|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/5532 |
14.10.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.12154 – ADVENT / NEXTALIA / TINEXTA)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/5532)
1.
Fit-2 ta’ Ottubru 2025, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Advent International, L.P. (“Advent”, L-Istati Uniti), |
|
— |
Nextalia SGR S.p.A. (“Nextalia”, l-Italja), |
|
— |
Tinexta S.p.A. (“Tinexta”, l-Italja), attwalment ikkontrollata minn Tecno Holding S.p.A. (l-Italja) |
Advent u Nextalia se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Tinexta kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ offerta pubblika mħabbra fil-5 ta’ Awwissu 2025.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
Advent huwa investitur ta’ ekwità privata li jiffoka fuq l-akkwist ta’ ishma azzjonarji u l-ġestjoni ta’ fondi ta’ investiment f’diversi setturi, inklużi l-kura tas-saħħa, l-industrija, it-teknoloġija, il-bejgħ bl-imnut, id-divertiment, in-negozju u s-servizzi finanzjarji, |
|
— |
Nextalia hija kumpanija tal-ġestjoni tal-assi li tinvesti primarjament f’kumpaniji Taljani sabiex taċċellera l-perkors ta’ tkabbir sostenibbli tagħhom, |
|
— |
Tinexta hija kumpanija b’ishma konġunti li tipprovdi servizzi biex tappoġġa t-trasformazzjoni diġitali u l-innovazzjoni tal-proċessi, li topera permezz ta’ tliet unitajiet tan-negozju: Digital Trust, Cybersecurity, and Business Innovation. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont in-Notifika tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12154 — ADVENT / NEXTALIA / TINEXTA
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (Ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5532/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)