5.2. Effetti ta’ fatturi oħrajn
5.2.1. Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
|
(321) |
Il-kwantità tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn żviluppat kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 12 Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(322) |
Meta mqabbla maċ-Ċina, pajjiżi oħra żammew preżenza limitata fis-suq tal-Unjoni u l-importazzjonijiet tagħhom fl-Unjoni u s-sehem mis-suq totali tagħhom naqas bi 13 % u 24 % rispettivament fil-perjodu kkunsidrat. It-Turkija kienet l-uniku pajjiż terz b’volumi ta’ importazzjonijiet ogħla minn 5 % tas-sehem mis-suq. L-importazzjonijiet mit-Turkija ġew ipprezzati fit-tarf l-aktar baxx tal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, u huma ogħla b’mod sinifikanti mill-importazzjonijiet Ċiniżi. Il-volumi u s-sehem tagħhom mis-suq baqgħu fil-biċċa l-kbira stabbli, matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, u saħansitra wrew tendenzi li qed jonqsu fil-perjodu ta’ investigazzjoni. L-importazzjonijiet minn oriġini oħra qatt ma qabżu l1,5 % tas-suq u ġew importati bi prezzijiet għoljin. |
|
(323) |
Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod proviżorju li l-impatt tal-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra ma naqqasx ir-rabta kawżali ġenwina u sostanzjali bejn l-importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta’ dumping u d-dannu materjali mġarrab mill-produtturi tal-Unjoni. |
5.2.2. Prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni
|
(324) |
Matul il-perjodu kkunsidrat il-volum tal-esportazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppa kif ġej: Tabella 13 Prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(325) |
Il-volumi tal-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni naqsu b’27 % matul il-perjodu kkunsidrat u l-bejgħ naqas b’25 %. L-investigazzjoni stabbiliet li t-tnaqqis fil-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni jista’ jiġi spjegat mill-pressjoni eżerċitata mill-produtturi Ċiniżi fis-swieq ta’ pajjiżi terzi, li min-naħa tagħha kkawżat tnaqqis fl-esportazzjonijiet mill-produtturi tal-Unjoni. Tabilħaqq, kif muri mid-data estratta mid-data tal-Global Trade Atlas, l-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn il-bqija tad-dinja huma sostanzjali fil-volum u bi prezzijiet aktar baxxi minn dawk lejn l-Unjoni. Madankollu, il-volum u l-valur tal-esportazzjoni kienu jirrappreżentaw inqas minn 10 % tal-fatturat totali tal-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, it-tnaqqis fil-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni seta’ kkontribwixxa għad-dannu iżda ma naqqasx ir-rabta kawżali ġenwina u sostanzjali bejn l-importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta’ dumping u d-dannu lill-industrija tal-Unjoni. |
5.3. Konklużjoni dwar il-kawżalità
|
(326) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni stabbiliet b’mod proviżorju rabta kawżali ġenwina u sostanzjali bejn id-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina. Bħala riżultat taż-żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping miċ-Ċina, l-industrija tal-Unjoni ġiet prekluża milli tistabbilixxi prezzijiet sostenibbli, li rriżultaw f’deterjorament qawwi tas-sitwazzjoni ekonomika tagħha. |
|
(327) |
It-tnaqqis ekonomiku tal-industrija tal-Unjoni kkoinċida ma’ żieda qawwija fl-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping bi prezz baxx miċ-Ċina. Dawn l-importazzjonijiet waqqgħu b’mod konsistenti l-prezzijiet tal-Unjoni, u eżerċitaw pressjoni qawwija ħafna ’l isfel fuq il-prezzijiet tas-suq. B’riżultat ta’ dan, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx iżżid il-prezzijiet, u fil-fatt kellha tnaqqas il-prezzijiet ferm taħt it-tnaqqis fil-kostijiet tal-produzzjoni. Dan wassal għal tnaqqis fil-bejgħ, tnaqqis fil-produzzjoni, u tnaqqis sinifikanti fil-profittabbiltà, fil-fluss tal-flus u fir-redditu fuq l-investiment. Iż-żmien u l-iskala ta’ dawn l-iżviluppi jistabbilixxu rabta kawżali ċara bejn l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. |
|
(328) |
Il-Kummissjoni eżaminat fatturi alternattivi li setgħu kkontribwew għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Dawn kienu jinkludu importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra, u l-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Madankollu, l-ebda waħda minn dawn ma nstabet li ddgħajjef ir-rabta kawżali ġenwina u sostanzjali bejn l-importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta’ dumping u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. |
|
(329) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet f’dan l-istadju li l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat ikkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni u li l-fatturi l-oħrajn, meqjusa individwalment jew kollettivament, ma naqqsux ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u d-dannu materjali. |
6. LIVELL TAL-MIŻURI
|
(330) |
Sabiex tiddetermina l-livell tal-miżuri, il-Kummissjoni eżaminat jekk dazju aktar baxx mill-marġni tad-dumping ikunx biżżejjed sabiex jitneħħa d-dannu kkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping lill-industrija tal-Unjoni. |
|
(331) |
Id-dannu jitneħħa jekk l-industrija tal-Unjoni tkun tista’ tikseb profitt fil-mira billi tbigħ bi prezz fil-mira fis-sens tal-Artikoli 7(2c) u 7(2d) tar-Regolament bażiku. |
|
(332) |
Skont l-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku, għall-iskop li jiġi stabbilit il-profitt fil-mira, il-Kummissjoni qieset il-fatturi li ġejjin: il-livell ta’ profittabbiltà qabel iż-żieda fl-importazzjonijiet mill-pajjiż taħt investigazzjoni, il-livell ta’ profittabbiltà meħtieġ sabiex ikopri l-kostijiet u l-investimenti kollha, ir-riċerka u l-iżvilupp (RuŻ) u l-innovazzjoni, u l-livell ta’ profittabbiltà li wieħed għandu jistenna f’kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni normali. Jenħtieġ li tali marġni ta’ profitt ma jkunx anqas minn 6 %. |
|
(333) |
Bħala l-ewwel pass, il-Kummissjoni stabbiliet profitt bażiku li jkopri l-kostijiet sħaħ f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni. Il-marġni ta’ profitt bażiku ġie stabbilit għal 9,16 %, li jirrifletti l-profittabbiltà storika medja tal-industrija tal-Unjoni mill-2015 sal-2021, jiġifieri qabel iż-żieda fl-importazzjonijiet Ċiniżi fis-suq tal-Unjoni. |
|
(334) |
L-industrija tal-Unjoni pprovdiet evidenza li l-livell tagħha ta’ investimenti, RuŻ u innovazzjoni matul il-perjodu kkunsidrat kien ikun ogħla f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni. Il-Kummissjoni vverifikat ir-rekords interni tal-kumpaniji relatati mal-pjanijiet ta’ investiment, mad-deċiżjonijiet ta’ ġestjoni u mar-rapporti finanzjarji u sabet li l-affermazzjonijiet kienu ġġustifikati. Sabiex tirrifletti dan fil-profitt fil-mira, il-Kummissjoni kkalkolat id-differenza bejn l-ispejjeż tal-investimenti, tar-RuŻ u tal-innovazzjoni (“IRI”) f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni kif ipprovduti mill-industrija tal-Unjoni u vverifikati mill-Kummissjoni u l-ispejjeż reali tal-IRI matul il-perjodu kkunsidrat. Il-marġni ponderat tal-IRI ġie stabbilit fil-livell ta’ 2,26 %. Dak il-perċentwal żdied mal-profitt bażiku ta’ 9,16 %, imsemmi fil-premessa (333), li wassal għal profitt fil-mira ta’ 11,42 %. |
|
(335) |
Fuq din il-bażi, il-prezz mhux dannuż huwa bejn [EUR 2 900 u EUR 3 320 għal kull tunnellata], li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-marġni ta’ profitt imsemmi hawn fuq ta’ 11,42 % għall-kost tal-produzzjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. |
|
(336) |
F’konformità mal-Artikolu 7(2d) tar-Regolament bażiku, bħala pass finali, il-Kummissjoni vvalutat il-kostijiet futuri li jirriżultaw mill-Ftehimiet Ambjentali Multilaterali, u l-protokolli tagħhom, li l-Unjoni hija parti minnhom, u tal-Konvenzjonijiet tal-ILO elenkati fl-Anness Ia li l-industrija tal-Unjoni se ġġarrab matul il-perjodu ta’ applikazzjoni tal-miżura skont l-Artikolu 11(2). Abbażi tal-evidenza disponibbli, il-Kummissjoni stabbiliet kost addizzjonali li jvarja bejn EUR 0 u EUR 27 għal kull tunnellata għal kull waħda mill-kumpaniji inklużi fil-kampjun. Din id-differenza żdiedet mal-prezz mhux dannuż imsemmi fil-premessa (336). |
|
(337) |
Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni kkalkulat prezz mhux dannuż tal-prodott simili għall-industrija tal-Unjoni billi applikat il-marġni ta’ profitt fil-mira msemmi hawn fuq għall-kost tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni u mbagħad żiedet l-aġġustamenti f’konformità mal-Artikolu 7(2d) fuq bażi ta' tip b'tip. |
|
(338) |
Il-Kummissjoni mbagħad iddeterminat il-livell ta’ marġni ta’ bejgħ bil-prezz imwaqqa’ abbażi ta’ tqabbil tal-prezz medju ponderat tal-importazzjoni tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fiċ-Ċina, kif stabbilit għall-kalkoli tal-bejgħ taħt il-prezz, mal-prezz medju ponderat mhux dannuż tal-prodott simili mibjugħ mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Kwalunkwe differenza li tirriżulta minn dan it-tqabbil ġiet espressa bħala perċentwal tal-valur CIF medju ponderat tal-importazzjoni. |
|
(339) |
Il-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu għal “kumpaniji oħrajn li kkooperaw” u għall-“importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat” huwa definit bl-istess mod bħall-marġni tad-dumping għal dawn il-kumpaniji u l-importazzjonijiet (ara t-Taqsima 3.5 hawn fuq).
|
7. INTERESS TAL-UNJONI
|
(340) |
Wara li ddeċidiet li tapplika l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk setgħetx tikkonkludi b’mod ċar li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li tadotta miżuri f’dan il-każ, minkejja d-determinazzjoni ta’ dumping dannuż, f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tal-interessi varji kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija, l-importaturi u l-utenti tal-Unjoni. |
7.1. Interess tal-industrija tal-Unjoni
|
(341) |
L-industrija tal-Unjoni tinkludi t-tliet ilmentaturi, li tnejn minnhom jappartjenu għall-istess grupp ta’ kumpaniji. It-tliet siti ta’ produzzjoni jinsabu fil-Ġermanja, fi Franza u fl-Italja, u jimpjegaw [330 – 400] ħaddiem direttament. |
|
(342) |
Il-livelli attwali ta’ telf ma humiex sostenibbli. L-impożizzjoni ta’ miżuri hija mistennija li tippermetti lill-industrija tal-Unjoni tirkupra partijiet mis-sehem mis-suq mitluf, u tistabbilixxi prezzijiet f’livelli li jippermettu li jintlaħaq livell sostenibbli ta’ profitt. |
|
(343) |
In-nuqqas ta’ miżuri x’aktarx li jkollu effett negattiv sinifikanti fuq l-industrija tal-Unjoni f’termini ta’ dipressjoni ulterjuri tal-prezzijiet u tnaqqis ulterjuri tal-bejgħ, u b’hekk jissarraf f’aktar telf u l-għeluq probabbli tal-faċilitajiet tal-produzzjoni, sensji u fl-aħħar mill-aħħar, l-għeluq ta’ negozji sħaħ. |
|
(344) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni. |
7.2. L-interess ta’ importaturi u negozjanti, utenti jew fornituri mhux relatati.
|
(345) |
Żewġ kumpaniji (Ventas Inernationales S.A. u Silcart SPA) ippreżentaw ruħhom fl-investigazzjoni bħala importaturi mhux relatati, iżda ma ssottomettewx tweġibiet għall-kwestjonarju tal-importaturi. Silcart S.P.A kienet irreġistrat biex tipparteċipa fl-investigazzjoni bħala importatur madankollu wara l-kjarifiki Silcart ikkonfermat li ma importatx u ma bigħetx mill-ġdid l-iSpunbond tal-PET iżda importatu u użatu li jikkwalifika l-kumpanija msemmija bħala utent. Il-kwantitajiet tal-prodott importat ikkonċernat kienu negliġibbli (12-il tunnellata). |
|
(346) |
Utent wieħed bagħat il-kummenti tiegħu bħala parti interessata. W. Quandt GmbH & Co. KG esprimiet tħassib (mingħajr ma ssottomettiet tweġiba għall-kwestjonarju) dwar is-sikurezza tal-provvista tagħha minħabba l-għadd limitat ta’ fornituri tal-iSpunbond tal-PET fl-UE, u l-problemi ta’ kwalità li ltaqgħu magħhom fil-passat mal-ilmentaturi li wassluhom, flimkien ma’ kunsiderazzjonijiet tal-ipprezzar, biex jibnu l-katina tal-provvista tagħhom madwar l-importazzjonijiet Ċiniżi. |
|
(347) |
Min-naħa l-oħra, l-assoċjazzjoni Pollakka tal-manifattura li tirrappreżenta l-maġġoranza l-kbira tal-produtturi ta’ soluzzjonijiet ta’ soqfa u ta’ impermeabbiltà fil-Polonja, esprimiet appoġġ għall-investigazzjoni u għall-impożizzjoni eventwali ta’ miżuri, minħabba li ż-żamma ta’ katina tal-provvista tal-UE reżiljenti u kompetittiva għal inputs kritiċi tal-kostruzzjoni hija ta’ importanza strateġika għall-industrija tagħhom u għall-ekonomija Ewropea usa’. |
|
(348) |
Fin-nuqqas ta’ data dwar is-sitwazzjoni ekonomika tal-importaturi u tal-utenti, l-effett probabbli tal-miżuri fuq l-importaturi u l-utenti ġie vvalutat fuq il-bażi ta’ suppożizzjonijiet raġonevoli. |
|
(349) |
Għall-importaturi, minħabba l-portafolli differenti tagħhom kif jidhru fuq is-siti web tagħhom, u li l-importazzjonijiet Ċiniżi mhux se jkunu pprojbiti iżda x’aktarx jerġgħu lura għal volumi aktar baxxi, l-impatt fuq l-attività ekonomika tagħhom x’aktarx li jkun limitat. |
|
(350) |
Għall-utenti, l-iSpunbond tal-PET huwa integrat f’membrani tal-bitum li jintużaw prinċipalment fis-settur tal-kostruzzjoni u speċjalment fi proġetti ta’ rinnovazzjoni. L-iSpunbond tal-PET huwa parti mill-istampa tal-kostijiet meta jiġu prodotti membrani tal-bitum, li min-naħa tagħhom jirrappreżentaw biss parti mill-istampa tal-kostijiet fi proġetti ta’ rinnovazzjoni, li huma xprunati l-aktar mill-kostijiet lavorattivi. Bħala tali, kwalunkwe żieda potenzjali fil-prezz tal-prodott ikkonċernat li tirriżulta mill-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping x’aktarx li ma jkollhiex impatt sinifikanti fuq il-kost finali tal-proġetti ta’ rinnovazzjoni, u għalhekk x’aktarx li ma jkollhiex impatt fuq il-kostijiet u l-attivitajiet ekonomiċi tal-utenti. |
|
(351) |
Fir-rigward tat-tħassib ta’ W. Quandt GmbH & Co. KG, ta’ min jinnota li l-miżuri, jekk jiġu imposti, mhux se jipprojbixxu l-importazzjonijiet u, għalhekk, mhux se jikkompromettu s-sigurtà tal-provvista tal-utenti. Għall-kuntrarju, bl-istabbiliment mill-ġdid ta’ kompetizzjoni ġusta u l-iżgurar ta’ kundizzjonijiet ekwi fis-suq tal-UE, dan se jippermetti lill-industrija tal-Unjoni tkompli l-produzzjoni u tiżgura r-reżiljenza tal-katina tal-provvista tagħha. Il-Kummissjoni sabet ukoll li l-iSpunbond tal-PET huwa importat minn pajjiżi terzi oħra, bħat-Turkija, li jkompli jappoġġa s-sejba li s-sigurtà tal-provvista tal-utenti mhux se tiġi kompromessa. |
|
(352) |
L-eżistenza kontinwa tal-industrija tal-Unjoni se tappoġġa wkoll il-vijabbiltà tal-fornituri tagħha li min-naħa tagħhom se jappoġġaw l-ekonomija u l-impjiegi tal-UE, kif innotat minn diversi provvisti kemm ta’ materjal (PET, legant akriliku, lamtu) kif ukoll ta’ servizzi li esprimew l-appoġġ tagħhom għall-ilment. |
|
(353) |
Fl-aħħar nett, l-iSpunbond tal-PET huwa żbokk importanti għar-riċiklaturi tal-plastik fl-Unjoni u l-kontinwazzjoni tal-attivitajiet ekonomiċi tal-industrija tal-Unjoni se tappoġġa l-attivitajiet tar-riċiklaturi, li diversi minnhom iddikjaraw appoġġ għall-investigazzjoni u l-impożizzjoni eventwali ta’ miżuri. Għalhekk, l-impożizzjoni ta’ miżuri se sservi wkoll l-għanijiet tal-ekonomija ekoloġika u ċirkolari tal-Unjoni. |
|
(354) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, l-impożizzjoni ta’ miżuri ma hijiex mistennija li tagħmel ħsara lill-utenti jew lill-importaturi u se tkun benefiċjarja għall-fornituri u b’appoġġ għall-politiki ambjentali tal-Unjoni. Għalhekk ġie konkluż li l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping ma tmurx kontra l-interess tal-importaturi, tal-utenti u tal-fornituri. |
7.3. Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni
|
(355) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet konvinċenti li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li timponi miżuri fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina f’dan l-istadju tal-investigazzjoni. |
8. MIŻURI ANTI-DUMPING PROVIŻORJI
|
(356) |
Abbażi tal-konklużjonijiet li waslet għalihom il-Kummissjoni fir-rigward tad-dumping, tad-dannu, tal-kawżalità, tal-livell tal-miżuri u tal-interess tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġu imposti miżuri proviżorji sabiex jiġi evitat dannu ulterjuri lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. |
|
(357) |
Jenħtieġ li jiġu imposti miżuri anti-dumping proviżorji fuq l-importazzjonijiet ta’ l-iSpunbond tal-PET li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, f’konformità mar-regola tad-dazju inferjuri fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni qabblet il-marġnijiet tad-dannu u l-marġnijiet tad-dumping (it-Taqsima 6 hawn fuq). L-ammont ta’ dazji ġie stabbilit fil-livell l-aktar baxx tal-marġnijiet tad-dumping u tad-dannu. |
|
(358) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, jenħtieġ li r-rati tad-dazju anti-dumping proviżorji, espressi fuq il-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju doganali mhux imħallas, ikunu kif ġej:
|
|
(359) |
Ir-rati tad-dazju anti-dumping tal-kumpanija individwali speċifikati f’dan ir-Regolament ġew stabbiliti abbażi tas-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni. Għaldaqstant, dawn jirriflettu s-sitwazzjoni li nstabet matul din l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati tad-dazju huma applikabbli esklużivament għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat u prodott mill-entitajiet legali msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat prodott minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija b’mod speċifiku fil-parti operazzjonali ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk speċifikament imsemmija, jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina”. Jenħtieġ li dawn ma jkunu soġġetti għall-ebda waħda mir-rati tad-dazju anti-dumping individwali. |
|
(360) |
Sabiex jiġu mminimizzati r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza fir-rati tad-dazju, huma meħtieġa miżuri speċjali biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali. L-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali hija applikabbli biss mal-preżentazzjoni ta’ fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament. Sakemm tiġi ppreżentata tali fattura, jenħtieġ li l-importazzjonijiet ikunu soġġetti għad-dazju anti-dumping applikabbli għall-“importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina”. |
|
(361) |
Filwaqt li l-preżentazzjoni ta’ din il-fattura hija meħtieġa biex l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali fuq l-importazzjonijiet, din ma hijiex l-uniku element li għandu jitqies mill-awtoritajiet doganali. Tabilħaqq, anke jekk jiġu ppreżentati b’fattura li tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jeħtiġilhom iwettqu l-kontrolli tas-soltu tagħhom u, bħal fil-każijiet l-oħrajn kollha, jistgħu jirrikjedu dokumenti addizzjonali (dokumenti tat-trasport bil-baħar, eċċ.) biex ikunu jistgħu jivverifikaw l-akkuratezza tad-dettalji li jkun hemm fid-dikjarazzjoni u jiżguraw li l-applikazzjoni sussegwenti tar-rata aktar baxxa tad-dazju tkun ġustifikata, f’konformità mal-liġi doganali. |
|
(362) |
Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati tad-dazju individwali aktar baxxi jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, tali żieda fil-volum tista’ titqies bħala waħda li fiha nnifisha tikkostitwixxi bidla fix-xejra tal-kummerċ minħabba l-impożizzjoni ta’ miżuri skont it-tifsira tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. F’ċirkostanzi bħal dawn u dment li l-kundizzjonijiet jiġu ssodisfati, tista’ tinbeda investigazzjoni antiċirkomvenzjoni. Din l-investigazzjoni tista’, fost l-oħrajn, teżamina l-ħtieġa tat-tneħħija ta’ rata/i tad-dazju individwali u l-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju għall-pajjiż kollu. |
9. REĠISTRAZZJONI
|
(363) |
Kif imsemmi fil-premessa (3), il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat soġġetti għal reġistrazzjoni. Ir-reġistrazzjoni saret bil-għan li possibbilment jinġabru d-dazji b’mod retroattiv f’konformità mal-Artikolu 10(4) tar-Regolament bażiku. |
|
(364) |
Fid-dawl tas-sejbiet fl-istadju proviżorju, jenħtieġ li r-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet ma titkompliex. |
|
(365) |
F’dan l-istadju tal-proċediment ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni dwar l-applikazzjoni retroattiva possibbli tal-miżuri anti-dumping. |
10. INFORMAZZJONI FL-ISTADJU PROVIŻORJU
|
(366) |
F’konformità mal-Artikolu 19a tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati dwar l-impożizzjoni ppjanata ta’ dazji proviżorji. Din l-informazzjoni ġiet magħmula disponibbli wkoll għall-pubbliku ġenerali fuq is-sit web tad-DĠ TRADE. Il-partijiet interessati ngħataw tlett ijiem ta’ xogħol sabiex jipprovdu kummenti dwar l-akkuratezza tal-kalkoli ddivulgati b’mod speċifiku lilhom. Waslu kummenti mingħand TDF, Unibon u Hebei Jinliu Chemical Fiber Co., Ltd. |
|
(367) |
TDF sostna li ċerti fajls ta’ kalkolu użati għad-determinazzjoni tal-marġni tad-dumping għal TDF ma kinux il-verżjonijiet finali vverifikati mill-Kummissjoni. TDF għalhekk talbet lill-Kummissjoni tibbaża l-kalkolu tal-marġni ta’ dumping u tal-marġni ta’ bejgħ taħt il-prezz għal TDF fuq il-verżjonijiet finali vverifikati ta’ dawn il-fajls. Il-Kummissjoni aċċettat l-affermazzjoni u rrevediet il-kalkoli kif xieraq, bl-użu tad-data li tinsab fil-verżjonijiet finali vverifikati tal-fajls rilevanti. |
|
(368) |
Unibon argumentat li, fil-parametru referenzjarju għall-elettriku għal Unibon, il-kategorija tal-konsum tal-elettriku applikata kienet ġiet ikklassifikata b’mod żbaljat. Barra minn hekk, produttur esportatur li kkoopera mhux inkluż fil-kampjun, Hebei Jinliu Chemical Fiber Co., Ltd., argumenta li l-marġni tad-dumping stabbilit għall-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun ma jirriflettix is-sitwazzjoni individwali tiegħu, peress li l-kumpanija sostniet li ma kinitx qed tagħmel dumping meta tbigħ fis-suq tal-Unjoni. |
|
(369) |
Il-Kummissjoni nnotat li l-affermazzjonijiet minn Unibon u Hebei Jinliu Chemical Fiber Co., Ltd., ma jikkonċernawx l-akkuratezza tal-kalkoli, iżda pjuttost il-metodoloġiji użati mill-Kummissjoni fid-determinazzjoni tal-marġni tad-dumping rispettiv tagħhom. Għalhekk, dawk il-kummenti se jiġu kkunsidrati, flimkien mas-sottomissjonijiet l-oħra kollha, wara l-pubblikazzjoni tal-miżuri proviżorji. |
11. DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
|
(370) |
Fl-interessi ta’ amministrazzjoni tajba, il-Kummissjoni se tistieden lill-partijiet interessati jippreżentaw kummenti bil-miktub u/jew jitolbu seduta mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Smigħ fil-proċeduri kummerċjali fi żmien skadenza fissa. |
|
(371) |
Is-sejbiet li jikkonċernaw l-impożizzjoni ta’ dazji proviżorji huma proviżorji u jistgħu jiġu emendati fl-istadju definittiv tal-investigazzjoni, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Dazju anti-dumping proviżorju huwa impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti folji mhux minsuġa trattati bil-labra ta’ filamenti tal-poliester, kemm jekk imsaħħa bil-fibri tal-ħġieġ kif ukoll jekk le, li jiżnu aktar minn 70 g/m2, bi ħxuna ta’ aktar minn 0,5 mm iżda mhux aktar minn 1,8 mm, mimlijin b’legant wieħed jew aktar, li fihom inqas minn 30 % ta’ fibri tal-ħġieġ skont il-piż, mhux miksija jew mgħottija, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 5603 13 90 , 5603 14 20 u ex 5603 14 80 (il-kodiċijiet TARIC 5603 13 90 70 u 5603 14 80 70) u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.
2. Ir-rati tad-dazju anti-dumping proviżorju applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u mmanifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandhom ikunu kif ġejjin:
|
Kumpanija |
Dazju anti-dumping proviżorju (%) |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
||||
|
45,6 |
88CB |
||||
|
50,0 |
88CC |
||||
|
Kumpaniji oħrajn li kkooperaw |
49,4 |
Ara l-Anness |
||||
|
L-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
50,0 |
8 999 |
3. L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha ssir bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ tali fattura, identifikat b’ismu u l-kariga tiegħu, abbozzata kif ġej: “Jiena, is-sottoskritt, niċċertifika li (l-volum) ta’ (il-prodott ikkonċernat) mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura ġie mmanifatturat minn (l-isem u l-indirizz tal-kumpanija) (il-kodiċi addizzjonali TARIC) fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Jiena niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din il-fattura hija kompluta u korretta.” Sakemm tiġi ppreżentata tali fattura, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-importazzjonijiet l-oħra kollha li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.
4. Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għall-għoti ta’ depożitu ta’ garanzija ekwivalenti għall-ammont tad-dazju proviżorju.
5. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.
Artikolu 2
1. Il-partijiet interessati għandhom jippreżentaw il-kummenti tagħhom bil-miktub dwar dan ir-Regolament lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum kalendarju mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
2. Il-partijiet interessati li jixtiequ jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni għandhom jagħmlu dan fi żmien 5 ijiem kalendarji mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
3. Il-partijiet interessati li jixtiequ jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċedimenti kummerċjali huma mistiedna jagħmlu dan fi żmien 5 ijiem kalendarji mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jeżamina t-talbiet li jiġu ppreżentati barra dan il-limitu ta’ żmien u jista’ jiddeċiedi jekk jaċċettax tali talbiet jekk ikun xieraq.
Artikolu 3
1. L-awtoritajiet doganali huma b’dan ordnati li ma jkomplux bir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet stabbilita f’konformità mal-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2409.
2. Id-data miġbura fir-rigward ta’ prodotti li jkunu ddaħħlu fl-UE għall-konsum mhux aktar minn 90 jum qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament għandha tinżamm sad-dħul fis-seħħ ta’ miżuri definittivi possibbli, jew sakemm jintemm dan il-proċediment.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Mejju 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/1036/oj.
(2) In-Notifika tal-bidu ta’ proċediment anti-dumpingta’ materjal mhux minsuġ magħmul direttament minn fibri tal-PET li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, ĠU C, C/2025/5010, 15.9.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5010/oj.
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2409 tal-1 ta’ Diċembru 2025 li jagħmel l-importazzjonijiet ta’ materjal mhux minsuġ magħmul direttament minn fibri tal-PET, li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, soġġett għar-reġistrazzjoni (ĠU L, 2025/2409, 2.12.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2409/oj).
(4) Permezz ta’ Prokura, erba’ produtturi esportaturi — inklużi dawk inklużi fil-kampjun — awtorizzaw lis-CCCT biex taġixxi f’isimhom fil-proċediment.
(5) TRON t25.009148 u t25.009150 tal-24 ta’ Settembru 2025.
(6) https://tron.trade.ec.europa.eu/investigations/case-view?caseId=2811.
(7) Mill-1 ta’ Jannar 2024, il-prodott taħt investigazzjoni huwa klassifikat taħt il-kodiċijiet NM 5603 14 20 , 5603 13 90 , u 5603 14 80 (kodiċi residwu). Sal-31 ta’ Diċembru 2023, il-prodott taħt investigazzjoni kien prinċipalment ikklassifikat taħt il-kodiċijiet NM 5603 14 90 u 5603 13 90 .
(8) Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-finijiet tal-Investigazzjonijiet għad-Difiża tal-Kummerċ, l-10 ta’ April 2024, SWD (2024) 91 final.
(9) Il-paġni 12–13 tal-ilment.
(10) Il-paġna 13 tal-ilment.
(11) Il-paġna 13 tal-ilment.
(12) Il-paġni 13–14 tal-ilment u l-Anness 16.
(13) Il-paġna 14 tal-ilment.
(14) Il-paġna 17 tal-ilment.
(15) Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1040 tas-27 ta’ Marzu 2024 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu polietilentereftalat li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L, 2024/1040, 2.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1040/oj); u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/501 tat-18 ta’ Marzu 2025 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tal-ħjut tal-fibra tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L, 2025/501, 19.3.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/501/oj).
(16) Il-paġna 17 tal-ilment u r-Rapport dwar iċ-Ċina, il-paġni 346 u 351.
(17) Il-paġna 17 tal-ilment u r-Rapport dwar iċ-Ċina, il-paġna 266.
(18) Il-paġna 18 tal-ilment.
(19) Il-paġna 18 tal-ilment.
(20) Il-paġna 16 tal-ilment u l-Anness 22 tiegħu — l-14-il Pjan Ġenerali ta’ 5 Snin, il-paġna 15 u r-Rapport dwar iċ-Ċina, il-paġni 320–321.
(21) Il-paġna 16 tal-ilment u l-Anness 24 tiegħu — Pjan ta’ Manifattura Intelliġenti, il-paġna 16.
(22) Il-paġna 16 tal-ilment u l-Anness 26 tiegħu — Katalogu ta’ Gwida għall-Aġġustament Strutturali tal-Industrija, il-paġni 49–50.
(23) Il-paġna 19 tal-ilment.
(24) Il-paġna 19 tal-ilment u r-Rapport dwar iċ-Ċina, il-paġna 149 et seq.
(25) Ir-Rapport — il-Kapitolu 2, p. 7.
(26) Ir-Rapport — il-Kapitolu 2, p. 7–8.
(27) Ara fi http://finance.people.com.cn/n1/2026/0128/c1004-40654753.html (aċċessat fil-5 ta’ Marzu 2026).
(28) Ir-Rapport — il-Kapitolu 2, p. 10, 18.
(29) Disponibbli fi: http://www.npc.gov.cn/zgrdw/englishnpc/Constitution/node_2825.htm (aċċessat fit-8 ta’ April 2024).
(30) Ir-Rapport — il-Kapitolu 2, p. 29–30.
(31) Ir-Rapport — il-Kapitolu 4, p. 57, 92.
(32) Ir-Rapport — il-Kapitolu 6, p. 149–150.
(33) Ir-Rapport — il-Kapitolu 6, p. 153–171.
(34) Ir-Rapport — il-Kapitolu 7, p. 204–205.
(35) Ir-Rapport — il-Kapitolu 8, p. 207–208, 242–243.
(36) Ir-Rapport — il-Kapitolu 2, p. 19–24, il-Kapitolu 4, p. 69, p. 99–100, il-Kapitolu 5, p. 130–131.
(37) Ara fi: https://www.tdf.com.cn/About.html (aċċessat fil-11 ta’ Marzu 2026).
(38) Ibid.
(39) Ara r-rapport ta’ nofs is-sena ta’ Beijing Oriental Yuhong Waterproof Technology Co. Ltd., p. 192, disponibbli fuq: http://file.finance.sina.com.cn/211.154.219.97:9494/MRGG/CNSESZ_STOCK/2025/2025-8/2025-08-01/11273891.PDF, (aċċessat fil-11 ta’ Marzu 2026).
(40) Ara fi: http://www.hbbsfzzb.com/about/?95.html (aċċessat fil-11 ta’ Marzu 2026).
(41) Ara fi: http://huahong-group.com/?list/10.html (aċċessat fil-11 ta’ Marzu 2026).
(42) Ara fi: https://www.cnita.org.cn/hyfw/hydw/201709/t20170920_4316933.html (aċċessat fil-11 ta’ Marzu 2026).
(43) Ara fi: http://file.finance.sina.com.cn/211.154.219.97:9494/MRGG/CNSESZ_STOCK/2023/2023-4/2023-04-25/9052858.PDF (aċċessat fil-11 ta’ Marzu 2026).
(44) Ara fi: http://en.sasac.gov.cn/ (aċċessat fil-11 ta’ Marzu 2026).
(45) L-Art. 33 tal-Kostituzzjoni tas-CCP, l-Artikolu 19 tal-Liġi Ċiniża dwar il-Kumpaniji. Ir-Rapport — il-Kapitolu 3, p. 47–50.
(46) Ara, p. 145 u 147 tal-Pjan Direzzjonali Made in China 2025 disponibbli fuq: https://www.cae.cn/cae/html/files/2015-10/29/20151029105822561730637.pdf (aċċessat fil-11 ta’ Marzu 2026).
(47) Ara, p. 45 u 48 tal-Katalogu ta’ Gwida tal-2024 għall-aġġustament strutturali tal-industrija disponibbli fuq: https://www.ndrc.gov.cn/xxgk/zcfb/fzggwl/202312/t20231229_1362999.html (aċċessat fil-11 ta’ Marzu 2026).
(48) L-14-il FYP dwar il-materja prima, it-Taqsimiet IV.2 u VIII.1. Disponibbli fuq: https://www.miit.gov.cn/zwgk/zcwj/wjfb/tz/art/2021/art_2960538d19e34c66a5eb8d01b74cbb20.html (aċċessat fil-11 ta’ Marzu 2026).
(49) Ir-Rapport — il-Kapitolu 2, p. 24–27.
(50) Ara fi: http://www.cpcif.org.cn/detail/40288043661e27fb01661e386a3f0001?e=1 (aċċessat fil-11 ta’ Marzu 2026).
(51) Ara fi: http://www.cpcif.org.cn/list/40288043661dc14701661ddbe0980010 (aċċessat fil-11 ta’ Marzu 2026).
(52) Ara fi: https://www.cnita.org.cn/ (aċċessat fil-11 ta’ Marzu 2026).
(53) Ara fi: https://www.cnita.org.cn/xhzc/xhzc/ (aċċessat fil-11 ta’ Marzu 2026).
(54) Ara fi: https://www.cnita.org.cn/hyfw/hydw/index_20.html (aċċessat fil-11 ta’ Marzu 2026).
(55) Ara fi: https://www.cnita.org.cn/hyfw/hydw/201709/t20170920_4316933.html (aċċessat fil-11 ta’ Marzu 2026).
(56) Ir-Rapport — il-Kapitolu 3, p. 40.
(57) Għal eżempju ara: Blanchette, J. - Xi's Gamble: The Race to Consolidate Power and Stave off Disaster; Foreign Affairs, vol. 100, Nru 4, Lulju/Awwissu 2021, p. 10–19.
(58) Ir-Rapport — il-Kapitolu 3, p. 41.
(59) Disponibbli fi: https://www.reuters.com/article/us-china-congress-companies-idUSKCN1B40JU.
(60) Il-Linji Gwida tal-Uffiċċju Ġenerali tal-Kumitat Ċentrali tas-CCP dwar it-tisħiħ tal-ħidma tal-Front Magħqud fis-settur privat għall-era l-ġdida: www.gov.cn/zhengce/2020-09/15/content_5543685.htm (aċċessat fi….).
(61) Financial Times (2020) — Chinese Communist Party asserts greater control over private enterprise: https://on.ft.com/3mYxP4j (aċċessat fi ….).
(62) Ara fi: https://www.yuhong.com.cn/about/Team/Executive/2019/0614/210.html (aċċessat fit-12 ta’ Marzu 2026).
(63) Ara r-rapport annwali tal-2016 ta’ Beijing Oriental Yuhong Waterproof Technology CO. Ltd., p. 86, disponibbli fuq: http://file.finance.sina.com.cn/211.154.219.97:9494/MRGG/CNSESZ_STOCK/2017/2017-4/2017-04-21/3265799.PDF (aċċessat fit-12 ta’ Marzu 2026).
(64) Ara fi: https://finance.sina.com.cn/jjxw/2025-11-28/doc-infyyany9813180.shtml?froms=ggmp (aċċessat fit-12 ta’ Marzu 2026).
(65) Ibid.
(66) Ara fi: https://www.changde.gov.cn/cdzx/cdyw/content_78161700 (aċċessat fit-13 ta’ Marzu 2026).
(67) Ara fi: http://www.sinopec.com/u/cms/gfyw/202411/27092756kosx.pdf p. 26 (aċċessat fit-12 ta’ Marzu 2025).
(68) Ara fi: http://www.sinopecgroup.com/group/gsglc/index.shtml, (aċċessat fit-12 ta’ Marzu 2026).
(69) Ara fi: http://www.sinopecgroup.com/group/000/000/041/41878.shtml (aċċessat fit-12 ta’ Marzu 2026).
(70) Ir-Rapport — il-Kapitolu 14, it-Taqsimiet 14.1 sa 14.3.
(71) Ir-Rapport — il-Kapitolu 4, p. 56–57, 99–100–, .
(72) Ara fi : https://www.cae.cn/cae/html/files/2015-10/29/20151029105822561730637.pdf, p. 145 u 147 (aċċessat fit-12 ta’ Marzu 2026).
(73) Ara fi: https://www.gov.cn/xinwen/2021-03/13/content_5592681.htm (aċċessat fit-12 ta’ Marzu 2026).
(74) Ibid. Taqsima III.8.
(75) Ara fi: https://www.gov.cn/zhengce/zhengceku/2021-12/29/content_5665166.htm (aċċessat fit-12 ta’ Marzu 2026).
(76) Ibid. Ara t-Taqsima IV.2.
(77) Ara fi: https://www.miit.gov.cn/zwgk/zcwj/wjfb/yj/art/2022/art_4ef438217a4548cb98c2d7f4f091d72e.html (aċċessat fit-13 ta’ Marzu 2026).
(78) Ara fi: http://gxt.shandong.gov.cn/module/download/downfile.jsp?classid=0&filename=17e54531cb74483596b5cca1a40ec8d8.pdf (aċċessat fit-12 ta’ Marzu 2026).
(79) Ara fi: https://www.tdf.com.cn/search.html?keywords=%E5%B1%B1%E4%B8%9C&appIds=all (aċċessat fit-13 ta’ Marzu 2026).
(80) Ara fi: http://www.hunan.gov.cn/xxgk/wjk/szfbgt/202108/t20210825_20396613.html (aċċessat fit-13 ta’ Marzu 2026).
(81) Ara fi: https://xdt.changde.gov.cn/zwgk/public/6617380/8364528.html (aċċessat fit-13 ta’ Marzu 2026).
(82) Ara fi: https://www.changde.gov.cn/cdzx/qxdt/content_1085558 (aċċessat fit-13 ta’ Marzu 2026).
(83) Ara fi: https://jxt.hubei.gov.cn/fbjd/xxgkml/jhgh/202203/t20220325_4056642.shtml (aċċessat fit-13 ta’ Marzu 2026).
(84) Ir-Rapport — il-Kapitolu 6, p. 171–179.
(85) Ir-Rapport — il-Kapitolu 9, p. 260–261.
(86) Ir-Rapport — il-Kapitolu 9, p. 257–260.
(87) Ir-Rapport — il-Kapitolu 9, p. 252–254.
(88) Ir-Rapport — il-Kapitolu 13, p. 360–361, 364–370.
(89) Ir-Rapport — il-Kapitolu 13, p. 366.
(90) Ir-Rapport — il-Kapitolu 13, p. 370–373.
(91) Ir-Rapport — il-Kapitolu 6, p. 137–140.
(92) Ir-Rapport — il-Kapitolu 6, p. 146–149.
(93) Ir-Rapport — il-Kapitolu 6, p. 149.
(94) Appoġġ Ad hoc tal-GTĊ lill-Banek, “Avviż uffiċjali, Ministeru tal-Finanzi, iċ-Ċina, id-29 ta’ Marzu 2025 https://www.mof.gov.cn/zhengwuxinxi/caizhengxinwen/202503/t20250329_3961036.htm (aċċessat fit-12 ta’ Marzu 2026).”
(95) Ara d-dokument ta’ politika uffiċjali tal-Kummissjoni Regolatorja Bankarja u tal-Assigurazzjoni taċ-Ċina tat-28 ta’ Awwissu 2020: Pjan ta’ azzjoni ta’ tliet snin għat-titjib tal-governanza korporattiva tas-setturi bankarji u tal-assigurazzjoni (2020–2022): http://www.cbirc.gov.cn/cn/view/pages/ItemDetail.html?docId=925393&itemId=928 (aċċessat fit-8 ta’ April 2024). Il-Pjan jagħti struzzjonijiet biex “ jiġi implimentat ulterjorment l-ispirtu inkorporat fid-diskors ewlieni tas-Segretarju Ġenerali Xi Jinping dwar l-avvanz fir-riforma tal-governanza korporattiva tas-settur finanzjarju ”. Barra minn hekk, it-Taqsima II tal-Pjan għandha l-għan li tippromwovi l-integrazzjoni organika tat-tmexxija tal-Partit fil-governanza korporattiva: “se nagħmlu l-integrazzjoni tat-tmexxija tal-Partit fil-governanza korporattiva aktar sistematika, standardizzata u bbażata fuq il-proċeduri [...] Kwistjonijiet operazzjonali u ta’ ġestjoni ewlenin iridu jkunu ġew diskussi mill-Kumitat tal-Partit qabel ma jiġu deċiżi mill-Bord tad-Diretturi jew il-maniġment superjuri”.
(96) Ara Notice on the Commercial banks performance evaluation method tas-CBIRC, maħruġa fil-15 ta’ Diċembru 2020: http://jrs.mof.gov.cn/gongzuotongzhi/202101/t20210104_3638904.htm.
(97) Ara fi: https://www.gov.cn/zhengce/content/202511/content_7047643.htm (aċċessat fit-12 ta’ Diċembru 2025).
(98) Ibid. Taqsima 11.
(99) Ir-Rapport — il-Kapitolu 6, p. 157–158.
(100) Ir-Rapport — il-Kapitolu 6, p. 150–152, 156–160, 165–171.
(101) OECD (2019), Stħarriġ Ekonomiku tal-OECD: China 2019, OECD Publishing, Pariġi. p. 29, disponibbli fuq:
https://doi.org/10.1787/eco_surveys-chn-2019-en.
(102) http://www.mof.gov.cn/zhengwuxinxi/caizhengxinwen/202006/t20200618_3534446.htm
(aċċessat fit-13 ta’ Marzu 2026).
(103) Id-Data Miftuħa tal-Bank Dinji — Introjtu Medju Superjuri, https://data.worldbank.org/income-level/upper-middle-income.
(104) https://euracoal.eu/coal/why-is-there-no-lignite-market/. Ikkonsultat l-aħħar fl-10 ta’ April 2026.
(105) https://docs.wto.org/dol2fe/Pages/FE_Search/FE_S_S006.aspx?DataSource=Cat&query=@Symbol=%22G/SG/N/6/TUR/27%22%20OR%20@Symbol=%22G/SG/N/6/TUR/27/*%22&Language=English&Context=ScriptedSearches&languageUIChanged=true.
(106) https://connect.spglobal.com/.
(107) https://www.macmap.org/.
(108) https://app.bot.or.th/BTWS_STAT/statistics/BOTWEBSTAT.aspx?reportID=636&language=ENG.
(109) https://www.mea.or.th/en/our-services/mea-service/e-service/electric-monthly-calculate/type4.
(110) Il-Ministeru tal-Enerġija — L-Uffiċċju tal-politika u l-ippjanar tal-enerġija (Tabella 7.2-4) https://www.eppo.go.th/index.php/en/en-energystatistics/energy-economy-static.
(111) Ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/755/oj). L-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku jqis li l-prezzijiet domestiċi f’dawn il-pajjiżi ma jistgħux jintużaw għall-fini tad-determinazzjoni tal-valur normali.
(112) https://app.bot.or.th/BTWS_STAT/statistics/BOTWEBSTAT.aspx?reportID=636&language=ENG.
(113) https://www.boi.go.th/index.php?page=utility_costs.
(114) https://www.mea.or.th/en/our-services/tariff-calculation/latestft.
(115) Il-Ministeru tal-Enerġija — L-Uffiċċju tal-politika u l-ippjanar tal-enerġija (Tabella 7.2-4) https://www.eppo.go.th/index.php/en/en-energystatistics/energy-economy-static. Ikkonsultat l-aħħar fid-29 ta’ Jannar 2026.
(116) Il-Bord Nazzjonali għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (NESDB), id-Dipartiment tal-Amministrazzjoni Provinċjali (DOPA), il-Bank tat-Tajlandja (BOT), l-Uffiċċju tal-Politika u l-Ippjanar tal-Enerġija (EPPO), u d-Dipartiment għall-Iżvilupp u l-Effiċjenza tal-Enerġija Alternattiva (DEDE).
(117) https://www.imarcgroup.com/lignite-coal-price-trend. Ikkonsultat l-aħħar fl-10 ta’ April 2026.
(120) Polyester Spunbond in Waterproofing Membranes EU27 Market Estimates.
(121) L-Anness 7 tal-ilment.
(122) L-Anness 7 tal-ilment.
ANNESS
Produtturi esportaturi mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun:
|
Pajjiż |
Isem |
Kodiċi TARIC addizzjonali |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Hebei Jinliu Chemical Fiber Co., Ltd. |
88CD |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Hebei Saikefu Nonwovens Co., Ltd. |
88CE |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Hubei Bushi Nonwovens Co., Ltd |
88CF |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Shouguang Fada Cloth Co., Ltd |
88CG |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Jiangyin Huasicheng Nonwoven Co., Ltd. |
88CH |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/1063/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)