|
19.5.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 176/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/797
tat-8 ta’ Marzu 2021
li jikkoreġi ċerti verżjonijiet lingwistiċi tal-Anness II u tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 53(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-verżjonijiet bil-lingwa Daniża, Franċiża, Ġermaniża, Taljana u Pollakka tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 fihom żball fis-sentenza introduttorja tat-tieni paragrafu tat-taqsima 2.12 tal-Parti 2 tal-Anness II fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-obbligu tat-tikkettar għat-taħlitiet solidi li fihom id-diossidu tat-titanju. |
|
(2) |
Il-verżjoni bil-lingwa Ċeka tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 fiha żbalji addizzjonali fit-taqsima 2.12 tal-Parti 2 tal-Anness II fir-rigward tal-obbligu tat-tikkettar għat-taħlitiet li fihom id-diossidu tat-titanju. |
|
(3) |
Il-verżjoni bil-lingwa Taljana tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 fiha żball fin-nota 10 tat-taqsima 1.1.3.2 tal-Parti 1 tal-Anness VI fir-rigward tal-klassifikazzjoni ta’ periklu tat-taħlitiet li fihom id-diossidu tat-titanju. |
|
(4) |
Għalhekk, il-verżjonijiet bil-lingwa Ċeka, Daniża, Franċiża, Ġermaniża, Taljana u Pollakka tal-Anness II u l-verżjoni bil-lingwa Taljana tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 jenħtieġ li jiġu korretti skont dan. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħrajn mhumiex affettwati, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
(ma japplikax għal-lingwa Maltija)
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Marzu 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN