|
22.8.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 296/5 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9070 — Eurocar/Vicentini)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 296/04)
1.
Fl-14 ta’ Awwissu 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Eurocar Italia S.r.l. (“Eurocar”), ikkontrollata minn Volkswagen (“VW”, il-Ġermanja), |
|
— |
Vicentini S.p.A. (“Vicentini”, l-Italja). |
Eurocar takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Għaqdiet, il-kontroll waħdani ta’ Vicentini kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Eurocar hija attiva fid-distribuzzjoni bl-imnut ta’ karozzi tal-passiġġieri ġodda u użati u vetturi kummerċjali ħfief, kif ukoll spare parts tal-manifattur oriġinali tal-apparati tal-marka VW fl-Italja, u attivitajiet relatati ta’ tiswija. Eurocar hija attiva f’għadd ta’ provinċji fl-Italja, u l-fokus tagħha huwa fil-provinċji tar-reġjun tal-Friuli Venezia Giulia region fil-Grigal tal-Italja, fit-Toscana fl-Italja Ċentrali u fil-Lombardia fil-Majjistral tal-Italja. |
|
— |
Vicentini hija attiva fid-distribuzzjoni bl-imnut ta’ karozzi tal-passiġġieri ġodda u użati u vetturi kummerċjali ħfief, kif ukoll ta’ spare parts tal-manifattur oriġinali tal-apparati tal-marka VW fl-Italja, u attivitajiet relatati ta’ tiswija. L-attivitajiet ta’ Vicentini huma limitati għall-provinċja ta’ Verona fir-reġjun tal-Veneto. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:
M.9070 — Eurocar/Vicentini
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks +32 22964301 |
|
Indirizz tal-posta: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).