European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/1557

8.7.2026

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2026/1557

tad-29 ta’ Ġunju 2026

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat għall-Kummerċ stabbilit mill-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, dwar lista riveduta ta’ arbitri f’konformità mal-Artikolu 14.18 tiegħu u dwar lista riveduta ta’ esperti f’konformità mal-Artikolu 13.15 tiegħu

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra (il-“Ftehim”), ġie konkluż mill-Unjoni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2169 (1).

(2)

Skont l-Artikolu 14.18 tal-Ftehim, il-Kumitat għall-Kummerċ, stabbilit skont l-Artikolu 15.1 tal-Ftehim, għandu jistabbilixxi lista ta’ 15-il individwu li huma lesti u kapaċi jservu bħala arbitri (il-“lista ta’ arbitri”). Permezz tad-Deċiżjoni Nru 2/2011 tat-23 ta’ Diċembru 2011 (2), il-Kumitat għall-Kummerċ stabbilixxa l-lista ta’ arbitri.

(3)

Il-partijiet għal Ftehim (il-“Partijiet”) esprimew ix-xewqa tagħhom li jissostitwixxu xi wħud min-nazzjonali Koreani, xi wħud min-nazzjonali tal-Istati Membri tal-Unjoni u xi wħud min-nonnazzjonali li jservu ta’ presidenti fuq il-lista tal-arbitri. Sabiex dik is-sostituzzjoni tidħol fis-seħħ, huwa meħtieġ li l-lista riveduta ta’ arbitri tiġi adottata mill-Kumitat għall-Kummerċ.

(4)

Skont l-Artikolu 13.15(3) tal-Ftehim, il-Partijiet għandhom jaqblu dwar lista ta’ mill-inqas 15-il persuna b’għarfien espert dwar il-kwistjonijiet koperti mill-Kapitolu dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli tal-Ftehim li huma lesti u kapaċi jservu bħala membri tal-bord f’konformità mal-Artikolu 13.15 tal-Ftehim (l-“esperti”). Permezz tad-Deċiżjoni Nru 2/2012 tas-27 ta’ Ġunju 2012 (3), il-Kumitat UE-Korea dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli (il-“Kumitat dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli”) stabbilixxa lista ta’ 18-il espert. Dik il-lista ġiet riveduta l-aħħar fl-2019 permezz tad-Deċiżjoni Nru 1/2019 (4) tal-Kumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli.

(5)

Il-partijiet esprimew ix-xewqa tagħhom li jissostitwixxu xi wħud mill-esperti nonnazzjonali li jservu bħala presidenti fil-lista ta’ esperti. Sabiex dik is-sostituzzjoni tidħol fis-seħħ, huwa meħtieġ li l-lista riveduta ta’ esperti tiġi adottata mill-Kumitat għall-Kummerċ.

(6)

Il-Kumitat għall-Kummerċ huwa ppjanat li jadotta il-lista riveduta ta’ arbitri u l-lista riveduta ta’ esperti fil-laqgħa tiegħu li jmiss jew, jekk qabel, permezz ta’ proċedura bil-miktub.

(7)

Id-Deċiżjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ, jekk jiġu adottati, se jipproduċu effetti legali għall-Unjoni.

(8)

Għalhekk huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed fi ħdan il-Kumitat għall-Kummerċ dwar il-lista riveduta ta’ arbitri u dwar il-lista riveduta ta’ esperti,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat għall-Kummerċ stabbilit mill-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra (il-“Ftehim”), dwar lista riveduta ta’ individwi li huma lesti u kapaċi jservu bħala arbitri f’konformità mal-Artikolu 14.18 tal-Ftehim għandha tkun ibbażata fuq l-abbozzi ta’ deċiżjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ mehmuża ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat għall-Kummerċ stabbilit mill-Ftehim dwar lista riveduta ta’ esperti li huma lesti u kapaċi jservu bħala membri tal-bord f’konformità mal-Artikolu 13.15 tal-Ftehim għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ mehmuża ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, id-29 ta’ Ġunju 2026.

Għall-Kunsill

Il-President

M. MOUSHOUTTAS


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2169 tal-1 ta’ Ottubru 2015 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra (ĠU L 307, 25.11.2015, p. 2, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/2169/oj).

(2)  Id-Deċiżjoni Nru 2 tal-Kumitat għall-Kummerċ bejn l-UE u l-Korea tat-23 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istabbiliment ta’ lista ta’ arbitri msemmija fl-Artikolu 14.18 tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra (ĠU L 58, 1.3.2013, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/111(1)/oj).

(3)  Id-Deċiżjoni Nru 2/2012 tal-Kumitat UE-Korea għall-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli tas-27 ta’ Ġunju 2012 dwar it-twaqqif ta’ Bord ta’ Esperti kif imsemmi fl-Artikolu 13.15 tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra (ĠU L 331, 1.12.2012, p. 54, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/742/oj).

(4)  Id-Deċiżjoni Nru 1/2019 tal-Kumitat UE-Korea għall-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli tat-30 ta’ Settembru 2019 dwar lista riveduta ta’ esperti li lesti u kapaċi jservu bħala membri tal-bord f’konformità mal-Artikolu 13.15 tal-Ftehim. (ĠU L 264, 17.10.2019, p. 42, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/1734/oj).


ANNESS I

 

DEĊIŻJONI Nru [X]/2026 TAL-KUMITAT GĦALL-KUMMERĊ UE-KOREA

ta’ [Jum u Xahar] 2026

dwar lista riveduta ta’ individwi li huma lesti u kapaċi jservu bħala arbitri f’konformità mal-Artikolu 14.18 tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra

IL-KUMITAT GĦALL-KUMMERĊ,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, iffirmat fi Brussell fis-6 ta’ Ottubru 2010 (“il-Ftehim”), u b’mod partikolari l-Artikolu 14.18 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim jipprevedi mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim li permezz tiegħu it-tilwim jiġi solvut quddiem bord ta’ arbitri.

(2)

Jekk ikun hemm tilwima, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin biex jaslu għal qbil dwar il-kompożizzjoni tal-bord tal-arbitri u, jekk ma jaslux għal qbil, il-bord għandu jkun magħmul bil-polza minn lista ta’ ismijiet.

(3)

Fit-23 ta’ Diċembru 2011, il-Kumitat għal-Kummerċ bejn l-UE u l-Korea adotta d-Deċiżjoni Nru 2 (1) li tistabbilixxi lista ta’ 15-il individwu li jistgħu jservu bħala arbitri fil-proċeduri tal-Bord skont l-Artikolu 14.18 tal-Ftehim.

(4)

Il-partijiet esprimew ix-xewqa tagħhom li jissostitwixxu xi nazzjonali Koreani, nazzjonali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u persuni li mhumiex nazzjonali li jservu bħala presidenti fuq il-lista tal-arbitri. Sabiex din l-emenda tidħol fis-seħħ, il-lista riveduta ta’ individwi jenħtieġ li tiġi approvata mill-Kumitat għall-Kummerċ UE-Korea. Għalhekk, il-lista riveduta ta’ individwi li huma lesti u kapaċi jservu bħala arbitri f’konformità mal-Artikolu 14.18 tal-Ftehim, kif stinsab fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, jenħtieġ li tiġi adottata,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-lista ta’ individwi li jistgħu jservu bħala arbitri għall-finijiet tal-Artikolu 14.18 ta’ dan il-Ftehim tinsab fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Għall-Kumitat għall-Kummerċ

Kopresident tal-Kumitat għall-Kummerċ tal-Unjoni Ewropea

[Isem]

Kopresident tal-Kumitat għall-Kummerċ tar-Repubblika tal-Korea

[Isem]


(1)  Deċiżjoni Nru 2 tal-Kumitat għall-Kummerċ UE-Korea tat-23 ta’ Diċembru 2011 dwar it-twaqqif ta’ lista ta’ arbitri kif imsemmi fl-Artikolu 14.18 tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra.

ANNESS

LISTA TA’ ARBITRI

Arbitri proposti mill-Korea:

 

Insoo PYO

 

Seungwha CHANG

 

Sungjoon CHO

 

Joongi KIM

 

Jaemin LEE

Arbitri proposti mill-UE:

 

Mary FOOTER

 

Marcus KRAJEWSKI

 

Crenguta LEAUA

 

Joost PAUWELYN

 

Hélène RUIZ FABRI

Presidenti:

 

William DAVEY

 

Merit JANOW

 

Penelope Jane RIDINGS

 

Valerie HUGHES

 

Marco Tulio MOLINA TEJEDA


ANNESS II

 

DEĊIŻJONI Nru [X]/2026 TAL-KUMITAT GĦALL-KUMMERĊ UE-KOREA

ta’ [Jum u Xahar] 2026

dwar lista riveduta ta’ esperti li huma lesti u kapaċi jservu bħala membri tal-bord f’konformità mal-Artikolu 13.15 tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra

IL-KUMITAT GĦALL-KUMMERĊ,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, iffirmat fi Brussell fis-6 ta’ Ottubru 2010 (“il-Ftehim”), u b’mod partikolari l-Artikoli 13.15 u 15.1 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 13.15(3) tal-Ftehim, il-Partijiet għandhom jistabbilixxu lista ta’ mill-inqas 15-il persuna li jkunu lesti u li kapaċi jservu bħala membri tal-bord fir-rigward ta’ materji li jirriżultaw mill-Kapitolu 13 tal-Ftehim u li għandhom kompetenza fil-kwistjonijiet koperti minn dan il-Kapitolu, b’mod partikolari dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli. Minn dawn l-individwi, mill-inqas ħamsa jridu jkunu persuni li mhumiex nazzjonali ta’ xi waħda mill-Partijiet u għandhom iservu bħala president tal-Bord ta’ Esperti.

(2)

Fis-27 ta’ Ġunju 2012, il-Partijiet qablu fil-Kumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli UE-Korea permezz tad-Deċiżjoni Nru 2/2012 (1) dwar il-lista li tistabbilixxi roster ta’ 18-il espert li jistgħu jservu bħala membri tal-bord. Din il-lista ġiet riveduta l-aħħar fl-2019 permezz tad-Deċiżjoni Nru 1/2019 (2) tal-istess Kumitat.

(3)

Il-Partijiet esprimew ix-xewqa tagħhom li jissostitwixxu wħud mill-persuni li mhumiex nazzjonali li jistgħu jservu bħala president tal-Bord ta’ Esperti.

(4)

Għalhekk, jenħtieġ li tiġi adottata l-lista riveduta ta’ esperti li huma lesti u kapaċi jservu bħala membri tal-bord f’konformità mal-Artikolu 13.15 tal-Ftehim, kif tinsab fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni,

(5)

Sabiex din l-emenda issir effettiva, il-lista riveduta ta’ esperti jenħtieġ li tiġi approvata mill-Kumitat għall-Kummerċ UE-Korea,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-lista riveduta ta’ esperti li jistgħu jservu bħala membri tal-bord għall-finijiet tal-Artikolu 13.15 tal-Ftehim tinsab fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi [Brussell/Seoul], [Jum u Xahar] 2026.

Għall-Kumitat għall-Kummerċ

Kopresident tal-Kumitat għall-Kummerċ tal-Unjoni Ewropea

[Isem]

Kopresident tal-Kumitat għall-Kummerċ tar-Repubblika tal-Korea

[Isem]


(1)  Id-Deċiżjoni Nru 2/2012 tal-Kumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli UE-Korea tas-27 ta’ Ġunju 2012 dwar it-twaqqif ta’ Bord ta’ Esperti kif imsemmi fl-Artikolu 13.15 tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra.

(2)  Id-Deċiżjoni Nru 1/2019 tal-Kumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli UE-Korea tat-30 ta’ Settembru 2019 dwar lista riveduta ta’ esperti li lesti u kapaċi jservu bħala membri tal-bord f’konformità mal-Artikolu 13.15 tal-Ftehim.

ANNESS

LISTA TA’ ESPERTI

Esperti msemmija mir-Repubblika tal-Korea:

 

Sung Wook LEE

 

Jaemin LEE

 

Chang Young KWON

 

Suh-Yong CHUNG

 

Taek-Whan HAN

 

Won-Mog CHOI

Esperti msemmija mill-Unjoni Ewropea:

 

Eddy LAURIJSSEN

 

Jorge CARDONA

 

Karin LUKAS

 

Hélène RUIZ FABRI

 

Laurence BOISSON DE CHAZOURNES

 

Geert VAN CALSTER

Presidenti:

 

Brian LANGILLE

 

Kevin BANKS

 

Le HA THANH

 

Jill MURRAY

 

Ricardo MELÉNDEZ-ORTIZ

 

Nathalie BERNASCONI-OSTERWALDER


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/1557/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)