|
(b)
|
taħt l-intestatura “Applikazzjoni tad-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva”, l-entrati 1, 3, 7, 8, 9, 10, 11, 12, 13, 15, 16, 17, 20, 25, 30, 31, 32, 33, 34, 35, 40, 42, 46 u 48, li jikkonċernaw total ta’ 24 persuna, li ġejjin huma sostitwiti bl-entrati korrispondenti li ġejjin:
|
“1.
|
Zine El Abidine Ben Haj Hamda Ben Haj Hassen BEN ALI
L-investigazzjoni jew il-proċess dwar il-miżapproprijazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi kontra l-werrieta tiegħu għadhom għaddejjin.
L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva ġew rispettati fil-proċedimenti ġudizzjarji li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan jidher, b’mod partikolari, mill-fatt li qabel mewtu, inħatar avukat mill-Qorti biex jiddefendi l-interessi tas-Sur Zine El Abidine Ben Haj Hamda Ben Haj Hassen Ben Ali meta ġie pproċessat in absentia; fil-kawża 24310, tnejn mill-werrieta tas-Sur Zine El Abidine Ben Haj Hamda Ben Haj Hassen Ben Ali kienu rappreżentati minn avukat; fl-2025 il-Qorti ddeċidiet fl-ewwel istanza, fil-kawża 24310, favur il-werrieta tas-Sur Ben Ali.
|
|
3.
|
Moncef Ben Mohamed Ben Rhouma TRABELSI
L-investigazzjoni jew il-proċess dwar il-miżapproprijazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi kontra l-werrieta tiegħu għadhom għaddejjin.
L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva ġew rispettati fil-proċedimenti ġudizzjarji li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan jidher, b’mod partikolari, mill-fatt li qabel mewtu, fil-5 ta’ Marzu 2012, is-Sur Moncef Ben Mohamed Ben Rhouma Trabelsi nstema’ minn maġistrat istruttur fil-preżenza tal-avukat tiegħu; inħatar avukat biex jirrappreżenta lill-werrieta tas-Sur Moncef Ben Mohamed Ben Rhouma Trabelsi fl-azzjoni ċivili kontrihom fil-kawża 9058; fl-2025, il-Qorti ddeċidiet fl-ewwel istanza, fil-kawża 9058, favur il-werrieta tas-Sur Moncef Ben Mohamed Ben Rhouma Trabelsi.
|
|
7.
|
Halima Bent Zine El Abidine Ben Haj Hamda BEN ALI
Din il-persuna qed taħrab u m’għadhiex preżenti fit-Tuneżija. L-investigazzjoni jew il-proċess dwar il-miżapproprijazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi għadhom għaddejjin. L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva ġew rispettati fil-proċedimenti ġudizzjarji li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan jidher, b’mod partikolari, mill-fatt li s-Sa Halima Bent Zine El Abidine Ben Haj Hamda Ben Ali, irrappreżentata mill-avukat tagħha, appellat is-sentenza 1850 tal-25 ta’ Jannar 2021; il-Qorti, fl-2022 ċaħdet, fl-ewwel istanza fil-kawża 32265, azzjoni ċivili kontra s-Sa Halima Bent Zine El Abidine Ben Haj Hamda Ben Ali.
|
|
8.
|
Belhassen Ben Mohamed Ben Rhouma TRABELSI
Din il-persuna qed taħrab u m’għadhiex preżenti fit-Tuneżija. L-investigazzjoni jew il-proċess dwar il-miżapproprijazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi għadhom għaddejjin.
L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva ġew rispettati fil-proċedimenti ġudizzjarji li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan jidher, b’mod partikolari, b’impenn bil-miktub li sar mill-awtoritajiet Tuneżini lill-awtoritajiet Żvizzeri fis-7 ta’ April 2014, fil-kuntest tal-implimentazzjoni ta’ ittra rogatorja, li jirrispettaw id-drittijiet fundamentali tas-Sur Belhassen Ben Mohamed Ben Rhouma Trabelsi u d-drittijiet tad-difiża tiegħu; mill-fatt li, matul il-proċessi in absentia, is-Sur Belhassen Ben Mohamed Ben Rhouma Trabelsi kien rappreżentat minn avukat. Barra minn hekk, dan jidher mill-fatt li s-Sur Belhassen Ben Mohamed Ben Rhouma Trabelsi, permezz tal-avukat tiegħu, eżerċita d-drittijiet tad-difiża tiegħu billi appella s-sentenzi 869/32 tal-24 ta’ Novembru 2021 u s-sentenza 1134 tal-20 ta’ Mejju 2023.
|
|
9.
|
Mohamed Naceur Ben Mohamed Ben Rhouma TRABELSI
L-investigazzjoni jew il-proċess dwar il-miżapproprijazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi kontra l-werrieta tiegħu għadhom għaddejjin. L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva ġew rispettati fil-proċedimenti ġudizzjarji li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan jidher, b’mod partikolari, mill-fatt li qabel mewtu, is-Sur Mohamed Naceur Ben Mohamed Ben Rhouma Trabelsi nstema’ minn maġistrat istruttur fil-preżenza tal-avukat tiegħu fit-13 ta’ Marzu 2012 u s-16 ta’ Marzu 2012.
|
|
10.
|
Jalila Bent Mohamed Ben Rhouma TRABELSI
L-investigazzjoni jew il-proċess dwar il-miżapproprijazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi għadhom għaddejjin. L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva ġew rispettati fil-proċedimenti ġudizzjarji li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan jidher, b’mod partikolari, mill-fatt li fil-5 ta’ Jannar 2012, il-5 ta’ Lulju 2012 u s-27 ta’ Frar 2013 is-Sa Jalila Bent Mohamed Ben Rhouma Trabelsi nstemgħet minn maġistrat istruttur fil-preżenza tal-avukat tagħha; Is-Sa Jalila Bent Mohamed Ben Rhouma Trabelsi, permezz tal-avukat tagħha, eżerċitat id-drittijiet tad-difiża tagħha billi appellat sentenza tal-ewwel istanza fl-2025.
|
|
11.
|
Mohamed Imed Ben Mohamed Naceur Ben Mohamed TRABELSI
L-investigazzjoni jew il-proċess dwar il-miżapproprijazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi għadhom għaddejjin. L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva ġew rispettati fil-proċedimenti ġudizzjarji li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan jidher, b’mod partikolari, mill-fatt li fis-27 ta’ Ottubru 2016 is-Sur Mohamed Imed Ben Mohamed Naceur Ben Mohamed Trabelsi nstema’ minn maġistrat istruttur fil-preżenza tal-avukat tiegħu; fl-2025, is-Sur Mohamed Imed Ben Mohamed Naceur Ben Mohamed Trabelsi, permezz tal-avukat tiegħu, eżerċita d-drittijiet tad-difiża tiegħu billi appella sentenza tal-qorti tal-kassazzjoni (kawża nru 21775).
|
|
12.
|
Mohamed Adel Ben Mohamed Ben Rehouma TRABELSI
Din il-persuna qed taħrab u m’għadhiex preżenti fit-Tuneżija. L-investigazzjoni jew il-proċess dwar il-miżapproprijazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi kontra l-werrieta tiegħu għadhom għaddejjin. L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva ġew rispettati fil-proċedimenti ġudizzjarji li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan jidher, b’mod partikolari, mill-fatt li l-werrieta tas-Sur Mohamed Adel Ben Mohamed Ben Rehouma Trabelsi ħatru avukat biex jiddefendihom fl-azzjoni ċivili kontrihom (kawża nru 9099).
|
|
13.
|
Mohamed Mourad Ben Mohamed Ben Rehouma TRABELSI
L-investigazzjoni jew il-proċess dwar il-miżapproprijazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi għadhom għaddejjin. L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva ġew rispettati fil-proċedimenti ġudizzjarji li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan jidher, b’mod partikolari, mill-fatt li fit-23 ta’ Frar 2012, qabel mewtu, is-Sur Mohamed Mourad Ben Mohamed Ben Rehouma Trabelsi nstema’ minn maġistrat istruttur fil-preżenza tal-avukat tiegħu; il-werrieta tas-Sur Mohamed Mourad Ben Mohamed Ben Rehouma Trabelsi ħatru avukat biex jiddefendihom fl-azzjoni ċivili pendenti kontrihom (kawża nru 16277).
|
|
15.
|
Mohamed Montassar Ben Kbaier Ben Mohamed MAHERZI
L-investigazzjoni jew il-proċess dwar il-miżapproprijazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi għadhom għaddejjin. L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva ġew rispettati fil-proċedimenti ġudizzjarji li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan jidher, b’mod partikolari, mill-fatt li fl-20 ta’ Awwissu 2011 u t-2 ta’ Ottubru 2012 u l-31 ta’ Mejju 2013, is-Sur Mohamed Montassar Ben Kbaier Ben Mohamed Maherzi nstema’ minn maġistrat istruttur fil-preżenza tal-avukati tiegħu; fl-2025, is-Sur Mohamed Montassar Ben Kbaier Ben Mohamed Maherzi, permezz tal-avukat tiegħu, eżerċita d-drittijiet tad-difiża tiegħu billi appella sentenza tal-ewwel istanza (kawża nru 51174).
|
|
16.
|
Nefissa Bent Mohamed Ben Rhouma TRABELSI
L-investigazzjoni jew il-proċess dwar il-miżapproprijazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi għadhom għaddejjin. L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva ġew rispettati fil-proċedimenti ġudizzjarji li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan jidher, b’mod partikolari, mill-fatt li fl-24 ta’ Jannar 2012, is-Sa Nefissa Bent Mohamed Ben Rhouma Trabelsi nstemgħet minn maġistrat istruttur fil-preżenza tal-avukat tagħha; fl-2018, is-Sa Nefissa Bent Mohamed Ben Rhouma Trabelsi eżerċitat id-drittijiet tad-difiża tagħha billi appellat sentenza tal-ewwel istanza (kawża nru 35666).
|
|
17.
|
Habib Ben Kaddour Ben Mustapha BEN ZAKIR
L-investigazzjoni jew il-proċess dwar il-miżapproprijazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi għadhom għaddejjin. L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva ġew rispettati fil-proċedimenti ġudizzjarji li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan jidher, b’mod partikolari, mill-fatt li fl-24 ta’ Jannar 2012, is-Sur Habib Ben Kaddour Ben Mustapha Ben Zakir instema’ minn maġistrat istruttur fil-preżenza tal-avukat tiegħu; Is-Sur Habib Ben Kaddour Ben Mustapha Ben Zakir kien rappreżentat minn avukat fl-azzjoni kriminali pendenti kontrih u permezz tal-avukat tiegħu eżerċita d-drittijiet ta’ difiża tiegħu billi appella deċiżjonijiet tal-maġistrat istruttur.
|
|
20.
|
Mourad Ben Hédi Ben Ali MEHDOUI
L-investigazzjoni jew il-proċess dwar il-miżapproprijazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi għadhom għaddejjin. L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva ġew rispettati fil-proċedimenti ġudizzjarji li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan jidher, b’mod partikolari, mill-fatt li fit-13 ta’ Frar 2012 is-Sur Mourad Ben Hédi Ben Ali Mehdoui nstema’ minn maġistrat istruttur fil-preżenza tal-avukat tiegħu; fl-2019, is-Sur Mourad Ben Hédi Ben Ali Mehdoui eżerċita d-drittijiet tad-difiża tiegħu billi appella sentenza tal-ewwel istanza (kawża nru 41245).
|
|
25.
|
Mohamed Slim Ben Mohamed Hassen Ben Salah CHIBOUB
L-investigazzjoni jew il-proċess dwar il-miżapproprijazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi għadhom għaddejjin. L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva ġew rispettati fil-proċedimenti ġudizzjarji jew fil-proċess ta’ rkupru tal-assi li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan jidher b’mod partikolari mill-fatt li (i) fl-24 ta’ Novembru 2014, it-12 ta’ Jannar 2015, l-10 ta’ April 2015 u t-2 ta’ Diċembru 2015, is-Sur Mohamed Slim Ben Mohamed Hassen Ben Salah Chiboub instema’ fuq diversi kawżi minn maġistrat istruttur fil-preżenza tal-avukati tiegħu; (ii) l-investigazzjoni kontra s-Sur Mohamed Slim Ben Mohamed Hassen Ben Salah Chiboub fil-Kawża 27638/6 intemmet fit-30 ta’ Marzu 2018 minħabba nuqqas ta’ evidenza u d-deċiżjoni li tintemm l-investigazzjoni ġiet ikkonfermata aktar tard fl-appell; u (iii) is-Sur Mohamed Slim Ben Mohamed Hassen Ben Salah Chiboub kien assistit minn avukat matul il-proċedimenti ta’ arbitraġġ quddiem il-Kumitat tal-Arbitraġġ tal-Instance de la Vérité et de la Dignité (IVD). Fil-15 ta’ Frar 2021 u l-10 ta’ Marzu 2021, is-Sur Mohamed Slim Ben Mohamed Hassen Ben Salah Chiboub instema’ minn maġistrat istruttur fil-kawża 19592/1. Fil-31 ta’ Marzu 2021, l-imħallef inkwirenti ddeċieda li jaqtal-kawża tiegħu mill-kawża ġenerali 19592/1. Il-kawża 1137/2 għadha pendenti. Dan jidher ukoll mill-fatt li fl-2025 is-Sur Mohamed Slim Ben Mohamed Hassen Ben Salah Chiboub ressaq appell kontra s-sentenza 36166.
|
|
30.
|
Slim Ben Mohamed Salah Ben Ahmed ZARROUK
L-investigazzjoni jew il-proċess dwar il-miżapproprijazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi għadhom għaddejjin. Wara r-rikors tas-Sur Zarrouk, il-Kumitat tal-Arbitraġġ tal-Instance de la Vérité et de la Dignité (IVD) ta d-deċiżjoni ta’ arbitraġġ li ġiet ikkonfermata mill-Conseil de l’IVD fl-24 ta’ Diċembru 2018. Din id-deċiżjoni ġiet ikkontestata quddiem il-Qorti tal-Kassazzjoni. Il-kawża għadha pendenti. Sentenza tal-Qorti tal-Appell ta’ Tuneż bid-data tal-15 ta’ April 2021 fil-kawża 29443 ikkundannatu għal miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi.
L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva ġew rispettati fil-proċedimenti ġudizzjarji jew fil-proċess ta’ rkupru tal-assi li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan jidher, b’mod partikolari, mill-fatt li fis-16 ta’ Jannar 2012, l-1 ta’ Frar 2012 u t-22 ta’ Ġunju 2017, is-Sur Slim Ben Mohamed Salah Ben Ahmed Zarrouk instema’ minn maġistrat istruttur fil-preżenza tal-avukat tiegħu; fl-2023, is-Sur Slim Ben Mohamed Salah Ben Ahmed Zarrouk kien rappreżentat minn avukat fil-kawża 37344.
|
|
31.
|
Farid Ben Haj Hamda Ben Haj Hassen BEN ALI
L-investigazzjoni jew il-proċess dwar il-miżapproprijazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi għadhom għaddejjin. Sentenza tal-Qorti tal-Appell ta’ Tuneż bid-data tal-1 ta’ Novembru 2018 fil-kawża 27658 ikkundannatu għal miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi.
L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva ġew rispettati fil-proċedimenti ġudizzjarji li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan jidher, b’mod partikolari, mill-fatt li fit-3 ta’ Ottubru 2011, is-Sur Farid Ben Haj Hamda Ben Haj Hassen Ben Ali nstema’ minn maġistrat istruttur fil-preżenza tal-avukat tiegħu; fl-2019, is-Sur Farid Ben Haj Hamda Ben Haj Hassen Ben Ali permezz tal-avukat tiegħu, eżerċita d-drittijiet tad-difiża tiegħu billi appella s-sentenza ta’ kundanna datata l-1 ta’ Novembru 2018 fil-kawża 27658 u sussegwentement kien rappreżentat minn avukat fil-kawża 82970.
|
|
32.
|
Faouzi Ben Haj Hamda Ben Haj Hassen BEN ALI
L-investigazzjoni jew il-proċess dwar il-miżapproprijazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi kontra l-werrieta tiegħu għadhom għaddejjin. Il-Kunsill ma sab l-ebda indikazzjoni li d-drittijiet tad-difiża jew id-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Faouzi Ben Haj Hamda Ben Haj Hassen Ben Ali ma kinux rispettati.
|
|
33.
|
Hayet Bent Haj Hamda Ben Haj Hassen BEN ALI
L-investigazzjoni jew il-proċess dwar il-miżapproprijazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi għadhom għaddejjin. L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva ġew rispettati fil-proċedimenti ġudizzjarji li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan jidher b’mod partikolari mill-fatt li fid-19 ta’ Ottubru 2011, is-Sa Hayet Bent Haj Hamda Ben Haj Hassen Ben Ali nstemgħet minn maġistrat istruttur fil-preżenza tal-avukat tagħha. Sentenza bid-data tal-14 ta’ Marzu 2019 fil-kawża 40800 ikkundannatha għal miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi. Din il-persuna qed taħrab u m’għadhiex preżenti fit-Tuneżija, għalhekk is-sentenza kontriha ngħatat in absentia.
|
|
34.
|
Najet Bent Haj Hamda Ben Haj Hassen BEN ALI
L-investigazzjoni jew il-proċess dwar il-miżapproprijazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi għadhom għaddejjin. Sentenza bid-data tas-7 ta’ Jannar 2016 fil-kawża 28264 ikkundannatha għal miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi. L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva ġew rispettati fil-proċedimenti ġudizzjarji li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan jidher, b’mod partikolari, mill-fatt li fil-21 ta’ Novembru 2011 is-Sa Najet Bent Haj Hamda Ben Haj Hassen Ben Ali nstemgħet minn maġistrat istruttur fil-preżenza tal-avukat tagħha.
|
|
35.
|
Slaheddine Ben Haj Hamda Ben Haj Hassen BEN ALI
L-investigazzjoni jew il-proċess dwar il-miżapproprijazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi kontra l-werrieta tiegħu għadhom għaddejjin. L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva ġew rispettati fil-proċedimenti ġudizzjarji li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan jidher, b’mod partikolari, mill-fatt li fit-13 ta’ Jannar 2012, is-Sur Slaheddine Ben Haj Hamda Ben Haj Hassen Ben Ali nstema’ minn maġistrat istruttur fil-preżenza tal-avukat tiegħu.
|
|
40.
|
Douraied Ben Hamed Ben Taher BOUAOUINA
L-investigazzjoni jew il-proċess dwar il-miżapproprijazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi għadhom għaddejjin. Sentenza tal-Qorti tal-Appell ta’ Tuneż datata 25 ta’ Ottubru 2018 fil-kawża 25421 ikkundannatu għal miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi.
L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva ġew rispettati fil-proċedimenti ġudizzjarji li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan jidher, b’mod partikolari, mill-fatt li fil-21 ta’ April 2012 is-Sur Douraied Ben Hamed Ben Taher Bouaouina nstema’ minn maġistrat istruttur fil-preżenza tal-avukat tiegħu; fl-2018, is-Sur Bouaouina kien rappreżentat minn avukat fil-kawża 25421.
|
|
42.
|
Ghazoua Bent Hamed Ben Taher BOUAOUINA
L-investigazzjoni jew il-proċess dwar il-miżapproprijazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi għadhom għaddejjin. Sentenza datata 21 ta’ Novembru 2022 fil-kawża 46396 ikkundannatha għal miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi.
L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva ġew rispettati fil-proċedimenti ġudizzjarji li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan jidher, b’mod partikolari, mill-fatt li, fl-2011, is-Sa Ghazoua Bent Hamed Ben Taher Bouaouina nstemgħet minn maġistrat istruttur fil-preżenza tal-avukat tagħha.
|
|
46.
|
Mehdi Ben Tijani Ben Haj Hamda Ben Haj Hassen BEN ALI
L-investigazzjoni jew il-proċess dwar il-miżapproprijazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi kontra l-werrieta tiegħu għadhom għaddejjin. Qabel mewtu, sentenza tal-Qorti tal-ewwel istanza ta’ Tuneż datata 21 ta’ Marzu 2019 fil-kawża 41328/19 ikkundannatu għal miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi.
Il-Kunsill ma sab l-ebda indikazzjoni li d-drittijiet tad-difiża jew id-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Mehdi Ben Tijani Ben Haj Hamda Ben Haj Hassen Ben Ali ma kinux rispettati.
|
|
48.
|
Sofiene Ben Habib Ben Haj Hamda BEN ALI
L-investigazzjoni jew il-proċess dwar il-miżapproprijazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi kontra l-werrieta tiegħu għadhom għaddejjin. L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva ġew rispettati fil-proċedimenti ġudizzjarji li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan jidher, b’mod partikolari, mill-fatt li fit-22 ta’ Marzu 2012, is-Sur Sofiene Ben Habib Ben Haj Hamda Ben Ali nstema’ minn maġistrat istruttur fil-preżenza tal-avukati tiegħu. Dan jidher ukoll mill-fatt li l-werrieta tas-Sur Sofiene Ben Habib Ben Haj Hamda Ben Ali kienu rappreżentati minn avukat fil-kawża 8803.”
|
|