1992R0388 — MT — 01.01.2001 — 005.002
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 388/92 tat-18 ta’ Frar 1992 (ĠU L 043, 19.2.1992, p.16) |
Emendat bi:
|
(*) |
Dan l-att qatt ma ġie ppubblikat bil-Malti. |
|
NB: Din il-verżjoni konsolidata tinkludi referenzi għall-unità Ewropea ta’ kont u/jew l-eku, li mill-1 ta’ Jannar 1999 għandha tinftiehem bħala referenza għall-euro – Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3308/80 (ĠU L 345, ta’ l-20.12.1980, p. 1) u r- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1103/97 (ĠU L 162, tad-19.6.1997, p. 1). |
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 388/92
tat-18 ta’ Frar 1992
li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ l-arranġamenti speċifiċi għall-forniment ta’ prodotti taċ-ċereali lid-dipartimenti Franċiżi barra x-xtut (FOD) u li jistabbilixxi it-tbassir tal-bilanċ tal-fornitura
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabblixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3763/91 tas-16 ta’ Diċembru 1991 li jintroduċi miżuri speċifiċi fir-rigward ta’ ċerti prodotti agrikoli għall-vantaġġ tad-dipartimenti Franċiżi barra x-xtut ( 1 ), u b’ mod partikolari l-Artikolu 2(6) tagħha,
Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 131/92 ( 2 ) jistabbilixxi r-regoli dettaljati komuni għall-implimentazzjoni ta’ l-arranġamenti speċifiċi għall-forniment ta’ ċerti prodotti agrikoli lid-dipartimenti Franċiżi barra x-xtut (FOD);
Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3719/88 ( 3 ), kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KEE) Nru 92/91 ( 4 ), jistabbilixxi b’mod partikolari regoli dettaljati għall-liċenzi ta’ l-importazzjoni; billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 891/89 ( 5 ), kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KEE) Nru 3562/91 ( 6 ), jistabbilixi regoli dettaljati addizzjonali u eċċezzjonali speċifiċi għas-settur taċ-ċereali;
Billi, sabiex jiġu kkunsidrati d-drawwiet tan-negozju speċifiċi għas-settur taċ-ċereali, u tax-xorta speċjali tan-negozju tan-nuħħala, għandhom jiġu kkunsidrati r-regoli dettaljati li jissuplixxu jew jidderogaw mid-disposizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 131/92;
Billi, skond l-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 3763/91, it-tbassir tal-bilanċ tal-fornitura għall-prodotti taċ-ċereali għall-FOD għandu jiġi mfassal; billi dan il-bilanċ għandu jagħmilha possibbli li jsir tibdil fil-kwantitajiet ippjanati għall-prodotti kkunsidrati u, jekk ikun hemm bżonn, li jżid il-kwantità totali ffissata għall-għalef matul is-sena finanzjarja;
Billi għandu jiġi permess li l-Istat Membru jaħtar l-awtorità kompetenti għall-ħruġ ta’ liċenzi ta’ l-importazzjoni u ta’ ċertifikati ta’ l-għajnuna, u għall-ipproċessar ta’ l-applikazzjonijiet għall-għajnuna u l-ħlas;
Billi għandha tiġi kkunsidrata skeda għas-sottomissjoni ta’ l-applikazzjonijiet għall-liċenzi u ċ-ċertifikati, u għall-istabbiliment ta’ ħtiġijiet għall-ammissjoni għal dawn l-applikazzjonijiet, b’mod partikolari fir-rigward ta’ l-alloġġ tas-sigurtajiet; billi, barra minn dan, il-perjodu tal-validità għall-liċenzi ta’ l-importazzjoni u ċ-ċertifikati ta’ l-għajnuna għandu jiġi ffissat skond il-bżonnijiet tal-fornitura u l-ħtiġijiet ta’ amministrazzjoni soda billi jingħata, skond is-sitwazzjoni lokali fl-FOD, perjodu itwal ta’ validità għaċ-ċertifikati ta’ l-għajnuna;
Billi għandha ssir kunsiderazzjoni għall-irranġar fl-għajnuna mogħtija għall-forniment tal-prodotti taċ-ċereali li joriġinaw fil-Komunità fuq il-bażi tad-differenza fil-prezz “threshold” tal-prodott imsemmi bejn ix-xahar ta’ l-applikazzjoni għaċ-ċertifikati ta’ l-għajnuna u x-xahar li fih iċ-ċertifikati jiġu wżati, sabiex jiġu evitati, qabel il-ħsad, doveri ta’ fornitura li jibbenefikaw minn għajnuna għas-sena l-ġdida fis-suq, u sabiex jiġi kkunsidrati d-drawwiet fis-settur taċ-ċereali;
Billi, sabiex jassiguraw l-amministrazzjoni soda ta’ l-arranġamenti tal-fornitura, għandhom jiġu stabbiliti ħtiġijiet addizzjonali għat-tħollija tas-sigurtà;
Billi l-miżuri imsemmija f’ dan ir-Regolament huma fi qbil ma l-opinjoni tal-Kumitat għall-Amministrazzjoni taċ-Ċereali,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. (Ma tikkonċernax il-verżjoni Ngliża).
2. Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe żieda matul is-sena finanzjarja fil-kwantità globali ffissata għaċ-ċereali, il-kwantitajiet rispettivi ffissati għal wieħed jew ieħor miċ-ċereali in kwistjoni jistgħu jiġu maqbuża b’ massimu ta’ 20 %, sakemm ikun hemm konformità mal-kwantità globali. “Is-Sorgu’ għandu jiġi ttratat bħala majż għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament”.
3. Għall-iskopijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 2 u 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3763/91, il-pajjiżi żviluppanti għandhom ikunu dawk elenkati fl-Annessi III u V tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3833/90 ta’ l-20 ta’ Diċembru 1990 li japplika preferenzi ta’ tariffi ġġeneraliżżati għall-1991 fejn għandhom x’jaqsmu xi prodotti agrikoli li joriġinaw f’pajjiżi żviluppanti ( 7 ), kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KEE) Nru 3587/91 ( 8 ).
Artikolu 2
L-Istat Membru għandu jaħtar l-awtorità kompetenti sabiex-:
(a) toħroġ il-liċenza għall-importazzjoni imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 131/92;
(b) toħroġ iċ-ċertifikat għall-għajnuna imsemmi fl-Artikolu 3 ta’ dak ir-Regolament; u
(ċ) il-ħlas ta’ l-għajnuna lill-operaturi kkonċernati u għall-amministrazzjoni tas-sigurtajiet.
Artikolu 3
Il-disposizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 131/92 għandhom japplikaw mutatis mutandis.
Artikolu 4
1. Applikazzjonijiet għal liċenzji u ċertifikati għandhom jiġu sottomessi lill-awtorità kompetenti matul l-ewwel ħames ijiem utli ta’ kull xahar. Madankollu, l-applikazzjonijiet għaċ-ċertifikati ta’ l-għajnuna għall- fornitura tal-prodotti taċ-ċereali li jaqgħu fil-kodiċi NM 1103 u 1107 kif ukoll prodotti li jaqgħu fil-kodiċi NM 2309 90 31, 2309 90 33, 2309 90 41, 2309 90 43, 2309 90 51 u 2309 90 53, ta’ oriġini Komunitarja, kif ukoll applikazzjonijiet għal ċertifikati ta’ għajnuna għall- fornitura ta’ ċereali lid-dipartiment tal-Guiana Franċiża, jistgħu jiġu sottomessi f’kwalunkwe jum utli ta’ kull xahar. Liċenza jew ċertifikat ta’ applikazzjoni għandom jiġu amessi biss jekk:
(a) ma jaqbżux il-kwantità massima disponibbli għal kull perjodu li matulu l-applikazzjonijiet għandhom jiġu ppreżentati;
(b) qabel ma jiskadi l-limitu taż-żmien stabbilit għas-sottomissjoni ta’ liċenzji u ċ-ċertifikati ta’ applikazzjoni, tkun ingħatat prova li l-parti konċernata ppreżentat titolu ta’ 23 ECU għal kull tunnellata.
2. Jekk il-liċenzi u ċ-ċertifikati jinħarġu għall-kwantitajiet li jkunu inqas mill-kwantitajiet li tkun saret l-applikazzjoni għalihom, bħala riżultat li tkun ġiet ffissata ċifra ta’ nuqqas waħdieni, l-operaturi jistgħu jirtiraw l-applikazzjonijiet tagħhom bil-miktub sal-limitu ta’ żmien ta’ ġurnata xogħol wara d-data li fiha ċ-ċifra tan-nuqqas tiġi ffissata.
Artikolu 5
1. Il-perjodu tal-validità għall-liċenzi ta’ l-importazzjoni għandu jagħlaq fl-aħħar ġurnata tax-xahar wara x-xahar li fih ikunu ġew maħruġa.
2. Il-perjodu tal-validità taċ-ċertifikati ta’ l-għajnuna għandu jagħlaq fl-aħħar ġurnata tat-tieni xahar wara x-xahar li fih ikunu ġew maħruġa.
Artikolu 6
L-għajnuna għall-provvista għandha tkun aġġustata:
(a) fil-każ tal-prodotti taċ-ċereali kollha msemmija fl-Anness minbarra l-qamħirrum, qamħ sorghum, malt u dqiq tal-qamħ komuni, għall-perjodu minn Awissu sa Mejju ta’ l-istess sena tas-suq, biż-żieda kull xahar fil-prezz ta’ intervent iffissat għal dik is-sena tas-suq għaċ-ċereali in kwistjoni, moltiplikat bin-numru ta’ xhur li jkunu għaddew mix-xahar li fih intalab iċ-ċertifikat ta’ l-għajnuna u x-xahar li fih kull kwantità ġiet debitata kontra ċ-ċertifikat. L-ewwel aġġustament għandu jsir fl-ewwel ġurnata tax-xahar kalendarju wara l-ġurnata li fiha ġiet mibgħuta l-applikazzjoni għaċ-ċertifikat;
(b) fil-każ tal-qamħirrum u qamħ sorghum, għall-perjodu min-Novembru ta’ sena waħda tas-suq sa Awissu tas-sena tas-suq ta’ wara, biż-żieda kull xahar fil-prezz ta’ intervent iffissat għas-sena tas-suq ta’ qabel għac-ċereali in kwistjoni, moltiplikat bin-numru ta’ xhur li jkunu għaddew bejn ix-xahar li fih intalab iċ-ċertifikat għall-għajnuna u x-xahar li fih kull kwantità ġiet debitata kontra ċ-ċertifikat. L-ewwel aġġustament għandu jsir fl-ewwel ġurnata tax-xahar kalendarju wara l-ġurnata li fiha ġiet mibgħuta l-applikazzjoni għaċ-ċertifikat;
(ċ) fil-każ tal-malt u d-dqiq tal-qamħ durum, għall-perjodu minn Awissu sa Mejju ta’ l-istess sena tas-suq, biż-żieda kull xahar fil-prezz ta’ intervent iffissat għal dik is-sena tas-suq, moltiplikat minn naħa waħda bin-numru ta’ xhur li jkunu għaddew bejn ix-xahar li fih intalab iċ-ċertifikat għall-għajnuna u x-xahar li fih kull kwantità ġiet debitata kontra ċ-ċertifikat u, min-naħa l-oħra, bil-koeffiċjenti ta’ proċessar 1,3 u1,5 għall-qamħ u d-dqiq tal-qamħ durum rispettivament. L-ewwel aġġustament għandu jsir fl-ewwel ġurnata tax-xahar kalendarju wara l-ġurnata li fiha ġiet mibgħuta l-applikazzjoni għaċ-ċertifikat;
(d) fil-każ tal-prodotti kollha bl-eċċezzjoni tal-qamħirrum u tal-qamħ sorghum, fejn iż-żmien tal-validità taċ-ċertifikat għall-għajnuna jestendi lil hinn mit-tmiem tas-sena tas-suq u għall-provvisti kollha addebitati kontra ċ-ċertifikat ta’ matul is-sena tas-suq il-ġdida, hekk kif ġej: l-għajnuna għandha titnaqqas b’ammont ugwali għad-differenza bejn il-prezzijiet ta’ intervent, mhux inklużi żidiet ta’ kull xahar, għas-sena tas-suq ta’ qabel u dik ġdida u b’ammont ugwali għaż-żieda ta’ kull xahar għas-sena tas-suq il-ġdida, moltiplikat bin-numru ta’ xhur minn Awissu inkluż sax-xahar li fih ġiet mibgħuta l-applikazzjoni għaċ-ċertifikat;
(e) il-każ ta’ qamħirrum u sorgu tal-qamħ, meta t-terminu tal-validità taċ-ċertifikat tal-għajnuna ikun jestendi wara t-tmiem ta’ Settembru, għall-prodotti kollha addebitati kontra dak iċ-ċertifikat mill-1 ta’ Ottubru, kif ġej: l-għajnuna għandha titnaqqas b’ammont li jkun daqsinsew id-differenza bejn il-prezz ta’ intervent, esklużi ż-żidiet ta’ kull xahar, bejn il-prezz tas-suq tas-sena ta’ qabel u dak tas-sena ta’ wara, mmoltiplikat bin-numru ta’ xhur minn Novembru inkluż ix-xahar li fih tkun inbagħtet l-applikazzjoni.
Madankollu, l-aġġustamenti previsti f’(d) u (e) ma japplikawx fejn l-operatur jagħti provi għas-sodisfazzjon ta’ l-awtoritajiet kompetenti fir-reġjun tad-destinazzjoni li:
— fornituri ta’ prodotti minbarra qamħirrum u qamħ sorghum preżentati għall-addebitament kontra ċ-ċertifikat għall-għajnuna kienu mibgħuta qabel l-1 ta’Lulju u,
— fil-każ tal-qamħirrum u qamħ sorghum, fornituri ta’ prodotti preżentati għall-addebitament kontra ċ-ċertifikat għall-għajnuna kienu mibgħuta qabel l-1 ta’ Ottubru.
Dawn il-provi għandhom ikunu kostitwiti bil-polza tat-tagħbija jew xi dokument tat-trasport ieħor li jipprovdi garanziji suffiċjenti u li huma debitament stabbiliti fil-ħin tad-dispaċċ.
Artikolu 7
Is-sigurtajiet għandhom jitħallew jekk u meta:
(a) l-awtorità kompetenti ma ħarġitx applikazzjoni;
(b) l-operatur iritira l-applikazzjoni tiegħu skond l-Artikolu 4(2);
(ċ) ingħatat prova li l-liċenza jew iċ-ċertifikat intużaw; is-sigurta għandha imbagħad titħalla fi proporzjon mal-kwantitajiet imdaħħla fuq il-liċenza jew fiċ-ċertifikat;
(d) ingħatat prova li l-prodott ikkonċernat sar mhux tajjeb għall-użu jew ma kienx possibbli li ssir l-operazzjoni bħala riżultat ta’ force majeure.
Artikolu 8
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
Bilanċ ta' provvista ta' ċerejali għad-dipartimenti Franċiżi ta' barra (2001)
|
(tunnellati metriċi) |
|||||||
|
Ċerejali li ġejjinminn terzi pajjiżi (ACP/pajjiżi li qed jiżviluppaw) jew KE |
Qamħkomuni |
QamħDurum |
Ix-xgħir |
Il-qamħ ir-rum |
Il-qamħ durumdqiq uxgħir |
Il-Mali |
Ħafur |
|
Guadeloupe |
53 000 |
— |
500 |
24 000 |
— |
— |
— |
|
Martinique |
14 000 |
— |
600 |
30 000 |
600 |
420 |
250 |
|
Guiana Franċiża |
150 |
— |
200 |
1 500 |
— |
— |
— |
|
Réunion |
35 000 |
— |
8 000 |
132 500 |
— |
3 500 |
— |
|
Total |
102 150 |
— |
9 300 |
188 000 |
600 |
3 920 |
250 |
|
Total |
304 220 |
||||||
( 1 ) ĠU L 356, ta’ l-24.12.1991, p. 1.
( 2 ) ĠU L 15, tat-22.1.1992, p. 13.
( 3 ) ĠU L 331, tat-2.12.1988, p. 1.
( 4 ) ĠU L 11, tas-16.1.1991, p. 11.
( 5 ) ĠU L 94, tas-7.4.1989, p. 13.
( 6 ) ĠU L 336, tas-7.12.1991, p. 30.
( 7 ) ĠU L 370, ta’ l-20.12.1990, p. 86.
( 8 ) ĠU L 341, tat-12.12.1991, p. 1.