Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - PARTI III - POLITIKA U FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI - TITOLU III - POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI - KAPITOLU I - SUQ INTERN - Sezzjoni 7 - Disposizzjonijiet komuni - Artikolu III-173
Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0075 - 0075
Artikolu III-173 Bla preġudizzju għall-Artikolu III-172, liġi kwadru Ewropea tal-Kunsill għandha tistabbilixxi miżuri għall-approssimazzjoni ta' dawk il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-disposizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri li jolqtu direttament l-istabbiliment jew il-funzjonament tas-suq intern. Il-Kunsill għandu jaġixxi b'mod unanimu wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew u mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali. --------------------------------------------------