31972L0221



Official Journal L 133 , 10/06/1972 P. 0057 - 0060
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 2 P. 0099
Danish special edition: Series I Chapter 1972(II) P. 0503
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 2 P. 0099
English special edition: Series I Chapter 1972(II) P. 0523
Greek special edition: Chapter 13 Volume 1 P. 0246
Spanish special edition: Chapter 16 Volume 1 P. 0026
Portuguese special edition Chapter 16 Volume 1 P. 0026


Id-Direttiva tal-Kunsill

tas-6 ta’ Ġunju 1972

li tikkonċerna l-istħarriġ annwali ta’ l-attività industrijali

(72/221/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 213 tiegħu;

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni;

Billi, sabiex twettaq id-doveri fdati lilha permezz tat-Trattat, il-Kummissjoni għandha jkollha għad-dispożizzjoni tagħha statistika aġġornata, komparabbli bħal bejn l-Istati Membri, dwar l-istruttura, l-importanza u l-iżvilupp ta’ l-industrija u l-industriji żgħar ta’ l-artiġjanat fl-Istati Membri;

Billi, meta ċ-ċensiment industrijali kien qiegħed jiġi ppreparat fl-1963, il-Kummissjoni sabet li kien meħtieġ li tiġbed l-attenzjoni tal-Gvernijiet tal-Istati Membri għall-fatt li l-iżvilupp ta’ l-ekonomija industrijali fis-suq komuni jenħtieġ li l-istatistika industrijali għandha tipprovdi ċerti dettalji minimi; billi l-informazzjoni disponibbli fil-varji Stati Membri mhix biż-żejjed jew hija insuffiċjentament komparabbli biex isservi bħala bażi fiduċjuża għax-xogħol tal-Kummissjoni;

Billi l-Komunità Ekonomika Ewropea kienet sa dan it-tant għamlet progress sostanzjali lejn l-integrazzjoni; billi strateġiji ekonomiċi ġodda u l-linji ta’ gwida jitolbu għall-inizjattivi u deċiżjonijiet ibbażati fuq statistika valida; billi l-istatistika disponibbli fl-industrija u l-industriji żgħar ta’ l-artiġjanat għadhom ma laħqux in-normi xierqa għall-din is-sitwazzjoni ekonomika.

Billi dawn id-defiċjenzi jagħmluha diffiċli biex tinħareg mill-istatistika industrijali bħal issa disponibbli fil-varji Stati Membri l-informazzjoni li tkun tista sservi bħala bażi fiduċjuża għax-xogħol tal-Kummissjoni, partikolarment f’dak li jirrigwardja matul terminu medju l-istrateġija ekonomika, l-istrateġija industrijali u l-istrateġija kompetittiva;

Billi l-informazzjoni komparabbli dwar l-attività industrijali għandha tkun akkwistata mill-Istati Membri u billi għall-dik ir-raġuni huwa meħtieġ li jitwettqu stħarriġ li jkunu kkordinati f’dak li jirrigwardja l-kontenut, il-koperta, il-kunċetti u d-definizzjonijiet, il-metodi, u t-tqassim skond l-attività industrijali, u l-potenzjal għall jew l-ostakoli għat-tkabbir tagħhom; billi din l-istatistika għandha wkoll tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa għal-kalkolazzjoni tal-kontribuzzjoni ta’ l-industrija u l-industriji żgħar ta’ l-artiġjanat lejn il-prodott nazzjonali u għal xogħol ieħor fl-isfera tas-sintesi statistikali u ekonomika;

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Istati Membri, f’kooperazzjoni teknika mal-Kummissjoni, għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiġbru l-informazzjoni statistika annwali bil-għan li jħejju statistika koerenti dwar l-istruttura u l-attività produttiva ta’ l-industrija fl-Istati Membri. L-ewwel ġbir ta’ informazzjoni għandu jsir fl-1974, u l-aktar tard għandu jkun jirrigwardja is-sena preċedenti.

Artikolu 2

L-istħarriġ għandu jkopri l-intrapriżi industrijali u n-negozji żgħar kollha, jekk ikun hemm, li jimpjegaw għoxrin jew aktar persuni u li l-attività ewlenija tagħhom tkun elenkata f’waħda mid-Diviżjonijiet tan-Nomenklatura ta’ l-Attivitajiet Ekonomiċi tal-Komunitajiet Ewropej (NACE), għall-industrija, inklużi l-enerġija u l-ilma, u wkoll dwar il-bini (NACE 1 sa 5).

L-istħarriġ għandu, għall-anqas darba kull ħames snin, ikun estiż biex ikopri l-impriżi li jimpjegaw anqas minn 20 persuna. Il-Kummissjoni, bi qbil mal-Istati Membri, għandha taħtar is-snin li fihom l-istħarriġ għandu jkun hekk estiż.

L-istħarriġ fl-impriżi li jimpjegaw anqas minn għoxrin persuna jistgħu jitwettqu permezz ta’ l-ikkampjunar.

Artikolu 3

L-unitajiet statistiċi għandhom ikunu l-impriżi, l-attività ekonomika u, meta l-istatistika reġjonali tkun ikkonċernata, ukoll l-unità lokali. L-unitajiet statistiċi huma definiti fil-Parti I tan-NACE.

Artikolu 4

L-istħariġ għandu jkopri il-varjabbli elenkati fl-Annes ta’ din id-Direttiva. Matul l-ewwel stadju, li għandu jibda fl-1974 l-aktar tard, l-istħarriġ ma jkunx hemm bżonn li jinkludi l-informazzjoni li tirrigwardja l-varjabbli mhurija fil-parentesi. Għall-istħarriġ tal-1977, li jkopri s-sena 1976, u sussegwentament, l-Istati Membri għandhom jiġbru l-informazzjoni li tirrigwardja il-varjabbli kollha elenkati fl-Anness.

L-informazzjoni miġbura dwar l-impriżi li jimpjegaw minn għoxrin sa disa’ u disgħin persuna għandhom, b’dana kollu, jkopru biss il-varjabli li jikkonċernaw in-numru ta’ persuni mpjegati, il-valur tal-bejgħ, il-pagi u s-salarji grossi mħallsa, u wkoll ix-xiri tal-materja prima, il-prodotti intermedjarji u s-servizzi industrijali.

F’dak li jirrigwardja l-istħarriġ perjodiku dwar l-impriżi li jimpjegaw anqas minn għoxrin persuna, il-Kummissjoni għandha, qabel it-tmiem tal-1975, tressaq proposti dwar l-informazzjoni li għandha tkun miġbura.

Mill-ewwel stħarriġ il-quddiem l-informazzjoni dwar l-unitajiet lokali (impriżi) għandha tkun miġbura fir-rigward ta’ dawn il-varjabbli li ġejjin:

- in-numru totali ta’ persuni mpjegati apparti minn dawk li jaħdmu fid-dar;

- is-salarju u l-pagi grossi mħallsa, inkluż l-ammont imħallas lill-ħaddiema li jaħdmu mid-dar imma li jkunu fuq il-lista ta’ ħaddiema bil-paga;

- it-total ta’ l-investimenti fil-kapital fiss.

L-informazzjoni l-aħħar imsemmija għandha tissupplementa d-dettalji bl-impriża miġbura kull sena fir-rigward ta’ l-investimenti, b’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill Nru 64/475/KEE tat-30 ta’ Lulju 1961 [1].

Artikolu 5

Bl-eċċezzjoni ta’ l-informazzjoni li hija suġġetta għas-segretezza ta’ l-istatistika skond il-liġi nazzjonali, ir-riżultati tal-istħarriġ irrekordjati bi qbil ma skeda komuni ta’ tabelli għandha tkun maqsuma bl-attivita industrijali, li tkun tikkorrespondi għall-intestaturi ta’ tlett numri tan-NACE, għandha tkun mgħoddija ta’ kull sena lill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni għandha, bi ftehim mal-Istati Membri, tiddettermina l-eċċezzjonijiet għar-regola ġenerali li tirregola t-tqassim skond l-attività industrijali, id-dettalji li jirrigwardjaw il-preżentazzjoni tar-riżultati, inkluż it-tqasim skond id-daqs ta’ l-unità statistika, u l-għamla li fiha r-riżultati għandhom ikunu mgħoddija.

L-Istati Membri li fihom il-ġbir u l-ipproċessar ta’ l-informazzjoni jkunu bbażati fuq nomenklatura ta’ attivitajiet, apparti minn dik tan-NACE, għandhom jieħdu l-miżuri kollha biex jassiguraw li r-riżultati espressi fin-nomenklatura tagħhom ikunu trasportati adekwatament fin-Nomenklatura tal-Komunità.

Artikolu 6

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex inaqqsu għall-anqas possibli l-ħin meħud biex jitwettqu u jkunu pproċessati dawn l-istħarriġ, sabiex ir-riżultati jistgħu li jkunu disponibbli għal-Kummissjoni malajr kemm jista’ jkun possibli.

Artikolu 7

L-ispejjeż biex jitwettaq dan l-istħarriġ fl-Istati Membri għandhom jitħallsu mill-estimi nazzjonali.

Artikolu 8

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fil-Lussemburgu, fis-6 ta’ Ġunju 1972.

Għall-Kunsill

Il-President

G. Thorn

[1] ĠU C 131, tat-13.8.1964, p. 2193/64.

--------------------------------------------------

ANNESS

Varjabbli adottati għall-ġbir ta’ l-informazzjoni skond l-impriża u l-informazzjoni skond l-unitajiet ta’ l-attività ekonomika (EAU)

Kodiċi | Varjabbli | Mistoqsijiet għal |

l-impriża | l-EAU |

1 | In-numru ta’ persuni mpjegati | * | — |

1.1 | Il-propjetarji li jaħdmu fl-impriża u l-membri tal-familja | * | — |

1.2 | L-impjegati, it-total ta’ | * | * |

1.21 | Ħaddiema manwali, inklużi l-apprentisti | * | * |

1.21.1 | li minnhomnisa | (*) | — |

1.22 | Ħaddiema mhux manwali, inklużi trainees kummerċjali u tekniċi | * | * |

1.22.1 | li minnhomnisa | (*) | — |

2 | Numru ta’ sigħat, normali jew bis-sahra, maħduma minn ħaddiema manwali inklużi l-appretentisti matul is-sena | — | * |

3 | L-ispiża tal-mano d’opera, total | * | (*) |

3.1 | Il-pagi u s-salarji grossi mħallsa apparti milli r-remunerazzjoni mħallsa lil-dawk li jaħdmu fid-dar | * | (*) |

3.2 | Remunerazzjoni mħallsa lill-dawk li jaħdmu fid-dar u li jkunu inklużi fil-pagi ta’ l-impriża | (*) | (*) |

3.3 | Imposti obligatorji u voluntarji tas-sigurtà soċjail fuq min iħaddem | * | (*) |

3.31 | li minnhomkontribuzzjonijiet voluntarji tas-sigurtà soċjali u spejjeż oħrajn tax-xogħol | (*) | (*) |

4 | Il-valur tal-bejgħ, totali | * | — |

4.1 | Bejgħ tal-prodotti mmanifatturati mill-impriża (jew l-EAU) u d-dħul mis- servizzi industrijali fornuti lill-oħrajn (xogħol mill-materjal fornut, eċċ.) | * | * |

4.11 | li minnhomakwisti minn servizzi ndustrijali fornuti (xogħol mill-materjalfornut, eċċ.) | (*) | (*) |

4.2 | Bejgħ ta’ oġġetti mixtrija minn għand oħrajn u mibjugħa mill-ġdid kif mixtrija | * | — |

4.3 | Il-valur tal-bejgħ minn oġġetti oħrajn | * | — |

5 | Trasferiment intern ta’ oġġetti intermedjarji u servizzi industrijali: il-valur tal-fornimenti ta’ materja prima u ta’ prodotti intermedjarji u l-valur tas-servizzi industrijali fornuti minn wieħed EAU jew EAU ieħor ta’ l-impriża | — | (*) |

6 | Trasferiment intern tal-kapital fiss: il-valur ta’ l-oġġetti kapitali mmanifatturati (jew mibnija) minn EAU wieħed u fornuti lejn EAU ieħor ta’ l-impriża | — | (*) |

7 | Ħażniet ta’ prodotti kompluti mmanifatturati mill-unità u ta’ prodotti fil-korsa tal-manifattura: | | |

7.1 | —fil-bidu tas-sena | * | (*) |

7.2 | —fit-tmiem tas-sena | * | (*) |

7.3 | — differenza, aktar jew anqas | * | (*) |

8 | Ħażniet ta’ oġġetti mixtrija: | | |

8.1 | —fil-bidu tas-sena | * | — |

8.2 | —fit-tmiem tas-sena | * | — |

8.3 | —differenza, aktar jew anqas | * | — |

9 | Il-valur ta’ l-oġġetti kapitali manifatturati jew mibnija mill-impriża nnifisha bil-ħaddiema tagħha u għall-użu tagħha u tiswijiet maġġuri mwettqa mill-impriża nnifisha | * | — |

10 | Il-valur ta’ l-oġġetti kapitali manifatturati jew mibnija mill-impriża nnifisha bil-ħaddiema tagħha u għall-użu tagħha u tiswijiet maġġuri mwettqa mill-EAU nnifisha | — | (*) |

11 | Xiri jew akwist ta’ materja prima jew anċillari, prodotti intermedjarji, enerġija u għodod żgħar mhux meqjusa bħala kapital fiss: | | |

11.1 | Xiri minn impriżi oħrajn | * | * |

11.2 | Valur tal-materja prima, eċċ., akkwistata minn EAU oħrajn ta’ l-impriża | — | (*) |

12 | In-nefqa tas-servizzi ndustrijali akkwistati: | | |

12.1 | — minn oħrajn | * | * |

12.2 | —minn oħrajn | — | (*) |

13 | In-nefqa ta’ l-oġġetti mixtrija għall-bejgħ mill-ġdid bħal ma jkunu mixtrija | * | — |

14 | Il-ħażniet tal-materja prima jew anċillari, prodotti intermedjarji u enerġija | | |

14.1 | — fil-bidu tas-sena | * | (*) |

14.2 | —fit-tmiem tas-sena | * | (*) |

14.3 | —differenza, aktar jew anqas | * | (*) |

15 | In-nefqa ta’ servizzi mhux industrijali akkwistati minn oħrajn, it-total ta’ | * | — |

15.1 | Il-kera mħallsa għall-bini mhux residenzjali u oġġetti kapitali | * | (*) |

15.11 | Li minnhomkera mħallsa għall-oġġetti kapitali | (*) | — |

15.2 | Premium ta’ l-assigurazzjoni mħallas | * | — |

15.3 | Spejjes bankarji | * | — |

15.4 | In-nefqa ta’ servizzi oħrajn mhux industrijali | * | — |

16 | Taxxi indiretti, total | * | — |

16.1 | Taxxa tal-valur miżjud (VAT) u taxi oħrajn tal-konsum | * | (*) |

16.11 | VAT u taxxi oħrajn fuq il-valur tal-bejgħ | (*) | (*) |

16.12 | Taxxi fuq il-konsum | (*) | (*) |

16.2 | Taxxi indiretti oħrajn | * | — |

17 | Sussidji fuq l-operazzjoni | * | (*) |

--------------------------------------------------