|
25.9.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 257/36 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 72/2008
tas-6 ta’ Ġunju 2008
li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 52/2008 tal-25 ta' April 2008 (1). |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 331/2008 tal-11 ta' April 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta' kumpaniji ta' l-ajru li huma suġġetti għall-projbizzjoni ta' operar fil-Komunità (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Dan l-inċiż li ġej għandu jkun miżjud mal-punt 66zab (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006) ta' l-Anness XIII tal-Ftehim:
|
“— |
32008 R 0331: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 331/2008 tal-11 ta’ April 2008 (ĠU L 102, 12.4.2008, p. 3).” |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (KE) Nru 331/2008 bl-Islandiż u n-Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-7 ta' Ġunju 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment ŻEE tiegħu.
Magħmula fi Brussell, 6 ta’ Ġunju 2008.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Alan SEATTER
(1) ĠU L 223, 21.8.2008, p. 50.
(2) ĠU L 102, 12.4.2008, p. 3.
(*1) M'huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.