14.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/16


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.10747 – BHC / DUSSUR / BAKER PETROLITE SAUDI COMPANY JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 271/12)

1.   

Fit-8 ta’ Lulju 2022, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Baker Hughes Company (“BHC”) (l-Istati Uniti tal-Amerika),

—

Saudi Arabian Industrial Investments Company JSC (“Dussur”), ikkontrollata minn Saudi Aramco (Ir-Renju tal-Arabja Sawdija) u Saudi Arabian Public Investment Fund (“PIF”),

—

Baker Petrolite Saudi Company Limited (“JV Proposta”) (Ir-Renju tal-Arabja Sawdija).

BHC u Dussur jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-JV Proposta.

Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

BHC hija l-entità prinċipali ta’ grupp ta’ kumpaniji tat-teknoloġija tal-enerġija b’portafoll varjat ta’ kapaċitajiet ta’ tagħmir u servizz li jkopru l-katina tal-valur tal-enerġija u dak industrijali li topera f’aktar minn 120 pajjiż,

—

Dussur hija kumpanija ta’ investiment strateġiku.

3.   

L-impriża konġunta (JV) proposta se tkun attiva fin-negozju ta’ speċjalità fil-qasam tas-sustanzi kimiċi fir-Renju tal-Arabja Sawdija.

4.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ tkun koperta mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż mill-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tkun speċifikata:

M. 10747 – BHC / DUSSUR / BAKER PETROLITE SAUDI COMPANY JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ ittra elettronika, bil-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.