Official Journal L 031 , 09/02/1996 P. 0016 - 0017
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 242/96 tas-7 ta' Frar 1996 li jirrigwarda l-klassifika ta' ċerti oġġetti fin-nomenklatura magħquda IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Ġunju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffi u statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3009/95 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu, Billi sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura magħquda annessa mar-Regolament imsemmi, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jirrigwardaw il-klassifika ta' l-oġġetti riferiti fl-Anness ma' dan ir-Regolament; Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali sabiex tiġi interpretata n-nomenklatura magħquda u dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija fl-intier tagħha jew f'parti minnha msejsa fuqha jew li żżid kull subdiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi Komunitarji, bil-ħsieb li jiġu applikati l-miżuri tat-tariffa u miżuri oħra li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ fl-oġġetti; Billi, skond ir-regoli ġenerali msemmija, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella mehmuża mar-Regolament preżenti jridu jiġu kklassifikati skond il-kodiċijiet NM approprjati indikati fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet iddikjarati fil-kolonna 3; Billi huwa aċċettat illi t-tagħrif li jorbot tat-tariffa maħruġ mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri dwar il-klassifika ta' l-oġġetti fin-nomenklatura magħquda u li mhux skond id-drittijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament, jistgħu jissoktaw jiġu invokati, taħt id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 [4], għal perjodu taż-żmien ta' tliet xhur mill-pussessur; Billi l-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tat-Taqsima tan-Nomenklatura tat-Tariffa u Statistika tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella mehmuża huma issa kklassifikati fin-nomenklatura magħquda taħt il-kodiċijiet NM approprjati indikati fil-kolonna 2 tat-tabella msemmija. L-Artikolu 2 It-tagħrif li jorbot tat-tariffa maħruġ mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri li mhux skond id-drittijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament jista' jissokta jiġi invokat taħt id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu taż-żmien ta' tliet xhur. L-Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-7 ta' Frar 1996. Għall-Kummissjoni Mario Monti Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1. [2] ĠU L 319, tat-30.12.1995, p. 1. [3] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1. [4] ĠU L 253, tal-11.10.1993, p. 1. -------------------------------------------------- L-ANNESS Id-deskrizzjoni ta' l-oġġetti | Il-Klassifika (kodiċi NM) | Ir-raġunijiet | (1) | (2) | (3) | Pistola ta' l-arja, tal-plastik b'mekkaniżmu minn ġewwa u l-parti ta' ġewwa tal-kanna magħmula mill-metal, kapaċi tispara balal tal-plastik | 93040000 | Il-klassifika hija stabbilita mid-dispożizzjonijiet tar-Regola Ġenerali 1 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u mill-mod tal-kliem tal-kodiċi NM 93040000 Il-klassifika tal-prodott fl-intestatura 9304 hija dovuta f'parti għall-fatt li tista' tikkawża ħsara lill-ġisem minħabba kemm twassal u s-saħħa ta' l-impatt. | --------------------------------------------------