|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2565 |
27.9.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/2565
tat-23 ta’ Settembru 2024
li taħtar membru u membru supplenti, proposti mir-Rumanija, fil-Kumitat tar-Reġjuni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Rumen,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta. |
|
(2) |
Fil-11 ta’ Frar 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2021/172 (2), li taħtar membru u membru supplenti, proposti mir-Rumanija, fil-Kumitat tar-Reġjuni. |
|
(3) |
Konsegwentement għar-riżenja tas-Sur Gheorghe DĂMIAN, sar vakanti s-siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni. |
|
(4) |
Konsegwentement għar-riżenja tas-Sa Cosmina-Ramona PANDELE, sar vakanti s-siġġu ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni. |
|
(5) |
Il-Gvern Rumen ippropona lis-Sa Cosmina-Ramona PANDELE, rappreżentanta ta’ korp lokali li għandha mandat elettorali ta’ awtorità lokali, primarul comunei Berceni, județul Prahova (Sindku tal-komun ta’ Berceni, kontea ta’ Prahova), bħala membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025. |
|
(6) |
Il-Gvern Rumen ippropona lis-Sur Gheorghe DĂMIAN, rappreżentant ta’ korp lokali li għandu mandat elettorali ta’ awtorità lokali, primarul comunei Ciugud, județul Alba (Sindku tal-komun ta’ Ciugud, kontea ta’ Alba), bħala membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi lokali li għandhom mandat elettorali huma b’dan maħtura fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025:
|
(a) |
bħala membru:
u |
|
(b) |
bħala membru supplenti:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Settembru 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
FELDMAN Z.
(1) ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13, ELI http://data.europa.eu/eli/dec/2019/852/oj.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/172 tal-11 ta’ Frar 2021 li taħtar membru u membru supplenti, propost mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 50, 15.2.2021, p. 7, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/dec/2021/172/oj? locale=mt).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2565/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)