<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-688/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CJ0688</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:94">EU:C:2020:94</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER>
<HT TYPE="SC">Sentenza tat-<DATE ISO="20200213">13.2.2020</DATE> – Kawża C‑688/18</HT>
<HT TYPE="SC">Spetsializirana prokuratura (Seduta fl-assenza tal-persuna akkużata)</HT>
<HT TYPE="UC">Sentenza tal-qorti tal-ġustizzja</HT> (Is-Sitt Awla)
<DATE ISO="20200213">13 ta’ Frar 2020</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001">
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru.
</NOTE>
Fil-Kawża C‑688/18,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-iSpetsializiran nakazatelen sad (il-Qorti Kriminali Speċjalizzata, il-Bulgarija), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20181022">22 ta’ Ottubru 2018</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20181106">6 ta’ Novembru 2018</DATE>, fil-proċeduri kriminali kontra
</JUDGMENT.INIT><PARTIES>
<HT TYPE="BOLD">TX,</HT>
<HT TYPE="BOLD">UW,</HT>
</PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT>
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Sitt Awla),
komposta minn M. Safjan (Relatur), President tal-Awla, L. Bay Larsen u C. Toader, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: P. Pikamäe,
Reġistratur: A. Calot Escobar,
</PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID>
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
<LIST TYPE="NDASH"><ITEM>
għall-Gvern Portugiż, minn L. Inez Fernandes, P. Barros da Costa u L. Medeiros kif ukoll minn D. Pires, bħala aġenti,
</ITEM><ITEM>
għall-Kummissjoni Ewropea, minn R. Troosters u Y. Marinova, bħala aġenti,
<HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT>
<HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT>
<HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT>
<CONSID><NP><NO.P>(33)</NO.P><TXT>Id-dritt għal proċess ġust huwa wieħed mill-prinċipji bażiċi f’soċjetà demokratika. Id-dritt ta’ persuni suspettati u akkużati li jkunu preżenti waqt il-proċess huwa bbażat fuq dak id-dritt u għandu jiġi żgurat fl-Unjoni [Ewopea] kollha.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(34)</NO.P><TXT>Jekk, għal raġunijiet lil hinn mill-kontroll tagħhom, il-persuni suspettati jew akkużati ma jkunux f’pożizzjoni li jkunu preżenti waqt il-proċess, huma għandu jkollhom il-possibbiltà li jitolbu data ġdida għall-proċess fiż-żmien previst fil-liġi nazzjonali.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(35)</NO.P><TXT>Id-dritt tal-persuni suspettati u akkużati li jkunu preżenti waqt il-proċess mhuwiex assolut. Taħt ċerti kundizzjonijiet, il-persuni suspettati u akkużati għandhom ikunu jistgħu, espressament jew taċitament, iżda inekwivokabbilment, jirrinunzjaw għal dak id-dritt.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(36)</NO.P><TXT>F’ċerti ċirkostanzi għandu jkun possibbli li deċiżjoni dwar il-ħtija jew l-innoċenza ta’ persuna suspettata jew akkużata tingħata minkejja l-assenza tal-persuna kkonċernata waqt il-proċess. Dan jista’ jkun il-każ fejn il-persuna suspettata jew akkużata tkun ġiet infurmata, fi żmien debitu, dwar il-proċess u dwar il-konsegwenzi ta’ nuqqas ta’ dehra u xorta, madankollu, ma tidhirx. Li persuna suspettata jew akkużata tkun ġiet infurmata dwar il-proċess għandu jinftiehem li jfisser li l-persuna tħarrket personalment jew, b’mezzi oħrajn, li dik il-persuna ngħatat informazzjoni uffiċjali dwar id-data u l-post tal-proċess b’mod li jippermetti lilu jew lilha li jsiru konxji mill-proċess. Li persuna suspettata jew akkużata tiġi infurmata dwar il-konsegwenzi ta’ nuqqas ta’ dehra, għandu, b’mod partikolari, jiġi interpretat li jfisser li l-persuna ġiet infurmata li tista’ tingħata deċiżjoni jekk hija ma tidhirx fil-proċess.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(37)</NO.P><TXT>Għandu jkun ukoll possibbli li jsir proċess li jista’ jirriżulta f’deċiżjoni dwar ħtija jew innoċenza ukoll fl-assenza ta’ persuna suspettata jew akkużata fejn dik il-persuna tkun ġiet infurmata bil-proċess u tkun tat mandat lil avukat li jkun inħatar minn dik il-persuna jew mill-Istat biex jirrappreżentaha waqt il-proċess u li rrappreżenta l-persuna suspettata jew akkużata.</TXT></NP></CONSID>
<?PAGE NO="3"?><CONSID><NP><NO.P>(44)</NO.P><TXT>Il-prinċipju tal-effettività tal-liġi tal-Unjoni jirrikjedi li l-Istati Membri jistabbilixxu rimedji xierqa u effettivi fil-każ li jkun hemm ksur ta’ dritt mogħti lill-individwi bil-liġi tal-Unjoni. Rimedju effettiv disponibbli fil-każ ta’ ksur ta’ kwalunkwe wieħed mid-drittijiet stabbiliti f’din id-Direttiva għandu, sa fejn hu possibbli, ikollu l-effett li jpoġġi lill-persuni suspettati jew akkużati fl-istess pożizzjoni li kienu jsibu ruħhom fiha li kieku ma kienx seħħ il-ksur, bil-ħsieb li jkunu protetti d-dritt ta’ proċess ġust u d-drittijiet tad-difiża.</TXT></NP></CONSID>
<CONSID><NP><NO.P>(47)</NO.P><TXT>Din id-Direttiva ssostni d-drittijiet u l-prinċipji fundamentali li jinsabu fil-Karta u fil-KEDB, inklużi l-projbizzjoni tat-tortura u ta’ trattament inuman jew degradanti, id-dritt għal-libertà u għas-sigurtà, ir-rispett għall-ħajja privata u tal-familja, id-dritt għall-integrità tal-persuna, id-drittijiet tat-tfal, l-integrazzjoni tal-persuni b’diżabbiltà, id-dritt għal rimedju effettiv u d-dritt għal proċess ġust, il-preżunzjoni tal-innoċenza u d-drittijiet tad-difiża. Għandu jiġu kkunsidrat, b’mod partikolari, l-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), li jgħid li l-Unjoni tirrikonoxxi d-drittijiet, il-libertajiet u l-prinċipji stabbiliti fil-Karta, u li jgħid li d-drittijiet fundamentali, kif iggarantiti mill-KEDB u kif jirriżultaw mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni għall-Istati Membri, għandhom jikkostitwixxu prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Unjoni.<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Suġġett<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, jistipula:</TXT>
<QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA>
<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli minimi komuni dwar:
<LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza fi proċedimenti kriminali;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>id-dritt li wieħed ikun preżenti fil-proċess fi proċedimenti kriminali.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S>
</NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Id-dritt li persuna tkun preżenti waqt il-proċess<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, jipprevedi fil-paragrafi 1 u 2 tiegħu:</TXT>
<QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="008.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni suspettati jew akkużati jkollhom id-dritt li jkunu preżenti fil-proċess tagħhom.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="008.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li proċess li jista’ jirriżulta f’deċiżjoni dwar il-ħtija jew l-innoċenza ta’ persuna suspettata jew akkużata jista’ jsir fl-assenza tiegħu jew tagħha, sakemm:
<LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-persuna suspettata jew akkużata tkun ġiet infurmata fi żmien debitu dwar il-proċess u dwar il-konsegwenzi ta’ nuqqas ta’ dehra; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>il-persuna suspettata jew akkużata, li tkun ġiet infurmata bil-proċess, hija rrappreżentata minn avukat, li ġie magħżul mill-persuna suspettata jew akkużata jew maħtur mill-Istat.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S>
<HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Bulgaru</HT></HT>
<QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA>
<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Il-persuna akkużata tgawdi d-drittijiet li ġejin:
li tipparteċipa fil-proċeduri kriminali […]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>
</ALINEA></QUOT.S>
</NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 94(1) tan-NPK jipprevedi:</TXT>
<QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA>
<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Il-parteċipazzjoni ta’ difensur fil-proċeduri kriminali hija obbligatorja meta:
<LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>il-kawża tiġi eżaminata fl-assenza tal-persuna akkużata;</TXT></NP></ITEM></LIST>
</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S>
</NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 247b(1) tan-NPK jipprovdi:</TXT>
<QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Fuq talba tal-Imħallef Relatur, kopja tal-att tal-akkuża għandha tiġi nnotifikata lill-imputat. Permezz tan-notifika tal-att tal-akkuża, l-imputat jiġi informat biż-żamma tas-smigħ preliminari u tal-kwistjonijiet imsemmija fl-Artikolu 248(1), tad-dritt tiegħu li jidher ma’ difensur u dwar il-possibbiltà li huwa għandu li jaħtar difensur fil-każijiet previsti fl-Artikolu 94(1), kif ukoll bil-fatt li l-kawża tista’ tiġi eżaminata u deċiża fl-assenza tiegħu, sa fejn il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 269 jiġu ssodisfatti.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S>
</NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 269 tan-NPK huwa fformulat kif ġej:</TXT>
<QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="269.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>1)</NO.PARAG><ALINEA>Fil-kawżi fejn l-imputat ikun ġie indagat minħabba reat kriminali serju, il-preżenza tiegħu waqt is-seduta hija obbligatorja.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="269.002"><NO.PARAG>2)</NO.PARAG><ALINEA>Il-qorti tista’ tordna li l-imputat jidher ukoll fil-każijiet fejn il-preżenza tiegħu ma hijiex meħtieġa meta din id-dehra tkun neċessarja sabiex tiġi stabbilita l-verità oġġettiva.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="269.003"><NO.PARAG>3)</NO.PARAG><ALINEA>
Sa fejn dan ma jostakolax l-istabbiliment tal-verità oġġettiva, il-kawża tista’ tiġi deċiża fl-assenza tal-imputat, jekk:
<LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>huwa jkun ġie regolarment imħarrek sabiex jidher, ma jkunx ikkomunika raġunijiet validi li jiġġustifikaw in-nuqqas ta’ dehra tiegħu u l-proċedura msemmija fl-Artikolu 247b(1) tkun ġiet osservata;</TXT></NP></ITEM></LIST>
[…]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>
</ALINEA></PARAG></QUOT.S>
</NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 423 tan-NPK jipprovdi:</TXT>
<QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="423.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>1)</NO.PARAG><ALINEA>F’terminu ta’ sitt xhur minn meta tieħu konjizzjoni tal-kundanna kriminali definittiva jew bit-trażmissjoni effettiva tagħha lir-Repubblika tal-Bulgarija minn pajjiż ieħor, il-persuna kkundannata fil-kontumaċja tista’ titlob il-ftuħ mill-ġdid tal-proċess kriminali billi tinvoka l-assenza tagħha matul il-proċeduri kriminali. It-talba tintlaqa’, ħlief, minn naħa, fil-każijiet fejn il-persuna kkundannata tkun ħarbet wara l-komunikazzjoni tal-kapijiet ta’ akkuża, fil-kuntest tal-proċedura preliminari, bl-effett li l-proċedura skont l-Artikolu 247b(1) ma tkunx tista’ tiġi eżegwita jew, min-naħa l-oħra, wara li din il-proċedura tkun ġiet eżegwita, il-persuna kkundannata ma tkunx dehret waqt is-seduta mingħajr raġuni valida.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="423.002"><NO.PARAG>2)</NO.PARAG><ALINEA>It-talba ma tissospendix l-eżekuzzjoni tal-kundanna kriminali, ħlief jekk il-qorti tipprovdi mod ieħor.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="423.003"><NO.PARAG>3)</NO.PARAG><ALINEA>Il-proċedura ta’ ftuħ mill-ġdid tal-proċess kriminali tintemm jekk il-persuna kkundannata fil-kontumaċja ma tippreżentax ruħha fis-seduta mingħajr raġuni valida.</ALINEA><?PAGE NO="5"?><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S>
<HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT>
<LIST TYPE="NDASH"><ITEM>
il-preżenza obbligatorja tal-avukat tal-persuna kkonċernata u d-difiża effettiva ta’ din tal-aħħar minnu;
</ITEM><ITEM>
li tintbagħat kopja tal-proċess verbal tas-seduta lill-persuna kkonċernata, b’tali mod li din tal-aħħar tkun tista’ tieħu konjizzjoni tal-miżuri istruttorji meħuda u tal-provi prodotti fl-assenza tagħha;
</ITEM><ITEM>
il-possibbiltà, għall-persuna kkonċernata, li tesprimi x-xewqa li ssir produzzjoni ġdida ta’ dawn il-provi fil-preżenza tagħha;
</ITEM><ITEM>
id-dritt, għall-persuna kkonċernata li ma dehritx minħabba raġuni indipendenti mir-rieda tagħha, li jiġu rrepetuti, fil-preżenza tagħha, l-atti mwettqa;
</ITEM><ITEM>
id-dritt, għall-persuna kkonċernata li ma dehritx minħabba raġuni imputabbli lilha, li jiġu rrepetuti, fuq talba tagħha, l-atti mwettqa meta l-parteċipazzjoni personali tagħha fl-att konkret ta’ prodozzjoni tal-provi hija neċessarja għall-protezzjoni tal-interessi tagħha.
</ITEM></LIST>
</NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Matul it-tnax-il seduta organizzati wara l-atti tad-19 u tas-<DATE ISO="20170426">26 ta’ April 2017</DATE>, uħud mill-persuni akkużati ma dehrux, għal raġunijiet differenti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Għalhekk, TX ma deherx fis-seduta li nżammet fis-<DATE ISO="20180516">16 ta’ Mejju 2018</DATE> għal raġuni indipendenti mir-rieda tiegħu, jiġifieri minħabba mard. Fir-rigward ta’ UW, huwa ma xtaqx jidher f’din is-seduta. It-tnejn li huma ġew difiżi mill-avukati li huma kienu ħatru. Kopji tal-proċess verbal relatat mal-imsemmija seduta ġew trażmessi lil TX u lil UW, sabiex ikunu jistgħu jieħdu konjizzjoni dwar il-produzzjoni tal-provi li seħħet fl-assenza tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>TX u UW dehru fis-seduta segwenti, li nżammet fit-<DATE ISO="20180530">30 ta’ Mejju 2018</DATE>. Wara li kkonsultaw l-avukati tagħhom, huma ddikjaraw li kienu ħadu konjizzjoni tal-proċess verbal tas-seduta tas-<DATE ISO="20180516">16 ta’ Mejju 2018</DATE> kif ukoll tal-elementi li kienu s-suġġett tal-produzzjoni tal-provi mwettqa fl-assenza tagħhom u li huma ma xtaqux jipparteċipaw fi produzzjoni tal-provi ġdida. L-atti mwettqa fl-assenza tagħhom ma ġewx repetuti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>TX ma deherx fis-seduta li nżammet fl-<DATE ISO="20181001">1 ta’ Ottubru 2018</DATE>, għal darba oħra minħabba mard. Huwa kien ġie rrappreżentat f’din is-seduta minn avukat. Fl-assenza ta’ TX, il-qorti tar-rinviju pproċediet bil-produzzjoni ta’ ċerti provi u b’mod partikolari semgħet lix-xhud prinċipali tal-prosekuzzjoni ċċitat mill-Uffiċċju tal-Prosekutur. Kopja tal-proċess verbal ta’ din is-seduta ġiet ikkomunikata lil TX, sabiex ikun jista’ jieħu konjizzjoni tal-produzzjoni tal-provi li seħħet fl-assenza tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>TX deher fis-seduta segwenti, li nżammet fis-<DATE ISO="20181017">17 ta’ Ottubru 2018</DATE>. Wara konsultazzjoni mal-avukat tiegħu, huwa ddikjara li kien ħa konjizzjoni tal-proċess verbal tas-seduta tal-<DATE ISO="20181001">1 ta’ Ottubru 2018</DATE>, bl-elementi li kienu s-suġġett ta’ produzzjoni tal-provi fl-assenza tiegħu u li huwa xtaq jieħu sehem personalment fis-smigħ tax-xhud prinċipali tal-prosekuzzjoni. Il-qorti tar-rinviju laqgħet din it-talba u wettqet smigħ supplimentari ta’ dan ix-xhud. TX kellu l-possibbiltà li jipparteċipa bis-sħiħ f’din is-seduta u li jagħmel id-domandi kollha li xtaq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ UW, il-qorti tar-rinviju tirrileva li, fid-dawl tal-implementazzjoni tal-proċedura fil-kontumaċja wara l-ftehim mogħti b’għarfien sħiħ tal-fatti mill-persuna akkużata, il-leġiżlazzjoni nazzjonali tipprovdi l-informazzjoni ta’ din il-persuna fir-rigward taż-żamma tal-proċess kriminali, il-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ dehra tagħha kif ukoll il-parteċipazzjoni obbligatorja ta’ avukat, garanziji msemmija fl-Artikolu 8(2)(a) u (b) tad-Direttiva 2016/343.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>L-imsemmija qorti tenfasizza li hija għandha dubji dwar il-konformità mad-dritt tal-Unjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, b’mod partikolari fir-rigward tal-premessa 35 tad-Direttiva 2016/343, u li dawn id-dubji jirrigwardaw il-kundizzjonijiet li fihom ir-rinunzja milli wieħed ikun preżenti fil-proċess tista’ sseħħ b’mod validu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ TX, li ma deherx f’ċerti seduti għal raġunijiet indipendenti mir-rieda tiegħu, jiġifieri minħabba mard, il-qorti tar-rinviju tikkunsidra li, fid-dawl tal-premessa 34 tad-Direttiva 2016/343, jista’ jiġi kkonstatat ksur tad-dritt tiegħu li jkun preżenti fil-proċess kriminali, sa fejn l-assenza tiegħu kienet skużata. Hija tistaqsi jekk tali ksur seħħx effettivament, fid-dawl tal-atti li seħħew wara dawn is-seduti fuq talba ta’ TX.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, fir-rigward tas-seduta li nżammet fis-<DATE ISO="20180516">16 ta’ Mejju 2018</DATE>, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk id-dikjarazzjoni ta’ TX li tikkonsisti f’li ma jitlobx ir-repetizzjoni tal-atti mwettqa tikkostitwixxix rinunzja valida għad-dritt li wieħed ikun preżenti għall-proċess tiegħu u jekk il-possibbiltà li jirrinunzja għall-proċess tiegħu, prevista fil-premessa 35 tad-Direttiva 2016/343, tapplikax ukoll fir-rigward tal-atti proċedurali diġà mwettqa. Fir-rigward tas-seduta li nżammet fl-<DATE ISO="20181001">1 ta’ Ottubru 2018</DATE>, il-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf jekk is-seduta addizzjonali, fil-preżenza ta’ TX, tax-xhud tal-prosekuzzjoni ċċitat mill-Uffiċċju tal-Prosekutur tikkostitwixxix att suffiċjenti fir-rigward tal-premessa 44 tad-Direttiva 2016/343.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tippreċiża li l-avukati ta’ TX u ta’ UW kienu preżenti għas-seduti kollha li nżammew fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-iSpetsializiran nakazatelen sad (il-Qorti Kriminali Speċjalizzata) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1">
<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Ikun hemm ksur tad-dritt tal-persuna akkużata li tkun preżenti waqt il-proċess fis-sens tal-Artikolu 8(1) u (2) tad-Direttiva 2016/343, moqri fid-dawl tal-premessi 35 u 44 tagħha, jekk waħda mis-seduti fil-proċedurali kriminali fil-kawża prinċipali tinżamm fl-assenza tal-persuna akkużata meta din tal-aħħar kienet innotifikata debitament bis-seduta, kienet informata debitament dwar il-konsegwenzi tal-assenza tagħha u kienet difiża minn avukat tal-għażla tagħha, f’sitwazzjoni fejn:
<LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>ma tkunx dehret għas-seduta minħabba raġuni li tiddependi minnha (b’mod partikolari, għaliex iddeċidiet li ma tkunx preżenti għal din is-seduta partikolari);</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>ma tkunx dehret għas-seduta minħabba raġuni li ma tiddependix minnha (b’mod partikolari, minħabba li kienet marida), jekk sussegwentement tkun ġiet informata dwar l-azzjonijiet meħuda fl-assenza tagħha u tkun ħadet id-deċiżjoni informata li permezz tagħha:</TXT>
<LIST TYPE="NDASH"><ITEM>
iddikjarat li ma kinitx qiegħda tikkontesta l-legalità tagħhom fuq il-bażi tal-assenza tagħha u li ma tixtieqx li jerġgħu jitwettqu fil-preżenza tagħha;
</ITEM><ITEM>
iddikjarat li tixtieq tipparteċipa fl-imsemmija azzjonijiet u l-qorti organizzat eżami addizzjonali tal-persuni indikati mill-persuna akkużata filwaqt li tatha kull opportunità tipparteċipa?<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>
</ITEM></LIST>
</NP></ITEM></LIST>
<HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT>
<LIST TYPE="NDASH"><ITEM>
hija ddeċidiet b’mod inekwivoku li ma tidhirx f’waħda mis-seduti miżmuma fil-kuntest tal-proċess tagħha jew
</ITEM><ITEM>
hija ma dehritx għal waħda minn dawn is-seduti għal raġuni lil hinn mill-kontroll tagħha jekk, wara din is-seduta, hija kienet ġiet informata bl-atti mwettqa fl-assenza tagħha u li, b’għarfien sħiħ tal-fatti, hija ħadet deċiżjoni li permezz tagħha hija ddikjarat jew li ma kinitx ser tinvoka l-assenza tagħha sabiex tikkontesta l-legalità ta’ dawn l-atti, jew li hija xtaqet tipparteċipa f’dawn l-atti, li jwassal lill-qorti nazzjonali adita sabiex tirrepeti l-imsemmija atti, b’mod partikolari billi tipproċedi għas-smigħ supplimentari ta’ xhud, li fih il-persuna akkużata kellha l-possibbiltà li tipparteċipa b’mod sħiħ.
</ITEM></LIST>
</NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>L-ewwel nett, hemm lok li jiġi rrilevat, hekk kif dan jirriżulta mill-Artikolu 1 u mill-premessa 9 tagħha, li l-għan tad-Direttiva 2016/343 huwa li tistabbilixxi regoli minimi komuni applikabbli għall-proċeduri kriminali dwar ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti għall-proċess tiegħu (sentenzi tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180919">19 ta’ Settembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Milev</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑310/18 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:732">EU:C:2018:732</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190905">5 ta’ Settembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>AH <HT TYPE="ITALIC">et</HT>. (Preżunzjoni tal-innoċenza)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑377/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:670">EU:C:2019:670</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Minbarra dan, għandu jitfakkar li din id-direttiva ma tistax tiġi interpretata, fir-rigward tan-natura minima tal-għan ta’ armonizzazzjoni li hija tfittex, bħala li hija strument komplet u eżawrjenti (ara, f’dan is-sens, id-digriet tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190212">12 ta’ Frar 2019</DATE>, <NAME.CASE>RH</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑8/19 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:110">EU:C:2019:110</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-Artikolu 8(1) tal-imsemmija direttiva jistabbilixxi li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni suspettati u l-persuni akkużati jkollhom id-dritt li jkunu preżenti waqt il-proċess tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Il-premessa 35 tal-istess direttiva tippreċiża li d-dritt tal-persuna suspettata jew tal-persuna akkużata li tkun preżenti waqt il-proċess tagħha ma huwiex ta’ natura assoluta u li, taħt ċerti kundizzjonijiet, il-persuna suspettata jew il-persuna akkużata għandha tkun tista’ tirrinunzja għalih espressament jew taċitament, iżda inekwivokabbilment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Għalhekk, l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2016/343 jipprovdi li l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li proċess li jista’ jagħti lok għal deċiżjoni dwar il-ħtija jew l-innoċenza tal-persuna suspettata jew tal-persuna akkużata jista’ jseħħ fl-assenza tagħha, sa fejn, skont il-punt (a) ta’ din id-dispożizzjoni, il-persuna suspettata jew il-persuna akkużata tkun ġiet informata, fi żmien xieraq, biż-żamma tal-proċess u bil-konsegwenzi ta’ nuqqas ta’ dehra fil-proċess tagħha jew li, skont il-punt (b) ta’ din id-dispożizzjoni, il-persuna suspettata jew il-persuna akkużata, li tkun ġiet informata biż-żamma tal-proċess, tkun irrappreżentata minn avukat b’mandat, li jkun inħatar jew mill-persuna susspettata jew mill-persuna akkużata, jew mill-Istat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-premessa 47 tad-Direttiva 2016/343 tistabbilixxi li din tirrispetta d-drittijiet fundamentali u l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta u mill-KEDB, inkluż id-dritt għal smigħ xieraq, il-preżunzjoni tal-innoċenza u d-drittijiet tad-difiża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Hekk kif jirriżulta mill-premessa 33 ta’ din id-direttiva, id-dritt tal-persuni suspettati jew tal-persuni akkużati li jkunu preżenti fil-proċess tagħhom huwa bbażat fuq id-dritt għal smigħ xieraq, li huwa stabbilit fl-Artikolu 6 tal-KEDB, li miegħu jikkorrispondu, kif jippreċiżaw l-Ispjegazzjonijiet dwar il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="303" PAGE.FIRST="17" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, C 303, p. 17</REF.DOC.OJ>), it-tieni u t-tielet paragrafu tal-Artikolu 47, kif ukoll l-Artikolu 48 tal-Karta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem jirriżulta li ż-żamma ta’ seduta pubblika tikkostitwixxi prinċipju fundamentali stabbilit fl-Artikolu 6 tal-KEDB. Dan il-prinċipju għandu importanza partikolari fil-qasam kriminali, fejn għandu jkun hemm ġeneralment qorti tal-ewwel istanza li tissodisfa b’mod sħiħ ir-rekwiżiti tal-Artikolu 6 tal-KEDB u fejn parti fil-kawża tista’ leġittimament teżiġi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>li tinstema’<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> kif ukoll li tibbenefika b’mod partikolari mill-possibbiltà li tesponi oralment l-eċċezzjonijiet tad-difiża tagħha, li tisma’ d-depożizzjonijiet tal-prosekuzzjoni, li teżmina u tagħmel kontroeżami tax-xhieda (Qorti EDB, <DATE ISO="20061123">23 ta’ Novembru 2006</DATE>, Jussila vs Il‑Finlandja, CE:ECHR:2006:1123JUD007305301, punt 40, u Qorti EDB, <DATE ISO="20080304">4 ta’ Marzu 2008</DATE>, Hüseyin Turan vs It-Turkija, CE:ECHR:2008:0304JUD001152902, punt 31).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Skont din il-ġurisprudenza, la l-kliem u lanqas l-ispirtu tal-Artikolu 6 tal-KEDB ma jipprekludu lil persuna milli tirrinunzja volontarjament għall-garanziji ta’ smigħ xieraq espressament jew taċitament. Madankollu, ir-rinunzja għad-dritt li tieħu parti fis-seduta għandha tiġi stabbilita b’mod inekwivoku u tinkludi minimu ta’ garanziji li jikkorrispondu mal-gravità tagħha. Barra minn hekk, hija ma għandha tmur kontra ebda interess pubbliku importanti (Qorti EDB, <DATE ISO="20060301">1 ta’ Marzu 2006</DATE>, Sejdovic vs L-Italja, CE:ECHR:2006:0301JUD005658100, punt 86, kif ukoll Qorti EDB, <DATE ISO="20180313">13 ta’ Marzu 2018</DATE>, Vilches Coronado <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Spanja, CE:ECHR:2018:0313JUD005551714, punt 36).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fil-kawża prinċipali, inbdew proċeduri kriminali kontra diversi persuni talli mexxew u/jew ipparteċipaw fi grupp organizzat kriminali. Fl-istadju inizjali tal-proċess tagħhom, il-persuni akkużati kienu ġew informati, abbażi tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, bil-kundizzjonijiet li fihom dan il-proċess, fil-każ ta’ nuqqas ta’ dehra mingħajr raġuni valida, jista’ jseħħ minkejja l-assenza tagħhom. Barra minn hekk, l-avukati tal-persuni akkużati kienu preżenti fis-seduti kollha li nżammu fil-kuntest tal-proċess tagħhom.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Id-domanda preliminari tirrigwarda, fl-ewwel lok, is-sitwazzjoni li fiha persuna akkużata tirrinunzja deliberatament milli tidher għal waħda mis-seduti miżmuma fil-kuntest tal-proċess tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-formulazzjoni stess tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2016/343, hemm lok li jiġi rrilevat li, f’kawża bħal dik fil-kawża prinċipali, kemm il-kundizzjonijiet previsti fil-punt (a) ta’ din id-dispożizzjoni kif ukoll dawk imsemmija fil-punt (b) tagħha ġew osservati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li r-rinunzja ta’ UW għad-dritt tiegħu li jieħu sehem fis-seduta kienet tinkludi minimu ta’ garanziji li jikkorrispondu mal-gravità tagħha u li din ir-rinunzja ma tidhirx li tmur kontra xi interess pubbliku importanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkonstatat li l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2016/343 ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li d-dritt ta’ persuna akkużata li tkun preżenti fil-proċess tagħha ma jinkisirx meta din tkun iddeċidiet, mingħajr ekwivoku, li ma tidhirx f’waħda mis-seduti miżmuma fil-kuntest tal-proċess tagħha, sakemm hija tkun ġiet informata biż-żamma ta’ din is-seduta u kienet ġiet irrappreżentata, waqt l-imsemmija seduta, minn avukat maħtur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Id-domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju tikkonċerna, fit-tieni lok, is-sitwazzjoni li fiha l-persuna akkużata ma setgħetx tidher f’seduti miżmuma fil-kuntest tal-proċess tagħha għal raġuni indipendenti mir-rieda tagħha, jiġifieri minħabba mard.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Skont il-premessa 34 tad-Direttiva 2016/343, jekk, għal raġunijiet lil hinn mill-kontroll tagħhom, il-persuni suspettati jew il-persuni akkużati ma jkunux f’pożizzjoni li jkunu preżenti fil-proċess tagħhom, huma għandhom ikollhom il-possibbiltà li dan iseħħ f’data oħra, fit-termini previsti fid-dritt nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja, minn naħa, dwar is-sitwazzjoni li fiha l-persuna akkużata, li ma setgħetx tidher, minħabba raġuni indipendenti mir-rieda tagħha, f’seduta li nżammet fil-kuntest tal-proċess tagħha u li ġiet informata bl-atti mwettqa fl-assenza tagħha waqt din is-seduta, iddikjarat li hija ma kinitx ser tinvoka l-imsemmija assenza sabiex tikkontesta l-legalità tal-atti mwettqa u li hija ma xtaqitx ir-repetizzjoni tagħhom fil-preżenza tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, għandu jiġi kkonstatat li tali pożizzjoni tista’ titqies bħala li tikkostitwixxi rinunzja mingħajr ekwivoku għad-dritt li wieħed ikun preżenti fis-seduta kkonċernata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-qorti tar-rinviju tirreferi għas-sitwazzjoni li fiha l-persuna akkużata ddikjarat li hija xtaqet ir-repetizzjoni fil-preżenza tagħha tal-atti mwettqa meta hija kienet assenti, u dan wassal sabiex jiġi organizzat is-smigħ supplimentari ta’ xhud, li fih il-persuna akkużata kellha l-possibbiltà li tipparteċipa b’mod sħiħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, persuna li kisbet ir-repetizzjoni, fil-preżenza tagħha, tal-atti mwettqa waqt is-seduti li hija ma setgħetx tidher fihom, ma tistax titqies li kienet assenti fil-proċess tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, id-domanda magħmula għandha tiġi risposta li l-Artikolu 8(1) u (2) tad-Direttiva 2016/343 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi, fis-sitwazzjoni fejn il-persuna akkużata tkun ġiet informata, fi żmien xieraq, biż-żamma tal-proċess tagħha bħala konsegwenzi ta’ nuqqas ta’ dehra f’dan il-proċess u fejn din il-persuna tkun ġiet irrappreżentata minn avukat b’mandat li hija tkun ħatret, li d-dritt tagħha li tkun preżenti fil-proċess tagħha ma jkunx miksur meta:</TXT>
<LIST TYPE="NDASH"><ITEM>
hija ddeċidiet b’mod inekwivoku li ma tidhirx f’waħda mis-seduti miżmuma fil-kuntest tal-proċess tagħha jew
</ITEM><?PAGE NO="10"?><ITEM>
hija ma dehritx għal waħda minn dawn is-seduti minħabba raġuni lil hinn mill-kontroll tagħha jekk, wara din is-seduta, hija ġiet informata bl-atti mwettqa fl-assenza tagħha u li, b’għarfien sħiħ tal-fatti, hija kienet ħadet deċiżjoni li permezz tagħha hija ddikjarat jew li ma kinitx ser tinvoka l-assenza tagħha sabiex tikkontesta l-legalità ta’ dawn l-atti, jew li hija xtaqet tipparteċipa f’dawn l-atti, li wassal lill-qorti nazzjonali adita sabiex tirrepeti l-imsemmija atti, b’mod partikolari billi żammet smigħ supplimentari ta’ xhud, li fih il-persuna akkużata kellha l-possibbiltà li tipparteċipa b’mod sħiħ.
</ITEM></LIST>
<HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT>
<HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 8(1) u (2) tad-Direttiva (UE) 2016/343 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-<DATE ISO="20160309">9 ta’ Marzu 2016</DATE> dwar it-tisħiħ ta’ ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess fil-proċedimenti kriminali, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi, fis-sitwazzjoni fejn il-persuna akkużata tkun ġiet informata, fi żmien xieraq, biż-żamma tal-proċess tagħha bħala konsegwenzi ta’ nuqqas ta’ dehra f’dan il-proċess u fejn din il-persuna tkun ġiet irrappreżentata minn avukat b’mandat li hija tkun ħatret, li d-dritt tagħha li tkun preżenti fil-proċess tagħha ma jkunx miksur meta:</HT>
<LIST TYPE="NDASH"><ITEM>
<HT TYPE="BOLD">hija ddeċidiet b’mod inekwivoku li ma tidhirx f’waħda mis-seduti miżmuma fil-kuntest tal-proċess tagħha jew</HT>
</ITEM><ITEM>
<HT TYPE="BOLD">hija ma dehritx għal waħda minn dawn is-seduti minħabba raġuni lil hinn mill-kontroll tagħha jekk, wara din is-seduta, hija ġiet informata bl-atti mwettqa fl-assenza tagħha u li, b’għarfien sħiħ tal-fatti, hija kienet ħadet deċiżjoni li permezz tagħha hija ddikjarat jew li ma kinitx ser tinvoka l-assenza tagħha sabiex tikkontesta l-legalità ta’ dawn l-atti, jew li hija xtaqet tipparteċipa f’dawn l-atti, li wassal lill-qorti nazzjonali adita sabiex tirrepeti l-imsemmija atti, b’mod partikolari billi żammet smigħ supplimentari ta’ xhud, li fih il-persuna akkużata kellha l-possibbiltà li tipparteċipa b’mod sħiħ.</HT>
</ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY>
Firem
</SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>