|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2054 |
14.10.2025 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2054
tat-13 ta’ Ottubru 2025
li tnaqqas mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nefqa imġarrba mill-Istati Membri taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)
(notifikata bid-dokument C(2025) 6791)
(It-testi bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ispanjol u bl-Olandiż biss huma awtentiċi)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropa,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 54 tiegħu,
Wara li kkonsultat lill-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) 2021/2116, il-Kummissjoni trid tivvaluta l-ammonti li jridu jitnaqqsu, filwaqt li tqis il-ġustifikazzjonijiet ipprovduti mill-Istat Membru fir-rapporti annwali dwar il-prestazzjoni f’konformità mal-Artikolu 134(8) tar-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). |
|
(2) |
Hija biss in-nefqa li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 5(2) u tal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2021/2116, li tikkorrispondi għall-interventi msemmija fit-Titolu III tar-Regolament (UE) 2021/2115, u li għandha output korrispondenti kif irrappurtat fir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni msemmi fl-Artikolu 9(3)(b) u l-Artikolu 10(1)(b) tar-Regolament (UE) 2021/2116, u fl-Artikolu 134 tar-Regolament (UE) 2021/2115, li tista’ tiġi ffinanzjata mill-baġit tal-Unjoni. |
|
(3) |
Bl-emenda tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/127 (3) bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/310 (4), l-Istati Membri mhumiex meħtieġa jipprovdu l-ġustifikazzjonijiet għall-fini tal-approvazzjoni annwali tal-prestazzjoni għad-devjazzjonijiet tal-ammonti unitarji realizzati mill-ammonti unitarji ppjanati meta n-nefqa totali li tikkorrispondi għal dawn id-devjazzjonijiet ma taqbiżx 2 % tan-nefqa totali ddikjarata fir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni f’konformità mal-Artikolu 134(5), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2021/2115 għas-sena finanzjarja kkonċernata. Madankollu, l-Istati Membri jridu jipprovdu ġustifikazzjonijiet għall-eċċessi kollha ta’ ammonti unitarji realizzati minn ammonti unitarji massimi (medji) pjanati. |
|
(4) |
Fid-dawl tal-valutazzjoni mwettqa, u filwaqt li jitqiesu l-ġustifikazzjonijiet tal-Istati Membri, jenħtieġ li l-parti tan-nefqa msemmija fl-Artikolu 5(2) u fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2021/2116 u li tikkorrispondi għall-interventi msemmija fit-Titolu III tar-Regolament (UE) 2021/2115, li ma għandhiex output korrispondenti kif irrappurtat fir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni msemmi fl-Artikolu 9(3)(b) u fl-Artikolu 10(1)(b) tar-Regolament (UE) 2021/2116 u fl-Artikolu 134 tar-Regolament (UE) 2021/2115, titnaqqas mill-finanzjament tal-Unjoni. |
|
(5) |
Rigward l-interventi koperti minn din id-Deċiżjoni, fir-rapport ta’ sinteżi li ħareġ dwar is-suġġett il-Kummissjoni tinnotifika lill-Istati Membri dwar il-valutazzjoni tal-ammonti li jridu jitnaqqsu minħabba nonkonformità mad-dritt tal-Unjoni (5), |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-ammonti stabbiliti fl-Anness u relatati man-nefqa ddikjarata mill-aġenziji tal-pagamenti akkreditati tal-Istati Membri fl-ambitu tal-FAEG jew tal-FAEŻR, li jikkorrispondu għall-interventi msemmija fit-Titolu III tar-Regolament (UE) 2021/2115 u li ma għandhomx output korrispondenti kif irrappurtat fir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni msemmi fl-Artikolu 9(3)(b) u fl-Artikolu 10(1)(b) tar-Regolament (UE) 2021/2116 u fl-Artikolu 134 tar-Regolament (UE) 2021/2115, għandhom jitnaqqsu mill-finanzjament tal-Unjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika ta’ Ċipru, u r-Renju tan-Netherlands.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Ottubru 2025.
Għall-Kummissjoni
Christophe HANSEN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 435, 6.12.2021, p. 187, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/2116/oj.
(2) Ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika Agrikola Komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/2115/oj).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/127 tas-7 ta’ Diċembru 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħrajn, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-garanziji u l-użu tal-euro (ĠU L 20, 31.1.2022, p. 95, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2022/127/oj).
(4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/310 tal-5 ta’ Diċembru 2024 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2022/127 rigward l-approvazzjoni annwali tal-prestazzjoni u l-proċedura tal-konformità (ĠU L, 2025/310, 12.2.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/310/oj).
(5) Ares(2025)7793398.
ANNESS
Deċiżjonijiet ta’ tnaqqis finanzjarju
FAEG
Partita baġitarja: 6200
|
Stat Membru |
Kodiċi tal-intervent (Kodiċi tal-ammont unitarju pjanat) |
SF |
Raġuni |
Munita |
Ammont gross (Qabża jew eċċess) |
Parzjalment approvat / aċċettat |
Qabża netta deċiża |
Rata ta’ kofinanzjament |
Parti tal-UE |
|
BE-Flanders |
CRISS 1.2.1- Aanvullende herverdelende inkomenssteun voor duurzaamheid — gepland eenheidsbedrag per hectare |
2024 |
Nefqa li ma jkollhiex output korrispondenti (ara l-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) 2021/2116) |
EUR |
186 229,76 |
0,00 |
186 229,76 |
100,00 % |
186 229,76 |
|
|
|
|
Total BEVG: |
EUR |
186 229,76 |
0,00 |
186 229,76 |
|
186 229,76 |
|
Stat Membru |
Kodiċi tal-intervent (Kodiċi tal-ammont unitarju pjanat) |
SF |
Raġuni |
Munita |
Ammont gross (Qabża jew eċċess) |
Parzjalment approvat / aċċettat |
Qabża netta deċiża |
Rata ta’ kofinanzjament |
Parti tal-UE |
|
CY |
CIS-YF A.P.4 - Συμπληρωματική εισοδηματική στήριξη για γεωργούς νεαρής ηλικίας A.Π. 4 Μοναδιαία Ποσά Ενίσχυση ανά εκτάριο για Α.Π. 4 |
2024 |
Nefqa li ma jkollhiex output korrispondenti (ara l-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) 2021/2116) |
EUR |
32 854,72 |
0,00 |
32 854,72 |
100,00 % |
32 854,72 |
|
|
|
|
Total CY: |
EUR |
32 854,72 |
0,00 |
32 854,72 |
|
32 854,72 |
|
Stat Membru |
Kodiċi tal-intervent (Kodiċi tal-ammont unitarju pjanat) |
SF |
Raġuni |
Munita |
Ammont gross (Qabża jew eċċess) |
Parzjalment approvat / aċċettat |
Qabża netta deċiża |
Rata ta’ kofinanzjament |
Parti tal-UE |
|
DE |
Eco-scheme (DE-DZ-0401-02-0-01) |
2024 |
Nefqa li ma jkollhiex output korrispondenti (ara l-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) 2021/2116) |
EUR |
670,33 |
0,00 |
670,33 |
100,00 % |
670,33 |
|
DE |
Eco-scheme (DE-DZ-0406-00-0-01) |
2024 |
Nefqa li ma jkollhiex output korrispondenti (ara l-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) 2021/2116) |
EUR |
32 813,64 |
0,00 |
32 813,64 |
100,00 % |
32 813,64 |
|
DE |
Eco-scheme (DE-DZ-0407-00-0-01) |
2024 |
Nefqa li ma jkollhiex output korrispondenti (ara l-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) 2021/2116) |
EUR |
38 359,29 |
0,00 |
38 359,29 |
100,00 % |
38 359,29 |
|
DE |
CIS (DE-DZ-0501-00-0-01) |
2024 |
Nefqa li ma jkollhiex output korrispondenti (ara l-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) 2021/2116) |
EUR |
759,06 |
0,00 |
759,06 |
100,00 % |
759,06 |
|
DE |
CIS (DE-DZ-0502-00-0-01) |
2024 |
Nefqa li ma jkollhiex output korrispondenti (ara l-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) 2021/2116) |
EUR |
72 859,06 |
0,00 |
72 859,06 |
100,00 % |
72 859,06 |
|
|
|
|
Total DE: |
EUR |
145 461,38 |
0,00 |
145 461,38 |
|
145 461,38 |
|
Stat Membru |
Kodiċi tal-intervent (Kodiċi tal-ammont unitarju pjanat) |
SF |
Raġuni |
Munita |
Ammont gross (Qabża jew eċċess) |
Parzjalment approvat / aċċettat |
Qabża netta deċiża |
Rata ta’ kofinanzjament |
Parti tal-UE |
|
EL(GR) |
CIS (ΜΚ1-32.1-02) |
2024 |
Nefqa li ma jkollhiex output korrispondenti (ara l-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) 2021/2116) |
EUR |
3 235 686,73 |
0,00 |
3 235 686,73 |
100,00 % |
3 235 686,73 |
|
EL(GR) |
CIS (ΜΚ1-32.1-03) |
2024 |
Nefqa li ma jkollhiex output korrispondenti (ara l-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) 2021/2116) |
EUR |
4 814 306,53 |
0,00 |
4 814 306,53 |
100,00 % |
4 814 306,53 |
|
EL(GR) |
CIS (ΜΚ1-32.1-9) |
2024 |
Nefqa li ma jkollhiex output korrispondenti (ara l-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) 2021/2116) |
EUR |
1 478 694,71 |
0,00 |
1 478 694,71 |
100,00 % |
1 478 694,71 |
|
|
|
|
Total EL(GR): |
EUR |
9 528 687,97 |
0,00 |
9 528 687,97 |
|
9 528 687,97 |
|
Stat Membru |
Kodiċi tal-intervent (Kodiċi tal-ammont unitarju pjanat) |
SF |
Raġuni |
Munita |
Ammont gross (Qabża jew eċċess) |
Parzjalment approvat / aċċettat |
Qabża netta deċiża |
Rata ta’ kofinanzjament |
Parti tal-UE |
|
FR |
CIS (Aide couplée au revenu 3222_COR_O.11_0002) |
2024 |
Nefqa li ma jkollhiex output korrispondenti (ara l-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) 2021/2116) |
EUR |
65 787,40 |
0,00 |
65 787,40 |
100,00 % |
65 787,40 |
|
|
|
|
Total FR: |
EUR |
65 787,40 |
0,00 |
65 787,40 |
|
65 787,40 |
|
Munita |
Ammont gross (Qabża jew eċċess) |
Parzjalment approvat / aċċettat |
Qabża netta deċiża |
Parti tal-UE |
|
EUR |
9 959 021,23 |
0,00 |
9 959 021,23 |
9 959 021,23 |
FAEŻR
Partita baġitarja: 6201
|
Stat Membru |
Kodiċi tal-intervent (Kodiċi tal-ammont unitarju pjanat) |
SF |
Raġuni |
Munita |
Ammont gross (Qabża jew eċċess) |
Parzjalment approvat / aċċettat |
Qabża netta deċiża |
Rata ta’ kofinanzjament |
Parti tal-UE |
|
ES |
ENVCLIM (ARA6503_03) |
2024 |
Nefqa li ma jkollhiex output korrispondenti (ara l-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) 2021/2116) |
EUR |
29,54 |
0,00 |
29,54 |
55,56 % |
16,41 |
|
ES |
INVEST (RIO6871_03) |
2024 |
Nefqa li ma jkollhiex output korrispondenti (ara l-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) 2021/2116) |
EUR |
369 130,6 |
0,00 |
369 130,6 |
45,00 % |
166 108,77 |
|
|
|
|
Total ES: |
EUR |
369 160,14 |
0,00 |
369 160,14 |
|
166 125,18 |
|
Stat Membru |
Kodiċi tal-intervent (Kodiċi tal-ammont unitarju pjanat) |
SF |
Raġuni |
Munita |
Ammont gross (Qabża jew eċċess) |
Parzjalment approvat / aċċettat |
Qabża netta deċiża |
Rata ta’ kofinanzjament |
Parti tal-UE |
|
NL |
ENVCLIM (I.70.1.E.01 — Agrarisch Natuur- en Landschapsbeheer (ANLb)) |
2024 |
Nefqa li ma jkollhiex output korrispondenti (ara l-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) 2021/2116) |
EUR |
14 183 064,14 |
0,00 |
14 183 064,14 |
65,00 % |
9 218 991,69 |
|
|
|
|
Total NL: |
EUR |
14 183 064,14 |
0,00 |
14 183 064,14 |
|
9 218 991,69 |
|
Munita |
Ammont gross (Qabża jew eċċess) |
Parzjalment approvat / aċċettat |
Qabża netta deċiża |
Parti tal-UE |
|
EUR |
14 552 224,28 |
0,00 |
14 552 224,28 |
9 385 116,87 |
|
Deċiżjonijiet ta’ tnaqqis finanzjarju |
Qabża netta deċiża (Parti tal-UE) |
|
FAEG |
9 959 021,23 |
|
FAEŻR |
9 385 116,87 |
|
TOTAL: |
19 344 138,10 |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/2054/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)