<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-693/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CC0693</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:323">EU:C:2020:323</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>25</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>25</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Sharpston – Kawża C‑693/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">CLCV <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (Apparat ta’ manipulazzjoni fuq magni diesel)</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Sharpston</HT></P><P>ippreżentati fit‑<DATE ISO="20200430">30 ta’ April 2020</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑693/18</HT></P><P>Procureur de la République</P><P>vs</P><P>Kumpannija X,</P><P>fil-preżenza ta’:</P><P>CLCV <HT TYPE="ITALIC">et,</HT></P><P>A <HT TYPE="ITALIC">et</HT>,</P><P>B,</P><P>AGLP <HT TYPE="ITALIC">et</HT>,</P><P>C <HT TYPE="ITALIC">et</HT></P><P><HT TYPE="NORMAL">(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-vice-président chargé de l’instruction du tribunal de grande instance de Paris (il-Viċi President Responsabbli għall-Istruttorja tal-Qorti Reġjonali ta’ Pariġi (Franza))</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 715/2007</KEYWORD><KEYWORD>Vetturi bil-mutur</KEYWORD><KEYWORD>Emissjonijiet ta’ inkwinanti</KEYWORD><KEYWORD>Apparat ta’ manipulazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Programm li jaġixxi fuq il-kalkolatur li jikkontrolla l-magna</KEYWORD><KEYWORD>Teknoloġiji u strateġiji li jippermettu li tiġi limitata l-produzzjoni tal-emissjonijiet ta’ inkwinanti</KEYWORD><KEYWORD>Magni diesel</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa, f’din il-kawża, mill-vice-président chargé de l’instruction du tribunal de grande instance de Paris (il-Viċi President Responsabbli għall-Istruttorja tal-Qorti Reġjonali ta’ Pariġi, Franza) tikkonċerna l-interpretazzjoni tal-punt 10 tal-Artikolu 3 kif ukoll l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20070620">20 ta’ Ġunju 2007</DATE> dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward ta’ l-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="171" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, L 171, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-Qorti tal-Ġustizzja hija mistiedna tikkjarifika, għall-ewwel darba, is-sinjifikat ta’ diversi kunċetti stabbiliti permezz tal-imsemmi regolament, li jinkludu l-kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>apparat ta’ manipulazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/> u ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Domandi preliminari analogi kienu magħmula lill-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi C‑690/18, C‑691/18 u C‑692/18, li bħalissa huma pendenti fl-istennija tal-għoti tas-sentenza f’din il-kawża.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="2"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt internazzjonali</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 83 tal-Kummissjoni Ekonomika Ewropea tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) – Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ vetturi fir-rigward ta’ l-emissjoni ta’ sustanzi li jniġġsu skond ir-rekwiżiti tal-fjuwil tal-magna<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Dan ir-regolament ġie adottat bis-saħħa tal-Ftehim dwar l-adozzjoni ta’ kundizzjonijiet uniformi ta’ approvazzjoni u r-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjoni għal tagħmir u partijiet ta’ vetturi bil-mutur, konkluż f’Genève fl‑<DATE ISO="19580320">20 ta’ Marzu 1958</DATE> (ftehim li t-titolu tiegħu ġie sussegwentement emendat fi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Ftehim dwar l-adozzjoni ta’ preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għal vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jiġu użati fuq vetturi bir-roti u l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku ta’ l-approvazzjoni mogħtija fuq il-bażi ta’ dawn il-preskrizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>). L-imsemmi regolament huwa s-suġġett ta’ aġġornamenti regolari. Hawnhekk qiegħda nikkwota minn verżjoni ppubblikata fl‑2006 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="375" PAGE.FIRST="234" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 375, p. 234</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="070" PAGE.FIRST="171" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, L 70, p. 171</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Regolament Nru 83 (KEE-NU)<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>). Ninnota li, f’verżjoni ulterjuri (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="172" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 172, p. 1</REF.DOC.OJ>), il-punt 2.16 ta’ dan ir-regolament isemmi, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>sistema ta’ kontra t-tniġġis<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, minflok <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>sistema li tikkontrolla l-emissjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>.</P></NOTE> jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>L-Unjoni hija marbuta minn dan l-istrument: ara l-punt 5 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Il-punti 2.16 sa 2.16.3 ta’ dan ir-regolament jipprevedu:</TXT><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>[2.16.] <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Mekkaniżmu ta’ diżattivazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/> [<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>apparat ta’ manipulazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/>] tfisser kwalunkwe element tad-disinn li jissensja t-temperatura, il-veloċità tal-vettura, il-veloċità ta’ kemm tgħaqqad il-magna, il-ger tat-trażmissjoni, il-vakwu tal-manifold jew xi parametru ieħor bil-għan li jattiva, jirregola, jirritardja jew jiddiżattiva l-operazzjoni ta’ xi parti mis-sistema li tikkontrolla l-emissjonijiet, li tnaqqas l-effikaċità tas-sistema ta’ kontroll ta’ l-emissjonijiet taħt kundizzjonijiet li wieħed mistenni jiltaqa’ magħhom meta l-vettura qed taħdem u tintuża<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/> b’mod normali. Dak l-element tad-disinn jista’ ma jitqiesx mekkaniżmu ta’ diżattivazzjoni jekk:</P><P>2.16.1. il-bżonn għall-mekkaniżmu hu ġustifikat f’kemm jipproteġi l-magna mill-ħsarat jew l-inċidenti u biex il-vettura taħdem b’mod sikur, jew</P><P>2.16.2. il-mekkaniżmu ma jiffunzjonax aktar mir-rekwiżiti biex tistartja l-magna, jew</P><P>2.16.3. il-kundizzjonijiet huma sostanzjalment inklużi fil-proċeduri tat-test tat-Tip I jew tat-Tip VI.”</P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Deċiżjoni 97/836/KE</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 97/836/KE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Deċiżjoni tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="19971127">27 ta’ Novembru 1997</DATE> bil-għan tal-adeżjoni tal-Komunità Ewropea mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa li jikkonċerna l-adozzjoni tal-preskrizzjonijet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet liema jistgħu jkunu ffittjati u/jew ikunu użati ma’ vetturi bir-roti u l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta’ dawn il-preskrizzjonijiet (Ftehim Rivedut tal-1958) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 27, p. 52, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="188" PAGE.FIRST="19" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 188, p. 19</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Il-Komunità għandha tissieħeb fil-Ftehim ta’ l-Ewropa tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti li jikkonċerna l-addozzjoni tal-preskrizzjonijet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, taghmir u partijiet liema jistgħu jkunu iffittjati ma’ u/jew ikunu wżati ma’ vetturi bir-roti u l-kondizzjonijet għar-rikonoxximent reċiproku ta’ l-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta’ dawn il-preskrizzjonijet, minn hawn ‘il quddiem riferrut bħala l-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Ftehim Rivedut<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/>.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3(1) tagħha, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>[…] il-Komunità għandha tgħid li l-adeżjoni tagħha ħa tkun ristretta għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti UN/ECE mniżżlin fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>Isir riferiment għar-Regolament Nru 83 (KEE-NU) fl-Anness II ta’ din id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2007/46/KE</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikoli 34 u 35, kif ukoll skont l-Anness IV tad-Direttiva 2007/46/KE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20070905">5 ta’ Settembru 2007</DATE> li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="263" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, L 263, p. 1</REF.DOC.OJ>), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1060/2008 tas‑<DATE ISO="20081007">7 ta’ Ottubru 2008</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="292" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 292, p. 1</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Direttiva 2007/46<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>). Ara wkoll il-premessa 3 tar-Regolament Nru 1060/2008, li ssemmi b’mod espliċitu r-Regolament Nru 83 (KEE-NU).</P></NOTE>, ir-Regolament Nru 83 (KEE-NU) huwa inkluż fil-proċedura Komunitarja ta’ approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 715/2007</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Il-premessi 1, 5, 6 u 12 tar-Regolament Nru 715/2007 huma fformulati kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>(1)</NO.P><TXT>[…] Ir-rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward ta’ emissjonijiet għandhom għalhekk jiġu armonizzati biex jiġu evitati rekwiżiti li jvarjaw minn Stat Membru għal ieħor, u biex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni ambjentali.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(5)</NO.P><TXT>Hemm bżonn ta’ sforzi kontinwi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet mill-vetturi sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ l-UE rigward il-kwalità ta’ l-arja. […]</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(6)</NO.P><TXT>B’mod partikulari, hemm bżonn ta’ tnaqqis konsiderevoli ta’ l-emissjonijiet ta’ l-ossidju tan-nitroġenu biex tittejjeb il-kwalità ta’ l-arja u biex ikun hemm konformità mal-valuri ta’ limitu għat-tniġġis.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(12)</NO.P><TXT>Għandhom jitkomplew l-isforzi għall-implimentazzjoni ta’ limiti aktar stretti fuq l-emissjonijiet, li jinkludu tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ dijossidu tal-karbonju, u sabiex jiġi żgurat li dawk il-limiti jirrelataw mar-rendiment fil-fatt tal-vetturi meta dawn ikunu qed jintużaw.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>[…]</ALINEA><PARAG IDENTIFIER="003.004"><NO.PARAG>4)</NO.PARAG><ALINEA><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>inkwinanti gassużi<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="2019" ID="QE0017"/> jfissru emissjonijiet ta’ gass ta’ l-exhaust bħala monossidu tal-karbonju, ossidi tan-nitroġenu, espressi f’ekwivalenti ta’ dijossidu tan-nitroġenu (NO2), u idrokarburi;</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.006"><NO.PARAG>6)</NO.PARAG><ALINEA><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>emissjonijiet mit-<HT TYPE="ITALIC">tailpipe</HT><QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="2019" ID="QE0018"/> [emissjonijiet mill-pajp tal-egżost] ifissru emissjonijiet ta’ inkwinanti gassużi u f’partikuli;</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="4"?><PARAG IDENTIFIER="003.010"><NO.PARAG>10)</NO.PARAG><ALINEA><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>tagħmir ta’ riduzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="2019" ID="QE0019"/> [apparat ta’ manipulazzjoni] jfisser kull element tad-disinn li jħoss it-temperatura, il-veloċità tal-vettura, id-dawrien tal-magna (RPM), it-transmission gear, il-vakwu fil-manifold jew parametru ieħor bl-iskop li jattiva, jimmodula, jittardja jew iwaqqaf il-funzjonament ta’ xi parti mis-sistema ta’ kontroll ta’ l-emissjonijiet, li tnaqqas l-effettività tas-sistema ta’ kontroll ta’ l-emissjonijiet taħt kondizzjonijiet li wieħed raġonevolment jistenna li jiltaqa’ magħhom waqt it-tħaddim u l-użu normali ta’ vettura;</ALINEA></PARAG><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(1) u (2) jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-manifatturi għandhom juru li l-vetturi ġodda kollha mibjugħa, reġistrati jew mqiegħda fis-servizz fil-Komunità għandhom l-approvazzjoni tat-tip skond dan ir-Regolament u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu. Il-manifatturi għandhom juru wkoll li t-tagħmir ġdid, użat biex jibdel tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis, kollu li jeħtieġ approvazzjoni tat-tip li jinbiegħ jew li jitqiegħed fis-servizz fil-Komunità għandu l-approvazzjoni tat-tip skond dan ir-Regolament u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu.</ALINEA><ALINEA>Dawn l-obbligi jinkludu r-rispett tal-limiti ta’ emissjoni stabbiliti fl-Anness I u l-miżuri ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 5.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-proċeduri ta’ l-approvazzjoni tat-tip għall-verifika tal-konformità fil-produzzjoni, il-perjodu tas-servizz tat-tagħmir tal-kontroll tat-tniġġis u l-konformità waqt is-servizz jiġu rispettati.</ALINEA><ALINEA>Barra minn hekk, il-miżuri tekniċi meħuda mill-manifattur jridu jkunu tali li jiġi żgurat li l-emissjonijiet mit-<HT TYPE="ITALIC">tailpipe</HT> [mill-pajp tal-egżost] jew evaporattivi huma effettivament limitati, skond dan ir-Regolament, tul il-ħajja normali tal-vettura li tintuża f’kundizzjonijiet normali. […]<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 5(1) u (2):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="005.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-manifattur għandu jattrezza l-vetturi b’mod li l-komponenti li jistgħu jaffettwaw l-emissjonijiet jiġu ddisinjati, mibnija u assemblati bil-għan li jippermettu li l-vettura, fl-użu normali, tikkonforma ma’ dan ir-Regolament u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-użu ta’ tagħmir ta’ riduzzjoni [apparat ta’ manipulazzjoni] li jnaqqas l-effettività tas-sistemi tal-kontroll ta’ l-emissjonijiet għandu jiġi pprojbit. Il-projbizzjoni m’ għandiex tapplika fejn:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>il-bżonn tat-tagħmir huwa ġustifikat għal raġunijiet ta’ protezzjoni tal-magna mill-ħsara jew inċidenti u għat-tħaddim fis-sigurtà tal-vettura;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>it-tagħmir ma jaħdimx għajr għall-ħtiġijiet ta’ l-istartjar tal-magna; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>il-kondizzjonijiet huma sostanzjalment inklużi fil-proċeduri tal-verifika ta’ l-emissjonijiet evaporattivi u l-medja ta’ l-emissjonijiet mit-<HT TYPE="ITALIC">tailpipe</HT> [mill-pajp tal-egżost].<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 692/2008</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 692/2008<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Regolament tal-Kummissjoni tat‑<DATE ISO="20080718">18 ta’ Lulju 2008</DATE> li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20070620">20 ta’ Ġunju 2007</DATE> dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward ta’ l-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="199" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 199, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="336" PAGE.FIRST="68" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, L 336, p. 68</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> jipprevedi li dan ir-regolament <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>jistabbilixxi miżuri għall-implimentazzjoni ta’ l-Artikoli 4, 5 u 8 tar-[Regolament Nru 715/2007]<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Skont il-punt 18 tal-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament, <HT TYPE="ITALIC">fil-kuntest tas-sistema OBD</HT> (jiġifieri, sistema ta’ dijanjostika fil-vettura<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>OBD huwa l-akronimu tal-espressjoni Ingliża <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>on-board diagnostics<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>.</P></NOTE>), <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>sistema għall-kontroll ta’ l-emissjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> tfisser <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>il-kontrollur elettroniku tal-ġestjoni tal-magna u kwalunkwe komponent relatat ma’ l-emissjonijiet fis-sistema ta’ l-egżost jew fis-sistema evaporattiva li jipprovdi input għal jew jirċievi output minn dan il-kontrollur<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Franċiż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>L-Artikolu L.213‑1 tal-code de la consommation (il-Kodiċi tal-Konsumatur) jimponi sanzjoni kriminali meta <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>persuna, irrispettivament minn jekk tkunx parti jew le fil-kuntratt, li tkun qarrqet bil-kontraenti, bi kwalunkwe mezz jew aġir u anki permezz ta’ terz: 1° dwar in-natura, l-ispeċi, l-oriġini, il-kwalitajiet sostanzjali, il-kompożizzjoni jew il-kontenut li jkunu bħala prinċipju utli tal-merkanzija kollha; 2° dwar il-kwantità tal-oġġetti kkunsinnati jew dwar l-identità tagħhom permezz tal-kunsinna ta’ merkanzija differenti mill-oġġett speċifiku li kien is-suġġett tal-kuntratt; 3° dwar l-adegwatezza għall-użu, ir-riskji inerenti għall-użu tal-prodott, il-kontrolli mwettqa, il-modi ta’ użu jew il-prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Sat‑<DATE ISO="20140318">18 ta’ Marzu 2014</DATE>, ksur ta’ dan l-artikolu kien suġġett għal piena ta’ priġunerija ta’ mhux iktar minn sentejn u għal multa ta’ mhux iktar minn EUR <FT TYPE="NUMBER">35000</FT> jew għal waħda biss minn dawn iż-żewġ pieni. Mid‑<DATE ISO="20140319">19 ta’ Marzu 2014</DATE> sat‑<DATE ISO="20160630">30 ta’ Ġunju 2016</DATE>, ksur ta’ dan l-artikolu kien suġġett għal piena ta’ priġunerija ta’ mhux iktar minn sentejn u għal multa ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">300000</FT>. Barra minn hekk, l-imsemmi artikolu jipprevedi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>l-ammont tal-multa jista’ jiżdied, b’mod proporzjonali għall-vantaġġi meħuda mill-ksur, sa 10 % tad-dħul mill-bejgħ medju annwali, ikkalkulat fuq id-dħul mill-bejgħ annwali iġġenerat fl-aħħar tliet snin li jkun magħruf fid-data tal-fatti<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>L-Artikolu L.213‑2 tal-Kodiċi tal-Konsumatur jipprevedi li l-piena tista’ tkun iktar sostanzjali meta r-reati mwettqa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>kellhom bħala konsegwenza li jagħmlu l-użu tal-merkanzija perikoluż għas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Fil-verżjoni tiegħu applikabbli sat‑<DATE ISO="20140318">18 ta’ Marzu 2014</DATE>, l-Artikolu L.213‑2 tal-Kodiċi tal-Konsumatur kien jipprevedi l-possibbiltà li tiġi rdoppjata l-piena prevista fl-Artikolu L 213‑1. Mid‑<DATE ISO="20140319">19 ta’ Marzu 2014</DATE> sat‑<DATE ISO="20160630">30 ta’ Ġunju 2016</DATE>, il-pieni normalment previsti setgħu jiżdiedu għal seba’ snin ta’ priġunerija u għal multa ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">750000</FT> (inkluż fil-każ li jkun hemm tentattiv ta’ reat). Il-multa wkoll setgħet tiżdied, b’mod proporzjonali għall-vantaġġi meħuda mill-ksur, sa 10 % tad-dħul mill-bejgħ medju annwali, ikkalkolat fuq id-dħul mill-bejgħ annwali iġġenerat fl-aħħar tliet snin li jkun magħruf fid-data tal-fatti.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu L.213‑6 tal-Kodiċi tal-Konsumatur, il-persuni ġuridiċi li jiġu ddikjarati responsabbli kriminalment għal ksur iddefinit fl-Artikoli L.213‑1 u L.213‑2 ta’ dan l-istess kodiċi jattiraw ukoll il-pieni previsti fl-Artikolu L-131‑39(2) sa (9) tal-code pénal (il-Kodiċi Kriminali). Dawn il-pieni jistgħu jkunu, bħala eżempju, projbizzjoni li tkopri l-attività <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>li fl-eżerċizzju tagħha jew fl-okkażjoni tal-eżerċizzju tagħha twettaq il-ksur<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali, id-domandi preliminari u l-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Il-kumpannija X hija manifattur ta’ vetturi bil-mutur li tikkummerċjalizza vetturi bil-mutur fi Franza. Mid-deċiżjoni tar-rinviju joħroġ li din il-kumpannija qiegħdet fis-suq vetturi mgħammra b’softwer (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>softwer kontenzjuż<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>) li jista’ jiffalsifika r-riżultati tat-testijiet ta’ approvazzjoni marbuta mal-emissjonijiet ta’ gassijiet inkwinanti, bħalma huma l-ossidi tan-nitroġenu (iktar ’il quddiem in-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>NOx<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-fażi tal-approvazzjoni dwar l-emissjonijiet ta’ gassijiet inkwinanti, il-vetturi jiġu ttestjati skont protokoll li l-parametri tiegħu huma ddefiniti b’mod preċiż permezz ta’ regolamenti. Dawn jikkonċernaw b’mod partikolari l-profil ta’ veloċità segwit, it-temperatura u l-preparazzjoni tal-vettura minn qabel. Il-profil ta’ veloċità użat għall-finijiet tat-test ta’ approvazzjoni (in-New European Driving Cycle, bl-akronimu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>NEDC<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>) jikkonsisti fir-repetizzjoni ta’ erba’ ċikli urbani, kif ukoll ta’ ċiklu mhux urban, f’laboratorju (u mhux f’kundizzjonijiet reali). Dan it-test ta’ approvazzjoni huwa intiż b’mod partikolari li jistabbilixxi jekk il-volum ta’ NOx li joħroġ jaqbiżx il-limiti imposti permezz tar-Regolament Nru 715/2007.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Il-vetturi inkwistjoni f’din il-kawża għandhom valv tar-riċirkulazzjoni tal-gassijiet tal-egżost (EGR).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Il-valv tal-EGR huwa waħda mit-teknoloġiji użati mill-manifatturi ta’ vetturi bil-mutur (bħalma hija l-kumpannija X) sabiex jikkontrollaw u jnaqqsu l-emissjonijiet finali ta’ NOx. Din hija sistema li tikkonsisti fir-ridirezzjoni ta’ parti mill-gassijiet tal-egżost tal-magni b’kombustjoni lejn il-manifold tad-dħul tal-gassijiet, jiġifieri d-dħul ta’ arja mgħoddija lill-magna, sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet finali ta’ NOx.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>B’mod iktar preċiż, is-sistema ta’ tnaqqis ta’ tniġġis permezz tar-riċirkulazzjoni tal-gassijiet tal-egżost hija linja tal-fluss li tippermetti li l-gassijiet tal-egżost (li joħorġu mill-kombustjoni inkompleta tal-karburant) jintbagħtu lejn il-manifold, liema tal-linja tal-fluss ikollha magħha skambjatur tas-sħana li r-rwol tiegħu huwa li jkessaħ il-gassijiet maħruġa u valv tal-EGR li jvarja l-fluss ta’ gassijiet maħruġa introdotti mill-ġdid fil-manifold.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Il-ftuħ tal-imsemmi valv tal-EGR huwa rregolat mill-kalkolatur li jikkontrolla l-magna. Dan il-kalkolatur huwa sistema tal-informatika inkorporata li tikkontrolla t-tagħmir fiżiku fi ħdan il-vettura. Skont l-informazzjoni mogħtija mis-sensors tiegħu, l-imsemmi kalkolatur jikkontrolla l-attwaturi. Dawn jikkontrollaw l-istat ta’ diversi elementi mekkaniċi tal-magna. Il-ftuħ tal-valv tal-EGR (li minnu jiddependi l-volum ta’ gass introdott mill-ġdid fil-manifold u, għaldaqstant, il-livell ta’ effettività tas-sistema ta’ tnaqqis tat-tniġġis) huwa rregolat f’ħin reali mill-kalkolatur li jikkontrolla l-magna li, skont l-informazzjoni miġbura mid-diversi sensors (veloċità, temperatura, eċċ), jibgħat istruzzjonijiet lill-attwatur tal-valv tal-EGR. B’hekk, il-livell ta’ ftuħ ta’ dan il-valv huwa ddeterminat minn dan l-istess kalkolatur u, fl-aħħar mill-aħħar, mill-kodiċi sors tas-softwer installat fuqu (jiġifieri s-softwer kontenzjuż, fil-kawża li għandna quddiemna<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Il-qorti tar-rinviju tirrileva li l-kumpannija X irrifjutat li tgħaddi lill-investigaturi l-kodiċi sors ikkonċernat, filwaqt li invokat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>raġunijiet ta’ kunfidenzjalità<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>.</P></NOTE>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>F’din il-kawża, fit‑<DATE ISO="20150928">28 ta’ Settembru 2015</DATE>, wara xi pubblikazzjonijiet fl-istampa, il-Viċi President tal-conseil régional d’Île-de-France (il-Kunsill Reġjonali ta’ Île-de-France, Franza), responsabbli għat-trasport, ressaq denunzja quddiem il-parquet de Paris (il-Prosekutur ta’ Pariġi, Franza) dwar l-aġir tal-kumpannija X fir-rigward tal-valv tal-EGR u tas-softwer kontenzjuż li bihom kienu mgħammra wħud mill-vetturi tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20151002">2 ta’ Ottubru 2015</DATE>, il-Prosekutur ta’ Pariġi kklassifika dan l-aġir bħala qerq aggravat u talab lill-Office central de lutte contre les atteintes à l’environnement et à la santé publique (OCLAESP) (l-Uffiċċju Ċentrali għall-Ġlieda Kontra l-Ħsara għall-Ambjent u għas-Saħħa Pubblika) jiftaħ investigazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tat-tqegħid fiċ-ċirkulazzjoni tal-vetturi kkonċernati fis-suq Franċiż.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Fl-istess ħin, il-ministère de l’Écologie (il-Ministru għall-Ekoloġija, Franza) talab lis-Service national des enquêtes (SNE) (is-Servizz Nazzjonali għall-Investigazzjoni) fi ħdan id-direction générale de la Concurrence, de la Consommation et de la Répression des Fraudes (DGCCRF) (id-Direttorat Ġenerali tal-Kompetizzjoni, tal-Konsumaturi u għall-Ġlieda kontra l-Frodi, Franza) sabiex jiftaħ investigazzjonijiet bil-għan li jiġi ddeterminat jekk vetturi kkummerċjalizzati fit-territorju Franċiż kinux mgħammra bis-softwer kontenzjuż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Is-SNE fassal rapport, li miegħu ġew annessi r-riżultati tat-testijiet u tal-provi mwettqa mill-Union technique de l’automobile, du motocycle et du cycle (UTAC) (l-Unjoni Teknika tal-Vetturi bil-Mutur, tal-Muturi u tar-Roti, Franza), li hija l-unika laboratorju awtorizzat li jwettaq it-testijiet ta’ approvazzjoni ta’ vetturi fi Franza. Dawn it-testijiet u dawn il-provi kienu intiżi li jistabbilixxu l-eżistenza eventwali ta’ frodi. Minn dan jirriżulta li, f’ċerti vetturi tal-kumpannija X, l-emissjonijiet ta’ NOx kienu mmultiplikati, xi drabi bi 3.6, meta mqabbla mal-valuri teoretiċi indikati fl-istadju tal-approvazzjoni tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Testijiet addizzjonali, imwettqa mill-Institut français du pétrole énergies nouvelles (IFPEN) (l-Istitut Franċiż tal-Petroleum u tal-Enerġiji Ġodda, Franza) fuq tliet vetturi, ippermettew ukoll li jiġi kkonstatat li l-emissjonijiet ta’ NOx kienu mnaqqsa speċifikament hekk kif kien jiġi identifikat ċiklu ta’ approvazzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Ara l-punt 36 ta’ dawn il-konklużjonijiet, għal iktar preċiżazzjonijiet f’dan ir-rigward.</P></NOTE>, u dan b’żieda kunsiderevoli fil-ftuħ tal-valv tal-EGR.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>F’Ottubru 2015, il-Prosekutur ta’ Pariġi organizza perkwiżizzjoni fl-uffiċji tas-sussidjarja Franċiża tal-kumpannija X, bil-għan li jiġi stabbilit jekk kienx hemm elementi oġġettivi li jippermettu li jitqies li din l-istess sussidjarja kienet informata dwar l-eżistenza tas-softwer kontenzjuż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>F’Jannar 2016, il-President tal-imsemmija sussidjarja nstemgħa fil-kuntest ta’ seduta bil-miftuħ. Huwa ddikjara li kien sar jaf bis-softwer kontenzjuż mill-istampa u li ma kienx jaf kif jaħdem. F’dan il-kuntest, il-President ta’ din is-sussidjarja speċifika madankollu li l-imsemmi softwer kien jinsab fuq ċerti magni diesel, minn total (bejn wieħed u ieħor) ta’ <FT TYPE="NUMBER">950000</FT> vettura fi Franza, li kellhom ikunu s-suġġett ta’ sejħa għal aġġornament tal-imsemmi softwer. Huwa żied li ma kienx jirrikonoxxi n-natura frawdolenti ta’ dan is-softwer li, skontu, kien intiż <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>li jottimizza billi jnaqqas l-emissjonijiet ta’ NOx<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>L-investigazzjoni wasslet għall-ftuħ ta’ istruttorja ġudizzjarja, li ġiet fdata lill-qorti tar-rinviju u lil żewġt iqrati tal-istruttorja oħra, fid‑<DATE ISO="20160219">19 ta’ Frar 2016</DATE>. L-att li jiftaħ l-istruttorja jispeċifika li l-ksur allegat huwa li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>mill‑<DATE ISO="20090901">1 ta’ Settembru 2009</DATE>, […] bi kwalunkwe mod, anki permezz ta’ terz, irrispettivament minn jekk huwiex parti jew le fil-kuntratt, twettaq qerq bix-xerrejja ta’ vetturi mgħammra b’magna […] diesel, fir-rigward tal-kwalitajiet essenzjali tal-vetturi u fir-rigward tal-kontrolli mwettqa, marbuta maċ-ċirkustanza li l-fatti wasslu sabiex jagħmlu l-użu tal-merkanzija perikoluż għas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, bi ksur, fost oħrajn, tal-Artikoli L.213‑1 u L.213‑2 tal-Kodiċi tal-Konsumatur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>F’dan l-istadju tal-proċedura kriminali, il-kumpannija X tibbenefika mill-istatus ta’ xhud assistit. Imsejħa quddiem il-qrati tal-istruttorja fit‑<DATE ISO="20170328">28 ta’ Marzu 2017</DATE>, il-kumpannija X irrifjutat formalment li twieġeb għall-mistoqsijiet li sarulha minnhom. Il-kumpannija X irrifjutat ukoll li tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-qrati tal-istruttorja l-elementi ta’ investigazzjoni li dawn kienu qegħdin jitolbu (dwar fost oħrajn il-metodoloġiji għall-kalibrazzjoni tal-magni użati mill-kumpannija X).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, minn meta nfetħet l-istruttorja ġudizzjarja, iktar minn <FT TYPE="NUMBER">1200</FT> persuna rreġistraw ruħhom bħala partijiet ċivili.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ din il-proċedura, tqabbad espert sabiex iwettaq analiżi tar-riżultati tat-testijiet imwettqa mill-awtorità amministrattiva (fi kliem ieħor, it-testijiet imwettqa mill-UTAC u mill-IFPEN) u sabiex iwettaq kull analiżi teknika oħra, bil-għan li jiddeskrivi l-mekkaniżmu tas-softwer kontenzjuż u li jesponi l-effetti tiegħu fir-rigward taż-żieda tal-emissjoni ta’ NOx mill-vetturi mgħammra bih.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Fir-rapport tiegħu ppreżentat fis‑<DATE ISO="20170426">26 ta’ April 2017</DATE> (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>rapport perizjali<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>), l-espert irrileva li, skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ, is-sistemi ta’ kontroll tal-emissjonijiet kellhom ikunu operazzjonali matul il-funzjonament normali tal-vettura. Jidher li, f’kundizzjonijiet ta’ sewqan normali, fil-vetturi eżaminati, il-valv tal-EGR ma kienx irregolat b’mod konformi mal-mod li jikkorrispondi mal-approvazzjoni. Il-mod ta’ operazzjoni normali ma kienx jippermetti, kif juru t-testijiet imwettqa mill-UTAC, li jiġu osservati l-limiti massimi statutorji fil-qasam tat-tniġġis. Fl-assenza ta’ identifikazzjoni taċ-ċiklu ta’ approvazzjoni u fl-assenza ta’ din il-modulazzjoni tal-funzjonament tal-valv tal-EGR, għall-vetturi inkwistjoni ftit li xejn kien possibbli li josservaw dawn il-limiti f’kundizzjonijiet ta’ użu normali. L-effettività tas-sistema ta’ tnaqqis tat-tniġġis kienet għalhekk limitata f’sitwazzjoni reali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>L-espert għalhekk ikkonkluda li kien hemm apparat li jippermetti li jiġi identifikat iċ-ċiklu ta’ approvazzjoni u li jiġi aġġustat il-funzjonament tas-sistema ta’ riċirkulazzjoni tal-gassijiet tal-egżost (is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>sistema tal-EGR<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>) fil-kuntest ta’ din l-approvazzjoni. L-eżistenza ta’ dan l-apparat jimplika żieda fl-emissjonijiet ta’ NOx tal-vetturi li jkunu qegħdin jinsaqu f’sitwazzjoni normali. L-espert speċifika wkoll li, li kieku l-funzjonament tal-valv tal-EGR f’sitwazzjoni reali kien konformi ma’ dak li jipprevali matul it-testijiet ta’ approvazzjoni, dawn il-vetturi kienu jipproduċu, b’mod partikolari f’ċirkulazzjoni urbana, ferm inqas NOx (<HT TYPE="ITALIC">madwar 50 % inqas</HT>), iżda probabbilment ftit iktar (<HT TYPE="ITALIC">madwar 5 % iktar</HT>) monossidu tal-karbonju, idrokarburi mhux maħruqa u dijossidu tal-karbonju, bħala korrispettiv<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Ara l-paġna 76 tar-rapport perizjali.</P></NOTE>. Kien hemm probabbilment tnaqqis marġinali fis-saħħa ta’ dawn il-vetturi. L-interventi ta’ manteniment kienu iktar frekwenti u kienu jinvolvu iktar spejjeż minħabba, fost oħrajn, li jinġabar iktar ħmieġ fil-magna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, l-espert speċifika li s-sistema tal-EGR hija apparat għall-kontroll tat-tniġġis, fis-sens li din is-sistema tinsab fil-magni għall-iskop esklużiv li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ NOx, li t-tnaqqis fil-ftuħ tagħha jnaqqas l-effettività tas-sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet u jissarraf f’iktar emissjonijiet ta’ NOx, u li dan it-tnaqqis huwa effettivament ikkonstatat f’kundizzjonijiet normali ta’ użu tal-vetturi. Min-naħa l-oħra, it-tnaqqis tal-ftuħ tal-valv tal-EGR isarraf, fil-prattika, f’kapaċità ta’ aċċellerazzjoni ikbar tal-magna u f’potenzjal ikbar ta’ saħħa. Dan it-tnaqqis iwassal ukoll għal inqas ġbir ta’ ħmieġ fil-manifold, fil-valvs u fil-kompartiment tal-kombustjoni, u b’hekk jikkontribwixxi għall-ħajja fit-tul u għall-affidabbiltà tal-magna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn l-elementi tekniċi, il-qorti tar-rinviju tirrileva li l-mekkaniżmu legali tal-qerq – jekk jiġi kkonstatat – jikkonsisti fil-fatt li x-xerrejja tal-vetturi kkonċernati kienu tqarrqu fir-rigward tal-kwalitajiet sostanzjali ta’ dawn tal-aħħar, jiġifieri n-nuqqas ta’ konformità tagħhom mar-Regolament Nru 715/2007, li jirriżulta mill-preżenza, f’dawn il-vetturi, ta’ apparat ta’ manipulazzjoni fis-sens tal-punt 10 tal-Artikolu 3 u tal-Artikolu 5(2) tal-imsemmi regolament, li jikkonsisti fl-ipprogrammar tal-kalkolatur tal-magna li jaġixxi fuq il-valv tal-EGR, b’mod li jiġi identifikat iċ-ċiklu ta’ approvazzjoni sabiex is-sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet ta’ NOx tiġi attivatà b’mod iktar qawwi matul dan iċ-ċiklu, u mhux f’kundizzjonijiet ta’ użu normali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, il-qerq huwa marbut ma’ ċirkustanza aggravanti, fis-sens li l-użu tal-vetturi kien perikoluż għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, minħabba li l-gassijiet tal-egżost tal-magni diesel ġew ikklassifikati bħala karċinoġeniċi mis-Centre international de recherche sur le cancer (CIRC) (iċ-Ċentru Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanċer) fl‑2012.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tfakkar li l-apparat użat sabiex jaġixxi fuq il-funzjonament tas-sistemi ta’ kontroll tal-emissjonijiet jista’ jkollu diversi forom. Id-definizzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>apparat ta’ manipulazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>, fis-sens tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 715/2007, jinkludi diversi kunċetti li għadhom ma kinux is-suġġett ta’ interpretazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Peress li l-klassifikazzjoni bħala qerq, kif ikkunsidrata fil-kuntest ta’ din il-kawża, hija bbażata fuq il-klassifikazzjoni bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>apparat ta’ manipulazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>, il-qorti tar-rinviju tqis li għandha bżonn ta’ kjarifika dwar il-portata tad-dispożizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq sabiex tieħu deċiżjoni kemm dwar l-eventwali tqegħid tal-kumpannija X taħt eżami u kemm dwar it-tqegħid tagħha taħt att ta’ akkuża wara l-istruttorja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-punti preċedenti, il-vice-président chargé de l’instruction du tribunal de grande instance de Paris (il-Viċi President Responsabbli għall-Istruttorja tal-Qorti Reġjonali ta’ Pariġi) iddeċieda li jagħmel id-domandi preliminari segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>1)</NO.P><TXT>Interpretazzjoni tal-kunċett ta’ element tad-disinn</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>X’inhu kopert mill-kunċett ta’ element ta’ disinn imsemmi [fil-punt 10 tal-Artikolu 3] tar-[Regolament Nru 715/2007], li jiddefinixxi t-tagħmir ta’ riduzzjoni (defeat device) [apparat ta’ manipulazzjoni]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Programm integrat fil-kalkolatur li jikkontrolla magna jew b’mod iktar ġenerali li jaġixxi fuq dan il-kalkolatur jista’ jitqies bħala element ta’ disinn fis-sens ta’ dan l-artikolu?</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Interpretazzjoni tal-kunċett ta’ sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>X’inhu kopert mill-kunċett ta’ sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet imsemmi [fil-punt 10 tal-Artikolu 3] tar-[Regolament Nru 715/2007], li jiddefinixxi t-tagħmir ta’ riduzzjoni (defeat device)?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Din is-sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet tinkludi biss it-teknoloġiji u l-istrateġiji intiżi biex jittrattaw u jnaqqsu l-emissjonijiet (b’mod partikolari NOx) wara li dawn jinħolqu, jew tinkludi fiha wkoll it-teknoloġiji u strateġiji differenti li jippermettu li tiġi limitata l-produzzjoni tagħhom mill-bidu, bħat-teknoloġija EGR?</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Interpretazzjoni tal-kunċett ta’ tagħmir ta’ riduzzjoni (defeat device)</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Dispożittiv li jidentifika kull parametru marbut mal-iżvolġiment tal-proċeduri ta’ approvazzjoni stabbiliti bir-[Regolament Nru 715/2007], għall-finijiet ta’ attivazzjoni jew ta’ aġġustament ’il fuq, matul dawn il-proċeduri, tal-funzjonament ta’ kull parti mis-sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet, u b’hekk tinkiseb l-approvazzjoni tal-vettura, huwa tagħmir ta’ riduzzjoni fis-sens tal-[punt 10 tal-Artikolu 3] tar-[Regolament Nru 715/2007]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>F’każ ta’ risposta fl-affermattiv, dan it-tagħmir ta’ riduzzjoni huwa pprojbit, b’applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5(2) tar-[Regolament Nru 715/2007]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>Dispożittiv bħal dak deskritt fil-punt (a) tat-tielet domanda jista’ jiġi kkwalifikat bħala <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>tagħmir ta’ riduzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="2019" ID="QE0041"/> jekk l-aġġustament ’il fuq tas-sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet tkun effettiva, mhux biss waqt il-proċeduri ta’ approvazzjoni, iżda anki f’ċirkustanzi speċifiċi, meta l-kundizzjonijiet eżatti identifikati biex is-sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet tiġi aġġustata ’l fuq matul il-proċeduri ta’ approvazzjoni jerġgħu jiġu identifikati matul iċ-ċirkulazzjoni reali?</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Interpretazzjoni tal-eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 5</TXT><?PAGE NO="10"?><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>X’inhu kopert mit-tliet eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 5(2) tal-Kapitolu 2 tar-[Regolament Nru 715/2007]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Il-projbizzjoni tat-tagħmir ta’ riduzzjoni (defeat device) li jattiva jew jaġġusta ’l fuq il-funzjonament ta’ kull parti mis-sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet b’mod speċifiku waqt il-proċeduri ta’ approvazzjoni tista’ tiġi injorata għal xi waħda mit-tliet raġunijiet elenkati fl-Artikolu 5(2)?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>It-tnaqqis tal-proċess li bih magna teqdiem jew tinstadd jifforma parti mir-rekwiżiti ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>protezzjoni tal-magna mill-ħsara jew inċidenti<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="2019" ID="QE0042"/> jew ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>tħaddim fis-sigurtà tal-vettura<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="2019" ID="QE0043"/> li jistgħu jiġġustifikaw il-preżenza ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>defeat device<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="2019" ID="QE0044"/> fis-sens tal-Artikolu 5(2)(a)?<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Il-Gvern Franċiż, il-Gvern Taljan, uħud mill-partijiet fil-kawża prinċipali (il-kumpannija X u l-partijiet ċivili A <HT TYPE="ITALIC">et</HT>) u l-Kummissjoni Ewropea ppreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>L-imsemmija gvernijiet, uħud mill-partijiet fil-kawża prinċipali (il-kumpannija X u l-partijiet ċivili A, B, AGLP u C <HT TYPE="ITALIC">et</HT>) kif ukoll il-Kummissjoni ppreżentaw ukoll osservazzjonijiet orali matul is-seduta għas-sottomissjonijiet orali organizzata fis‑<DATE ISO="20191107">7 ta’ Novembru 2019</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet preliminari</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Jidhirli li huwa opportun li, qabel kollox, nesponi b’mod iktar iddettaljat il-qafas regolamentari tal-approvazzjoni tal-vetturi bil-mutur fi ħdan l-Unjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Fid-dritt tal-Unjoni, l-approvazzjoni tat-tipi ta’ vetturi bil-mutur hija s-suġġett ta’ leġiżlazzjoni ddettaljata li l-bażi legali tagħha tinsab fid-dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern (attwalment l-Artikolu 114 TFUE).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2007/46 tistabbilixxi qafas armonizzat li jinkludi d-dispożizzjonijiet amministrattivi, kif ukoll ir-rekwiżiti tekniċi ta’ natura ġenerali applikabbli għall-approvazzjoni tal-vetturi bil-mutur ġodda kollha (żgħar jew kbar) li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Fis-settur tal-vetturi bil-mutur, kull leġiżlazzjoni qafas tistabbilixxi b’hekk il-proċedura u l-konsegwenzi legali tal-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura. Il-kundizzjonijiet sostantivi applikabbli għall-approvazzjoni tat-tip huma, min-naħa tagħhom, is-suġġett ta’ strumenti regolamentari separati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>L-approvazzjoni tat-tip taħdem b’dan il-mod: il-manifattur jippreżenta prototip ta’ vettura lill-awtoritajiet kompetenti sabiex juri li dan il-prototip jissodisfa l-kundizzjonijiet sostantivi kollha stabbiliti fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Anness IV tad-Direttiva 2007/46. Meta l-approvazzjoni tat-tip tingħata mill-awtorità amministrattiva kompetenti, il-manifattur jibda l-produzzjoni tat-tip ta’ vettura inkwistjoni. Kull vettura li tiġi mmanifatturata konformement mat-tip approvat tista’ titqiegħed fis-suq mingħajr ma jkunu meħtieġa testijiet addizzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, ir-rekwiżiti tekniċi armonizzati dwar l-emissjonijiet huma speċifikati fl-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 715/2007. Dan tal-aħħar jobbliga lill-manifatturi jgħammru l-vetturi tagħhom b’mod li dawn ikunu, <HT TYPE="ITALIC">f’użu normali</HT>, konformi mar-rekwiżiti tal-imsemmi regolament u tad-dispożizzjoni ta’ implimentazzjoni tiegħu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(2) tal-imsemmi regolament jiddisponi wkoll, bla ħsara għal ċerti eċċezzjonijiet previsti b’mod limitat, li l-użu ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>apparat ta’ manipulazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/> (iddefinit fil-punt 10 tal-Artikolu 3 ta’ dan l-istess regolament) huwa pprojbit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, skont l-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 715/2007, il-vetturi għandhom jiġu ddisinjati mhux biss b’mod li josservaw, <HT TYPE="ITALIC">f’użu normali</HT>, il-limiti ffissati mir-Regolament, iżda wkoll b’mod li l-effettività tas-sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet tagħhom ma tkunx tista’ titnaqqas <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>taħt kondizzjonijiet li wieħed raġonevolment jistenna li jiltaqa’ magħhom waqt it-tħaddim u l-użu normali ta’ vettura<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Hawnhekk qiegħda nirreferi għall-formulazzjoni tal-aħħar parti tal-punt 10 tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 715/2007.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 715/2007, il-Kummissjoni pprevediet, fir-Regolament Nru 692/2008, proċeduri ta’ eżami f’laboratorji speċifiċi li permezz tagħhom il-manifatturi jistgħu jistabbilixxu, sabiex jiksbu approvazzjoni tat-tip, li tip ġdid ta’ vetturi josserva l-limiti previsti f’termini ta’ emissjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-kejl ta’ emissjonijiet previsti mill-proċedura ta’ eżami kien ibbażat fuq l-uniku ċiklu ta’ sewqan li kien applikabbli dak iż-żmien, jiġifieri n-NEDC (kif iddefinit iktar ’il fuq)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Ara l-punt 19 ta’ dawn il-konklużjonijiet. Minn dak iż-żmien, it-testijiet fil-laboratorji ġew immodernizzati u kkompletati bi proċedura ta’ eżami oħra għall-kejl tal-emissjonijiet f’kundizzjonijiet ta’ sewqan reali (bl-Ingliż <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>real driving missions<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/> jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>RDE<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/>).</P></NOTE>. Dawn huma testijiet standardizzati, imwettqa f’laboratorju, u mhux f’kundizzjonijiet reali – ħaġa din li tagħmilhom iktar esposti għal manuvri maħsuba għall-identifikazzjoni tat-test u għat-teħid ta’ miżuri sabiex jiġu evitati r-regoli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà tad-domandi preliminari</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Qabel ngħaddi għall-eżami fil-mertu tad-domandi ssottomessi għall-evalwazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, huwa meħtieġ li nistabbilixxi l-ammissibbiltà tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Ċerti partijiet fil-kawża prinċipali (A <HT TYPE="ITALIC">et</HT>) sostnew, fl-osservazzjonijiet tagħhom, li l-klassifikazzjoni bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>apparat ta’ manipulazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/> tikkonċerna biss ir-regolarità tal-approvazzjoni tal-vetturi. Irrispettivament minn jekk tiġix stabbilita jew le, hija mhux ser ikollha impatt fuq l-eżistenza tal-qerq dwar il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>kwalitajiet sostanzjali<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/> jew dwar il-kontrolli mwettqa. Fil-fatt, skont dawn il-partijiet, il-Kodiċi tal-Konsumatur jikkundanna l-qerq <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>bi kwalunkwe mezz jew aġir<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/>: għalhekk, il-kwistjoni ta’ jekk hemmx ksur jew le tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 715/2007 hija irrilevanti. B’hekk, id-domandi preliminari ma humiex utli għall-finijiet tar-riżoluzzjoni tat-tilwima fil-kawża prinċipali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Matul is-seduta, l-avukat tal-partijiet A <HT TYPE="ITALIC">et</HT> madankollu deher li kien qiegħed jirtira din l-affermazzjoni meta indika li ma kinitx l-intenzjoni tiegħu li jikkontesta l-ammissibbiltà tad-domandi preliminari u li l-klassifikazzjoni bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>apparat ta’ manipulazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/> kienet issaħħaħ il-karatterizzazzjoni tal-ksur kriminali, filwaqt li ma kinitx intrinsikament neċessarja għall-istabbiliment tal-eżistenza tal-imsemmi ksur.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Il-kumpannija X issostni wkoll li dawn id-domandi preliminari huma inutli għar-riżoluzzjoni tat-tilwima fil-kawża prinċipali. Skontha, din it-tilwima (kif ippreżentata fid-deċiżjoni tar-rinviju) tikkonsisti fid-determinazzjoni ta’ jekk hija tistax titqiegħed taħt eżami minħabba qerq u ta’ jekk tistax minħabba f’hekk titqiegħed taħt att ta’ akkuża. Il-kumpannija X issostni li, fid-dritt kriminali Franċiż, ir-reat ta’ qerq jeħtieġ il-preżenza ta’ element materjali u ta’ element intenzjonali, li l-eżistenza tagħhom ma hijiex ċerta f’din il-kawża. Il-kumpannija X issostni li, irrispettivament mir-risposta li l-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tagħti lid-domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju, hija fl-ebda każ ma tista’ titqiegħed taħt eżami (u lanqas, <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT>, ma tista’ titqiegħed taħt att ta’ akkuża).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-kumpannija X tinvoka l-prinċipju ta’ <HT TYPE="ITALIC">nullum crimen, nulla poena sine lege</HT>: fl-assenza ta’ test li jinkrimina espliċitament il-fatti mwettqa f’dan il-każ, hija ma tistax tkun is-suġġett ta’ kundanna għal qerq.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-kumpannija X tallega li, f’dan l-istadju, ma hemm <HT TYPE="ITALIC">ebda</HT> tilwima quddiem il-qorti tar-rinviju marbuta mad-domandi magħmula, għar-raġuni li hija għadha ma esprimitx il-pożizzjoni tagħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Il-kumpannija X tikkontesta, f’dan ir-rigward, li wieħed jista’ jinvoka nota legali stabbilita fuq talba tagħha mill-uffiċċju ta’ avukati Freshfields Bruckhaus Deringer, f’Diċembru 2015 – nota li ntbagħtet lill-investigaturi qabel il-ftuħ formali tal-istruttorja ġudizzjarja u li kienet intiża li turi għaliex is-sistema tal-EGR ma setgħetx titqies li hija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>apparat ta’ manipulazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/>.</P></NOTE>, oralment jew bil-miktub, dwar dawn l-istess domandi quddiem il-qorti tar-rinviju. Dawn id-domandi ma huma xejn ħlief sempliċi talba għal opinjoni konsultattiva dwar regoli tad-dritt tal-Unjoni, mingħajr rabta ma’ ebda tilwima. F’dan ir-rigward, dawn l-istess domandi huma purament ipotetiċi. Dan huwa l-każ, b’mod partikolari, tar-raba’ domanda preliminari, li tikkonċerna l-eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament Nru 715/2007, li l-kumpannija X qatt ma kienet invokat sal-lum, fil-kuntest tal-proċedura pendenti quddiem il-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont il-kumpannija X, id-domandi preliminari magħmula ma kinux is-suġġett ta’ dibattitu kontradittorju qabel tressqu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, u dan imur kontra l-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, matul is-seduta għas-sottomissjonijiet orali, il-kumpannija X sostniet ukoll li d-domandi preliminari magħmula kienu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>prematuri<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/>, għaliex l-evalwazzjonijiet imwettqa sal-lum (u riflessi, fost oħrajn, fir-rapport perizjali) ma jippermettux li jiġi ddefinit il-qafas fattwali tat-tilwima bi preċiżjoni suffiċjenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, l-argumenti mressqa mill-partijiet A <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, kif ukoll mill-kumpannija X, għandhom jiġu miċħuda fl-intier tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, għandu jiġi osservat li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, fil-kuntest tal-kooperazzjoni bejn din tal-aħħar u l-qrati nazzjonali stabbilita fl-Artikolu 267 TFUE, hija biss il-qorti nazzjonali li tkun adita bit-tilwima u li jkollha tassumi r-responsabbiltà għad-deċiżjoni ġudizzjarja li ser tingħata li għandha tevalwa, fid-dawl tal-partikolaritajiet tal-kawża, kemm il-bżonn ta’ deċiżjoni preliminari sabiex tkun tista’ tagħti d-deċiżjoni tagħha u kemm ir-rilevanza tad-domandi li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja. Għaldaqstant, meta d-domandi magħmula jkunu dwar l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja hija bħala prinċipju meħtieġa tagħti deċiżjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181204">4 ta’ Diċembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Minister for Justice and Equality u Commissioner of An Garda Síochána</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑378/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:979">EU:C:2018:979</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Fil-qosor, u għalkemm din il-kwistjoni ma tqajmitx mill-partijiet fil-kawża prinċipali, infakkar ukoll li, skont ġurisprudenza stabbilita, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0055" REF.END="QE0055"/>l-qrati tal-istruttorja fil-qasam kriminali jew il-maġistrat li jeżerċita l-istruttorja kriminali huma qrati fis-sens tal-[Artikolu 267 TFUE], li huma meħtieġa jiddeċiedu b’mod indipendenti u skont id-dritt, dwar il-kawżi li fir-rigward tagħhom il-liġi tagħthom kompetenza, fil-kuntest ta’ proċedura li ser twassal għal deċiżjonijiet ta’ natura ġudizzjarja<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Digriet tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040115">15 ta’ Jannar 2004</DATE>, <NAME.CASE>Saetti u Frediani</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑235/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:26">EU:C:2004:26</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li d-domandi li jikkonċernaw id-dritt tal-Unjoni jibbenefikaw minn preżunzjoni ta’ rilevanza. Ir-rifjut tal-Qorti tal-Ġustizzja li tiddeċiedi dwar domanda preliminari magħmula minn qorti nazzjonali huwa possibbli biss jekk jidher <HT TYPE="ITALIC">b’mod manifest</HT> li l-interpretazzjoni mitluba tad-dritt tal-Unjoni ma għandha ebda rabta mar-realtà jew mas-suġġett tat-tilwima fil-kawża prinċipali, meta l-problema tkun ta’ natura ipotetika jew inkella meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex il-punti ta’ fatt u ta’ liġi neċessarji sabiex tirrispondi b’mod utli għad-domandi li jkunu sarulha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181204">4 ta’ Diċembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Minister for Justice and Equality u Commissioner of An Garda Síochána</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑378/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:979">EU:C:2018:979</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>F’din il-kawża, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta b’mod ċar li l-klassifikazzjoni tas-softwer kontenzjuż (li jiddetermina l-livell ta’ ftuħ tal-valv tal-EGR u, għalhekk, il-livell ta’ emissjonijiet finali ta’ NOx) bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0056" REF.END="QE0056"/>apparat ta’ manipulazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/> fid-dawl tal-punt 10 tal-Artikolu 3 u tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament Nru 715/2007 jista’ jkollha impatt fuq il-konstatazzjoni ta’ ksur fid-dritt kriminali Franċiż (jiġifieri qerq aggravat, skont l-Artikoli L.213‑1 u L.213‑2 tal-Kodiċi tal-Konsumatur). L-argumenti tal-partijiet A <HT TYPE="ITALIC">et</HT> u tal-kumpannija X dwar l-inutilità tad-domandi magħmula għandhom għalhekk jiġu miċħuda, peress li d-domandi magħmula għandhom relazzjoni manifesta mas-suġġett tat-tilwima fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>Għalkemm l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 715/2007 jista’ jkollha impatt fuq il-konstatazzjoni tal-ksur, l-argumenti bbażati fuq id-dritt kriminali Franċiż invokati mill-kumpannija X (b’mod partikolari dwar l-eżistenza tal-element materjali u/jew intenzjonali) ma jistgħux, madankollu, jiġu kkunsidrati. Dawn l-argumenti huma irrilevanti għall-evalwazzjoni tal-ammissibbiltà tad-domandi preliminari (mill-perspettiva tad-dritt tal-Unjoni) u jikkonċernaw kwistjonijiet li jaqgħu esklużivament fil-ġurisdizzjoni tal-qorti tar-rinviju<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Ara s-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181113">13 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Čepelnik</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑33/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:896">EU:C:2018:896</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>L-argumenti dwar il-prinċipju ta’ <HT TYPE="ITALIC">nullum crimen, nulla poena sine lege</HT> huma wkoll, min-naħa tagħhom, irrilevanti peress li r-regolament imsemmi iktar ’il fuq jirregola l-approvazzjoni tal-vetturi bil-mutur u ma jistabbilixxix, bħala tali, regoli ta’ natura kriminali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>Fir-rigward tan-natura allegatament ipotetika tad-domandi preliminari, l-argumenti tal-kumpannija X lanqas ma huma konvinċenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>Il-fatt li l-istrateġija proċedurali tal-kumpannija X quddiem il-qorti tar-rinviju hija li ma tagħtix tweġibiet għall-mistoqsijiet tal-investigaturi, li tirrifjuta li tikkomunika l-kodiċi sors tas-softwer kontenzjuż jew li tinnega n-natura frawdolenti ta’ dan tal-aħħar ma jippermettix li tiġi stabbilita l-assenza ta’ tilwima: għall-kuntrarju, jiena iktar naħseb li din l-istrateġija turi l-eżistenza ta’ kontroversja reali, li għandha interess fundamentali għall-eżitu tal-proċedurali kriminali pendenti quddiem il-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>Fir-rigward b’mod partikolari tar-raba’ domanda preliminari (li tikkonċerna l-interpretazzjoni tal-eċċezzjonijiet għall-projbizzjoni ta’ apparat ta’ manipulazzjoni prevista fl-Artikolu 5(2) tar-regolament imsemmi iktar ’il fuq), il-kumpannija X allegat li hija qatt ma invokat l-imsemmija eċċezzjonijiet quddiem il-qorti tar-rinviju, b’tali mod li d-domanda msemmija hija ipotetika. Madankollu, meta sarulha mistoqsijiet dwar dan il-punt mill-Qorti tal-Ġustizzja, il-kumpannija X ammettiet, b’mod ċar ħafna, li hija ma kinitx qiegħda teskludi l-possibbiltà li tinvoka tali eċċezzjonijiet fi stadju iktar tard, matul il-proċedura pendenti quddiem il-qorti tar-rinviju. Din l-ammissjoni turi wkoll, fil-fehma tiegħi, kif dawn id-domandi ma humiex <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0057" REF.END="QE0057"/>sempliċi talba għal opinjoni konsultattiva<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/> dwar kwistjonijiet purament ipotetiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-assenza ta’ dibattitu kontradittorju quddiem il-qorti tar-rinviju, nosserva biss li l-Artikolu 267 TFUE ma jissuġġettax it-tressiq ta’ talba quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja għan-natura kontradittorja tal-proċedura li matulha l-qorti nazzjonali tagħmel domanda preliminari<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090625">25 ta’ Ġunju 2009</DATE>, <NAME.CASE>Roda Golf &amp; Beach Resort</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑14/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:395">EU:C:2009:395</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. Fuq din il-bażi, l-argument imressaq mill-kumpannija X għandu jiġi miċħud ukoll.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, fir-rigward tan-natura allegatament prematura tad-domandi preliminari magħmula f’din il-kawża, nosserva li hija biss il-qorti tar-rinviju li għandha tiddeċiedi dwar il-mument li fih tagħżel li tagħmel domandi lill-Qorti tal-Ġustizzja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Barra minn hekk, skont ġurisprudenza stabbilita, il-fatt li kawża kriminali tkun fl-istadju tal-istruttorja ma jipprekludix li l-qorti adita tagħmel domandi preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja: ara d-digriet tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040115">15 ta’ Jannar 2004</DATE>, <NAME.CASE>Saetti u Frediani</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑235/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:26">EU:C:2004:26</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Għal żviluppi iktar iddettaljati ara wkoll: Von Bardeleben, E., Donnat, F. u Siritzky, D., <HT TYPE="ITALIC">La Cour de justice de l’Union européenne et le droit du contentieux européen</HT>, La Documentation française, Pariġi, 2012, p. 179 u 180.</P></NOTE>. Nosserva wkoll li l-argumenti tal-kumpannija X dwar dan l-aspett ftit huma konvinċenti fil-fehma tiegħi. Il-fatti li wasslu għat-tilwima fil-kawża prinċipali ġew żvelati fl‑2015 u kienu s-suġġett ta’ diversi evalwazzjonijiet tekniċi (evalwazzjonijiet li huma stess kienu s-suġġett ta’ eżami ddettaljat, li l-konklużjonijiet tiegħu jinsabu fir-rapport perizjali). F’dan ir-rigward, insibha diffiċli nsostni (kif għamlet il-kumpannija X matul is-seduta) <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0058" REF.END="QE0058"/>li ebda qafas fattwali preċiż ma ġie stabbilit f’dan l-istadju<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/>. Għall-kuntrarju, inqis li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha l-punti ta’ fatt u ta’ liġi meħtieġa sabiex tirrispondi b’mod utli għad-domandi li sarulha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, jiena tal-fehma li l-ammissibbiltà tad-domandi preliminari hija stabbilita.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda preliminari</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda preliminari tagħha (komposta minn żewġ partijiet li għandhom jiġu eżaminati flimkien), il-qorti tar-rinviju tixtieq li jiġi ddeterminat – essenzjalment – jekk programm integrat fil-kalkolatur ta’ kontroll tal-magna jew, b’mod iktar ġenerali, li jaġixxi fuq dan il-kalkolatur jistax jitqies li huwa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0059" REF.END="QE0059"/>element ta’ disinn<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/> fis-sens tal-punt 10 tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 715/2007.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, din id-domanda teħtieġ risposta fl-affermattiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0060" REF.END="QE0060"/>apparat ta’ manipulazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/> li jinsab fil-punt 10 tal-Artikolu 3 tar-regolament imsemmi iktar ’il fuq ikopri <HT TYPE="ITALIC">kull</HT> element ta’ disinn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0061" REF.END="QE0061"/>li jħoss it-temperatura, il-veloċità tal-vettura, id-dawrien tal-magna (RPM), it-transmission gear, il-vakwu fil-manifold jew parametru ieħor bl-iskop li jattiva, jimmodula, jittardja jew iwaqqaf il-funzjonament ta’ xi parti mis-sistema ta’ kontroll ta’ l-emissjonijiet, li tnaqqas l-effettività tas-sistema ta’ kontroll ta’ l-emissjonijiet taħt kondizzjonijiet li wieħed raġonevolment jistenna li jiltaqa’ magħhom waqt it-tħaddim u l-użu normali ta’ vettura<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78.</NO.P><TXT>Kif irrileva ġustament il-Gvern Franċiż, tali definizzjoni tagħti portata wiesgħa lill-kunċett ta’ element ta’ disinn. Tali element jista’ jkun ikkostitwit kemm minn partijiet mekkaniċi u kemm minn softwer tal-informatika li jirregola l-attivazzjoni ta’ tali partijiet, kemm‑il darba jaġixxi fuq il-funzjonament tas-sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet u kemm‑il darba jnaqqas l-effettività tagħha. Mill-bqija, din hija wkoll il-pożizzjoni difiża mill-kumpannija X fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79.</NO.P><TXT>Nispeċifika li dan għandu jkun element <HT TYPE="ITALIC">li joriġina mill-manifattur</HT> tal-vettura. Peress li dan huwa softwer inkorporat, ma tagħmilx differenza jekk dan ikunx installat qabel il-bejgħ tal-vettura jew imniżżel iktar tard, fil-kuntest ta’ aġġornament (impost jew irrakkomandat mill-imsemmi manifattur): għall-kuntrarju, ma jistax ikun element installat <HT TYPE="ITALIC">fuq l-inizjattiva biss tal-proprjetarju jew tal-utent tal-vettura</HT>, mingħajr rabta mal-manifattur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-ewwel domanda preliminari għandha tingħata r-risposta segwenti: il-punt 10 tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 715/2007 għandu jiġi interpretat fis-sens li programm integrat fil-kalkolatur ta’ kontroll tal-magna jew, b’mod iktar ġenerali, li jaġixxi fuq dan il-kalkolatur jista’ jitqies li huwa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0062" REF.END="QE0062"/>element ta’ disinn<QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/> fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, kemm‑il darba jkun jagħmel parti integrali mill-imsemmi kalkolatur.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="15"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda preliminari</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81.</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda preliminari tagħha (komposta minn żewġ partijiet li ser neżamina flimkien), il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk il-punt 10 tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 715/2007 għandux jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0063" REF.END="QE0063"/>sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0063" CODE="201D" ID="QE0063"/> ikopri esklużivament it-teknoloġiji u l-istrateġiji li jnaqqsu l-emissjonijiet fi stadju sussegwenti (wara l-ħolqien tagħhom) jew jekk, għall-kuntrarju, dan il-kunċett jinkludix ukoll it-teknoloġiji u l-istrateġiji li, bħas-sistema tal-EGR, inaqqsu l-emissjonijiet fi stadju preċedenti (mal-ħolqien tagħhom).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82.</NO.P><TXT>Fil-fatt, hemm żewġ kategoriji ġenerali ta’ metodi li jippermettu lill-manifatturi jottimizzaw ir-rendiment tal-vetturi tagħhom fir-rigward tal-emissjonijiet inkwinanti: minn naħa, l-istrateġiji msejħa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0064" REF.END="QE0064"/>interni għall-magna<QUOT.END REF.START="QS0064" CODE="201D" ID="QE0064"/> (bħas-sistema tal-EGR), li jikkonsistu fit-tnaqqis tal-ħolqien ta’ gassijiet inkwinanti fil-magna stess, u, min-naħa l-oħra, l-istrateġiji msejħa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0065" REF.END="QE0065"/>ta’ trattament sussegwenti<QUOT.END REF.START="QS0065" CODE="201D" ID="QE0065"/>, li jikkonsistu fit-trattament tal-emissjonijiet wara l-ħolqien tagħhom (pereżempju, is-sistema katalitika li taqbad NOx).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83.</NO.P><TXT>Il-kumpannija X tiddefendi interpretazzjoni restrittiva ħafna tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0066" REF.END="QE0066"/>sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0066" CODE="201D" ID="QE0066"/>. Skontha, dan il-kunċett jista’ jirreferi biss għall-komponenti dwar l-emissjonijiet li jinsabu <HT TYPE="ITALIC">fis</HT>-sistema tal-egżost, bl-esklużjoni tal-istrateġiji interni għall-magna. Din l-interpretazzjoni hija bbażata (essenzjalment) fuq l-Artikolu 2(18) tar-Regolament Nru 692/2008 li jipprovdi, fil-kuntest tas-sistema OBD, li s-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0067" REF.END="QE0067"/>sistema għall-kontroll ta’ l-emissjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0067" CODE="201D" ID="QE0067"/> tfisser <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0068" REF.END="QE0068"/>il-kontrollur elettroniku tal-ġestjoni tal-magna u kwalunkwe komponent relatat ma’ l-emissjonijiet <HT TYPE="ITALIC">fis</HT>-sistema ta’ l-egżost […] li jipprovdi input għal jew jirċievi output minn dan il-kontrollur<QUOT.END REF.START="QS0068" CODE="201D" ID="QE0068"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Il-korsiv huwa miżjud minni.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84.</NO.P><TXT>Jiena ma naqbilx mal-analiżi tal-kumpannija X.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85.</NO.P><TXT>Nibda billi nirrileva li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0069" REF.END="QE0069"/>sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0069" CODE="201D" ID="QE0069"/> ma huwiex iddefinit fir-Regolament Nru 715/2007.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86.</NO.P><TXT>Sabiex jiġi kkjarifikat il-portata tiegħu, għandu jsir riferiment għall-kriterji ta’ interpretazzjoni stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja. Infakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, fl-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0070" REF.END="QE0070"/>ma għandhomx jiġu kkunsidrati biss kliemha iżda wkoll il-kuntest tagħha u l-għanijiet imfittxija mil-leġiżlazzjoni li minnha hija tagħmel parti<QUOT.END REF.START="QS0070" CODE="201D" ID="QE0070"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Ara s-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180207">7 ta’ Frar 2018</DATE>, <NAME.CASE>American Express</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑304/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:66">EU:C:2018:66</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Interpretazzjoni letterali</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87.</NO.P><TXT>Fuq livell letterali, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0071" REF.END="QE0071"/>sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0071" CODE="201D" ID="QE0071"/> hija komponent ta’ vettura intiża tikkontrolla l-emissjonijiet tal-vettura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, nosserva li għalhekk is-sistema tal-EGR tista’ <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT> taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-kunċett peress li l-għan tagħha huwa li tnaqqas l-emissjonijiet finali ta’ NOx. Ir-rapport perizjali anness mad-deċiżjoni tar-rinviju jindika b’mod ċar li s-sistema tal-EGR <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0072" REF.END="QE0072"/>hija installata fuq il-magni <HT TYPE="ITALIC">bil-għan biss li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ NOx</HT><QUOT.END REF.START="QS0072" CODE="201D" ID="QE0072"/> u li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0073" REF.END="QE0073"/>l-gassijiet li jiċċirkulaw permezz tas-sistema tal-EGR huma fl-aħħar mill-aħħar mormija fl-atmosfera<QUOT.END REF.START="QS0073" CODE="201D" ID="QE0073"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Din l-affermazzjoni tinsab fil-paġna 65 tar-rapport perizjali (il-korsiv huwa miżjud minni). Nosserva, għal kull fini utli, li din l-affermazzjoni ma ġietx ikkontestata mill-kumpannija X.</P></NOTE>. Din hija effettivament <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0074" REF.END="QE0074"/>apparat għall-kontroll tal-emissjonijiet ta’ NOx<QUOT.END REF.START="QS0074" CODE="201D" ID="QE0074"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Ara l-paġna 66 (punt 8.5) tar-rapport perizjali.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="16"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89.</NO.P><TXT>Din hija wkoll il-pożizzjoni difiża mill-Kummissjoni fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha fejn tosserva (fil-fehma tiegħi ġustament) li s-sistema tal-EGR tagħmel manifestament parti minn sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet peress li tippermetti li jiġi kkontrollat il-volum tal-imsemmija emissjonijiet skont parametri stabbiliti minn qabel, billi tintroduċi mill-ġdid volum ikbar jew inqas ta’ gassijiet tal-egżost fis-sistema tal-manifold tal-magna<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>F’dan ir-rigward, il-fatt li, filwaqt li tnaqqas b’mod sostanzjali l-volum ta’ NOx, l-attivazzjoni tal-valv tal-EGR tista’ żżid <HT TYPE="ITALIC">b’mod marġinali</HT> tipi oħra ta’ emissjonijiet (monossidu tal-karbonju jew partikuli) huwa irrilevanti: nirreferi hawnhekk għad-data fil-forma ta’ ċifri msemmija fil-punt 36 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90.</NO.P><TXT>Il-Gvern Franċiż, il-Gvern Taljan kif ukoll il-partijiet ċivili li ppreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub jew sottomissjonijiet orali matul is-seduta invokaw interpretazzjoni simili.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91.</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju tal-kumpannija X, jiena ma naħsibx li din l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0075" REF.END="QE0075"/>sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0075" CODE="201D" ID="QE0075"/> hija estensiva wisq jew hija ta’ natura li tinkludi kwalunkwe komponent ta’ vettura li jkollu xi tip jew ieħor ta’ impatt fuq il-volum tal-emissjonijiet inkwinanti. Matul is-seduta, il-kumpannija X sostniet li s-sistema ta’ ftuħ elettroniku tat-twieqi jew is-sistema ta’ klimatizzazzjoni wkoll għandhom impatt fuq l-emissjonijiet tal-vettura, mingħajr madankollu ma jista’ jingħad li dawn huma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0076" REF.END="QE0076"/>sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0076" CODE="201D" ID="QE0076"/>. Fil-fehma tiegħi dawn l-eżempji ma humiex rilevanti: l-għan tal-mekkaniżmi msemmija mill-kumpannija X ma huwiex li jillimitaw l-emissjonijiet ta’ NOx, meta dan huwa preċiżament <HT TYPE="ITALIC">l-għan</HT> tas-sistema tal-EGR<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Il-kumpannija X sostniet ukoll li, għal finijiet ta’ prevedibbiltà, kellha tingħata interpretazzjoni restrittiva, u dan għaliex il-proċedura (ineżami) hija intiża li tistabbilixxi ksur kriminali. Kif osservajt fil-punt 68 ta’ dawn il-konklużjonijiet, dan l-aspett huwa irrilevanti: ir-Regolament Nru 715/2007 ma jinkludi ebda dispożizzjoni kriminali.</P></NOTE>. Hija proprju din id-differenza fl-għan li, fil-fehma tiegħi, tiġġustifika l-kategorizzazzjoni tas-sistema EGR bħala sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Fil-fehma tiegħi, is-sistema tal-EGR taqa’ kemm taħt il-kategorija usa’ ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0077" REF.END="QE0077"/>komponenti li jistgħu jaffettwaw l-emissjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0077" CODE="201D" ID="QE0077"/> (imsemmija fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 715/2007) u kemm taħt dik, iktar limitata, tas-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0078" REF.END="QE0078"/>sistemi tal-kontroll ta’ l-emissjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0078" CODE="201D" ID="QE0078"/> (fis-sens tal-punt 10 tal-Artikolu 3 u tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament Nru 715/2007). Barra minn hekk, is-sistema tal-EGR tikkostitwixxi wkoll <HT TYPE="ITALIC">apparat għall-kontroll tat-tniġġis</HT>, fis-sens tal-punt 11 tal-Artikolu 3 tal-imsemmi regolament, jiġifieri komponent ta’ vettura li jikkontrolla u/jew jillimita l-emissjonijiet mill-pajp tal-egżost (u dan jispjega, pereżempju, għalfejn is-sistema tal-EGR tissemma fil-punt 3.3 tal-Anness I tar-Regolament Nru 692/2008). Fil-leġiżlazzjoni li eżaminajt ma hemm xejn li jippermetti li jitqies li element partikolari ma jistax, simultanjament, jaqa’ taħt diversi kategoriji (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0079" REF.END="QE0079"/>komponenti li jistgħu jaffettwaw l-emissjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0079" CODE="201D" ID="QE0079"/>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0080" REF.END="QE0080"/>apparat għall-kontroll tat-tniġġis<QUOT.END REF.START="QS0080" CODE="201D" ID="QE0080"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0081" REF.END="QE0081"/>sistemi ta’ kontroll tal-emissjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0081" CODE="201D" ID="QE0081"/>, f’dan il-każ).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Interpretazzjoni kuntestwali</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92.</NO.P><TXT>Fuq livell kuntestwali, għandhom jiġu eżaminati fl-ewwel lok id-dispożizzjonijiet l-oħra tar-Regolament Nru 715/2007, sabiex jiġi stabbilit jekk dawn jistgħux jikkontribwixxu għal risposta utli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93.</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(2) tar-Regolament jimponi fuq il-manifatturi <HT TYPE="ITALIC">obbligu f’termini ta’ riżultat</HT>: huma għandhom jiżguraw li l-miżuri tekniċi adottati <HT TYPE="ITALIC">jiggarantixxu</HT> limitazzjoni effettiva tal-emissjonijiet mill-pajp tal-egżost. Il-punt 6 tal-Artikolu 3 jiddefinixxi l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0082" REF.END="QE0082"/>emissjonijiet mill-pajp tal-egżost<QUOT.END REF.START="QS0082" CODE="201D" ID="QE0082"/> bħala emissjonijiet ta’ gassijiet inkwinanti u ta’ partikuli, mingħajr ebda preċiżazzjoni oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, la l-Artikolu 4(2) u lanqas il-punt 6 tal-Artikolu 3 ma jispeċifikaw f’liema stadju tal-funzjonament tal-vettura (jew permezz ta’ liema mezz tekniku) dawn l-emissjonijiet għandhom jiġu mmodulati jew imnaqqsa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95.</NO.P><TXT>Minn aspett teknoloġiku, ir-Regolament Nru 715/2007 huwa newtrali, sa fejn ma jimponix soluzzjoni teknoloġika partikolari. Huwa jiffissa biss għan li għandu jintlaħaq fir-rigward tal-limitazzjoni tal-emissjonijiet, li min-naħa tagħhom <HT TYPE="ITALIC">jitkejlu mal-ħruġ mill-pajp tal-egżost</HT>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="17"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, fit-test tar-Regolament Nru 715/2007 ma hemm ebda ġustifikazzjoni għad-distinzjoni magħmula mill-kumpannija X bejn l-istrateġiji interni għall-magna u l-metodi ta’ trattament sussegwenti tal-gassijiet tal-egżost. Barra minn hekk, fuq livell fattwali, din id-distinzjoni ftit li xejn tagħmel sens fil-fehma tiegħi. Għalkemm il-kumpannija X għamlet sforzi kbar sabiex issostni, matul is-seduta, li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0083" REF.END="QE0083"/>dak li joħroġ mill-magna ma huwiex emissjoni<QUOT.END REF.START="QS0083" CODE="201D" ID="QE0083"/>, xorta jibqa’ l-fatt li fil-prattika, kif osservat il-Kummissjoni fuq il-bażi ta’ sens komuni kważi elementari, in-NOx jibqgħu NOx: dawn fl-aħħar mill-aħħar dejjem joħorġu mill-pajp tal-egżost (kemm jekk il-ħolqien tagħhom kien illimitat fi stadju preċedenti, fil-livell tal-magna, jew jekk kinux ittrattati fi stadju sussegwenti fis-sistema tal-egżost)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Ara wkoll il-punt 88 ta’ dawn il-konklużjonijiet: il-gassijiet li jiċċirkulaw permezz tas-sistema tal-EGR huma (fl-aħħar mill-aħħar) mormija fl-atmosfera.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97.</NO.P><TXT>Id-distinzjoni kkomplikata bejn metodi ta’ tnaqqis fi stadju preċedenti jew fi stadju sussegwenti, proposta mill-kumpannija X, lanqas ma hija ġġustifikata mir-Regolament Nru 83 (KEE-NU) u, b’mod partikolari, mill-punt 2.16 tiegħu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Nosserva wkoll li, fil-verżjoni bil-Franċiż ta’ dan l-istess regolament adottata fl-2015, il-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0084" REF.END="QE0084"/>sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0084" CODE="201D" ID="QE0084"/> ġie ssostitwit bil-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0085" REF.END="QE0085"/>sistema ta’ kontra t-tniġġis<QUOT.END REF.START="QS0085" CODE="201D" ID="QE0085"/>. Din il-bidla, li ma hijiex neċessarjament riflessa b’mod ekwivalenti fil-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra, timmilita wkoll, fil-fehma tiegħi, favur interpretazzjoni wiesgħa ta’ dan il-kunċett. Ara wkoll in-nota ta’ qiegħ il-paġna 4 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>. Il-fatt li l-punt 6.5.1.3 tal-Appendiċi 1 tal-Anness 11 ta’ dan ir-regolament isemmi żewġ metodi ta’ trattament sussegwenti bħala sistemi ta’ kontroll tal-emissjonijiet (jew bħala sistemi għal kontra t-tniġġis) ma jimplikax <HT TYPE="ITALIC">ipso facto</HT> li metodi oħra (bħas-sistema tal-EGR) ma jistgħux jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-kunċett: dawn huma biss eżempji iżolati u mhux lista eżawrjenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98.</NO.P><TXT>X’inhi s-sitwazzjoni tar-Regolament Nru 692/2008, invokat mill-kumpannija X kemm fl-osservazzjonijiet bil-miktub u kemm matul is-seduta?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99.</NO.P><TXT>Nibda billi nirrileva li r-Regolament Nru 692/2008, adottat mill-Kummissjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Fil-fatt, dan huwa regolament adottat mill-Kummissjoni sabiex timplimenta ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 715/2007 (jiġifieri l-Artikoli 4, 5 u 8 tiegħu).</P></NOTE>, huwa strument ta’ livell inferjuri fil-konfront tar-Regolament Nru 715/2007 (li min-naħa tiegħu joriġina mill-Kunsill u mill-Parlament Ewropew): bħala prinċipju, ir-Regolament Nru 692/2008 ma jistax jillimita l-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 715/2007. Barra minn hekk, l-Artikolu 2(18) tar-Regolament Nru 692/2008 (invokat mill-kumpannija X) japplika <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0086" REF.END="QE0086"/>fil-kuntest tas-sistema [ta’ dijanjostika fil-vettura]<QUOT.END REF.START="QS0086" CODE="201D" ID="QE0086"/> u ma għandux portata ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-pożizzjoni difiża mill-kumpannija X tidher li hija bbażata fuq interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 2(18). Fil-fatt, skont il-kumpannija X, din id-dispożizzjoni tippreżupponi li sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet tista’ tkun biss komponent <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0087" REF.END="QE0087"/>li huwa marbut mal-emissjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0087" CODE="201D" ID="QE0087"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0088" REF.END="QE0088"/>li jinsab <HT TYPE="ITALIC">fis-sistema tal-egżost</HT><QUOT.END REF.START="QS0088" CODE="201D" ID="QE0088"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Qiegħda nirreferi għall-osservazzjonijiet bil-miktub ippreżentati mill-kumpannija X.</P></NOTE>. Issa, l-imsemmija dispożizzjoni tkopri kull komponent (li jikkonċerna l-emissjonijiet) <HT TYPE="ITALIC">tas</HT>-sistema tal-egżost, b’mod partikolari fil-verżjoni bil-Franċiż tar-Regolament<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Bħala eżempju, nirrileva li dan huwa wkoll il-każ fil-verżjoni bit-Taljan (li tinkludi l-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0089" REF.END="QE0089"/><HT TYPE="ITALIC">del</HT> sistema di scarico<QUOT.END REF.START="QS0089" CODE="201D" ID="QE0089"/>), fil-verżjoni bl-Ispanjol (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0090" REF.END="QE0090"/><HT TYPE="ITALIC">del</HT> sistemade escape<QUOT.END REF.START="QS0090" CODE="201D" ID="QE0090"/>) jew ukoll fil-verżjoni bil-Pollakk (fejn il-kelma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0091" REF.END="QE0091"/>układu<QUOT.END REF.START="QS0091" CODE="201D" ID="QE0091"/> tindika l-ġenitiv u mhux il-lokativ) tar-regolament inkwistjoni. Korsiv miżjud minni.</P></NOTE>. Għaldaqstant, ma huwiex meħtieġ li dan il-komponent ikun jinsab fiżikament <HT TYPE="ITALIC">fis</HT>-sistema tal-egżost.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101.</NO.P><TXT>Bħalma tagħmel il-Kummissjoni, jiena inklinata li nqis li din l-interpretazzjoni żbaljata tirriżulta mill-verżjoni bl-Ingliż tar-Regolament Nru 692/2008, li tirreferi għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0092" REF.END="QE0092"/>any emission-related component <HT TYPE="ITALIC">in</HT> the exhaust […] system<QUOT.END REF.START="QS0092" CODE="201D" ID="QE0092"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Korsiv miżjud minni.</P></NOTE>. L-użu ta’ din il-frażi (fil-verżjoni bl-Ingliż<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>Din l-espressjoni tinsab ukoll fil-verżjoni bil-Ġermaniż tar-Regolament Nru 692/2008, li tinkludi l-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0093" REF.END="QE0093"/><HT TYPE="ITALIC">im</HT> Abgas- oderVerdunstungssystem<QUOT.END REF.START="QS0093" CODE="201D" ID="QE0093"/>. Korsiv miżjud minni.</P></NOTE>) ma jidhirx, fil-fehma tiegħi, li huwa korrett meta titqies l-interpretazzjoni tar-Regolament Nru 715/2007, li l-verżjoni bl-Ingliż tiegħu titkellem sistematikament dwar it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0094" REF.END="QE0094"/><HT TYPE="ITALIC">tailpipe emissions</HT><QUOT.END REF.START="QS0094" CODE="201D" ID="QE0094"/> (fil-verżjoni bil-Franċiż, din l-espressjoni hija<?PAGE NO="18"?> tradotta bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0095" REF.END="QE0095"/>émissions <HT TYPE="ITALIC">au</HT> tuyau arrière d’échappement<QUOT.END REF.START="QS0095" CODE="201D" ID="QE0095"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>Il-verżjoni bil-Ġermaniż tar-Regolament Nru 715/2007 tirreferi għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0096" REF.END="QE0096"/>Auspuffemissionen<QUOT.END REF.START="QS0096" CODE="201D" ID="QE0096"/>.</P></NOTE>). Il-kliem użat juri b’mod ċar ir-raġunament li fuqu huwa bbażat ir-Regolament Nru 715/2007: l-emissjonijiet huma dejjem imkejla mal-ħruġ mis-sistema tal-egżost, għaliex dawn dejjem jispiċċaw <HT TYPE="ITALIC">mormija</HT> permezz ta’ din is-sistema (qabel iniġġsu l-arja). Għaldaqstant, il-mekkaniżmu li jippermetti li jiġu kkontrollati l-emissjonijiet ma għandux neċessarjament ikun jinsab <HT TYPE="ITALIC">fis</HT>-sistema tal-egżost fis-sens strett tal-kelma.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, nosserva wkoll li l-Appendiċi 2 tal-Anness XI tal-imsemmi Regolament Nru 692/2008 jinkorpora espliċitament s-sistema tal-EGR fil-lista tiegħu ta’ sistemi ta’ kontroll tal-emissjonijiet. Dan l-element jikkonferma, sa fejn huwa meħtieġ, in-natura żbaljata tal-interpretazzjoni difiża mill-kumpannija X fir-rigward tal-Artikolu 2(18).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Interpretazzjoni teleoloġika</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103.</NO.P><TXT>Ngħaddi issa għall-għanijiet tar-Regolament Nru 715/2007, kif ukoll għall-impatt tagħhom fuq l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0097" REF.END="QE0097"/>sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0097" CODE="201D" ID="QE0097"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104.</NO.P><TXT>Mill-premessi 1 u 5 ta’ dan ir-regolament jirriżulta li dan huwa intiż b’mod partikolari li jiggarantixxi livell għoli ta’ protezzjoni tal-ambjent u li t-twettiq tal-għanijiet tal-Unjoni f’termini tal-kwalità tal-arja jeħtieġ sforzi kontinwi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-vetturi. Il-premessa 6 tal-imsemmi regolament tispeċifika li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0098" REF.END="QE0098"/>[b]’mod partikulari, hemm bżonn ta’ tnaqqis konsiderevoli ta’ l-emissjonijiet ta’ l-ossidju tan-nitroġenu biex tittejjeb il-kwalità ta’ l-arja u biex ikun hemm konformità mal-valuri ta’ limitu għat-tniġġis<QUOT.END REF.START="QS0098" CODE="201D" ID="QE0098"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-Artikolu 4 tal-istess regolament jirriżulta li dan huwa intiż li jiżgura limitazzjoni <HT TYPE="ITALIC">effettiva</HT> tal-emissjonijiet u dan matul il-ħajja normali tal-vetturi, f’kundizzjonijiet ta’ użu normali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106.</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-rieda tal-leġiżlatur tal-Unjoni, kif espressa b’mod ċar ħafna f’dawn id-dispożizzjonijiet, inqis, bħall-Gvern Franċiż u l-Kummissjoni, li għandha tingħata interpretazzjoni wiesgħa lill-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0099" REF.END="QE0099"/>sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0099" CODE="201D" ID="QE0099"/>. Limitazzjoni tal-portata ta’ dan il-kunċett għall-metodi ta’ trattament sussegwenti tal-gassijiet tal-egżost (bl-esklużjoni tal-istrateġiji interni għall-magna, bħas-sistema tal-EGR), iċċaħħad ir-Regolament Nru 715/2007 minn parti kunsiderevoli tal-effett utli tiegħu. F’dan ir-rigward, id-distinzjoni magħmula mill-kumpannija X ma hijiex iġġustifikata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Konklużjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-interpretazzjoni letterali, kuntestwali, iżda wkoll teleoloġika tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 715/2007, inqis li r-risposta għat-tieni domanda preliminari għandha tiġi fformulata b’dan il-mod: il-punt 10 tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 715/2007 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0100" REF.END="QE0100"/>sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0100" CODE="201D" ID="QE0100"/> jinkludi kemm it-teknoloġiji, l-istrateġiji u l-partijiet mekkaniċi jew informatiċi li jippermettu li jitnaqqsu l-emissjonijiet (inklużi emissjonijiet ta’ NOx) fi stadju preċedenti, bħas-sistema tal-EGR, u kemm dawk li jippermettu li jiġu ttrattati u mnaqqsa fi stadju sussegwenti, wara l-ħolqien tagħhom.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet domanda preliminari</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108.</NO.P><TXT>It-tielet domanda preliminari tinkludi tliet partijiet: ser nitratta t-tieni parti meta neżamina r-raba’ domanda preliminari fit-taqsima li jmiss ta’ dawn il-konklużjonijiet.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="19"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0109"><NO.P>109.</NO.P><TXT>L-ewwel u t-tielet parti jikkonċernaw – essenzjalment – il-kwistjoni ta’ jekk il-punt 10 tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 715/2007 għandux jiġi interpretat fis-sens li apparat li jidentifika kull parametru marbut mal-iżvolġiment tal-proċeduri ta’ approvazzjoni previsti minn dan ir-regolament, sabiex jattiva jew jimmodula billi jiżdied, matul dawn il-proċeduri, il-funzjonament ta’ kull parti tas-sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet, u b’hekk jikseb l-approvazzjoni tal-vettura, jikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0101" REF.END="QE0101"/>apparat ta’ manipulazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0101" CODE="201D" ID="QE0101"/> fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, u dan minkejja li l-attivazzjoni billi jiżdied il-funzjonament tas-sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet tista’ titwettaq b’mod <HT TYPE="ITALIC">ad hoc</HT>, meta l-kundizzjonijiet preċiżi li jkollhom l-effett li jagħtu bidu lil din l-attivazzjoni jkunu preżenti f’ċirkulazzjoni reali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0110"><NO.P>110.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, din id-domanda teħtieġ risposta fl-affermattiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0111"><NO.P>111.</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0102" REF.END="QE0102"/>Apparat ta’ manipulazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0102" CODE="201D" ID="QE0102"/> huwa element ta’ disinn li jidentifika diversi parametri (temperatura, veloċità tal-vettura, eċċ) sabiex jattiva, jimmodula, jittardja jew iwaqqaf il-funzjonament ta’ kull parti ta’ sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet, u li jnaqqas l-effettività ta’ din is-sistema, f’kundizzjonijiet li wieħed jista’ raġonevolment jistenna li jseħħu matul il-funzjonament normali u matul l-użu normali ta’ vettura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0112"><NO.P>112.</NO.P><TXT>Il-kumpannija X tinvoka żewġ argumenti sabiex tirribatti tali klassifikazzjoni f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0113"><NO.P>113.</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel argument tagħha, hija ssostni li s-sistema tal-EGR ma tikkostitwixxix sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet u li, għaldaqstant, element ta’ disinn li jimmodula l-funzjonament tas-sistema tal-EGR ma jistax jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0103" REF.END="QE0103"/>apparat ta’ manipulazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0103" CODE="201D" ID="QE0103"/>. Fid-dawl tar-risposta li qiegħda nipproponi li tingħata għat-tieni domanda preliminari, dan l-argument ma jistax jintlaqa’. Jiena għalhekk mhux ħa nindirizza iktar dan is-suġġett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0114"><NO.P>114.</NO.P><TXT>It-tieni argument tagħha huwa s-segwenti: l-apparat ta’ manipulazzjoni li jimmanipula billi jżid il-funzjonament ta’ sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet <HT TYPE="ITALIC">matul testijiet f’laboratorju</HT> (bħat-testijiet NEDC) ma jnaqqasx l-effettività tal-imsemmija sistema. Hija biss il-modulazzjoni magħmula matul l-użu normali ta’ vettura li tippermetti li tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ apparat ta’ manipulazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0115"><NO.P>115.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, dan l-argument huwa kemm qarrieqi u kemm infondat, kemm fuq livell fattwali u kemm fuq livell legali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0116"><NO.P>116.</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq livell fattwali</HT>, mid-deċiżjoni tar-rinviju kif ukoll mir-rapport perizjali jirriżulta li s-sistema tal-EGR taħdem skont żewġ modi, ikkontrollati mis-softwer kontenzjuż. Meta ċ-ċiklu karatteristiku tat-test ta’ approvazzjoni jiġi identifikat, is-sistema tal-EGR tgħaddi fil-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0104" REF.END="QE0104"/>mod 1<QUOT.END REF.START="QS0104" CODE="201D" ID="QE0104"/>. Fl-assenza ta’ dan, meta jidentifika l-assenza tal-kundizzjonijiet karatteristiċi tat-test ta’ approvazzjoni, is-sistema tmur fuq il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0105" REF.END="QE0105"/>mod 0<QUOT.END REF.START="QS0105" CODE="201D" ID="QE0105"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0117"><NO.P>117.</NO.P><TXT>Fil-mod 1, il-valv tal-EGR ikollu livell ta’ ftuħ ikbar u jippermetti lill-vettura tosserva l-limitazzjonijiet regolamentari f’termini ta’ emissjonijiet ta’ NOx. Għall-kuntrarju, fil-mod 0 (jiġifieri, fil-prattika, il-mod li jipprevali fil-kundizzjonijiet ta’ sewqan reali), il-valv tal-EGR ma jkunx iddiżattivat kompletament, iżda l-ftuħ tiegħu ikun limitat. Tali modulazzjoni twassal għal emissjonijiet ta’ NOx ferm superjuri għal dawk li jidhru fil-fażi tat-test<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P>Ir-rapport perizjali jsemmi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0106" REF.END="QE0106"/>żieda b’fattura ta’ 3 tal-emissjonijiet ta’ NOx, li jmur ferm lil hinn mill-marġni ta’ żball fil-kejl u l-protokoll implimentat<QUOT.END REF.START="QS0106" CODE="201D" ID="QE0106"/>; ara l-paġna 74 tar-rapport perizjali.</P></NOTE> u, fi kwalunkwe każ, għal riżultat li ma huwiex konformi mal-limiti ffissati mir-Regolament Nru 715/2007<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0041"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem.</HT></P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="20"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0118"><NO.P>118.</NO.P><TXT>Kif irrilevaw ġustament il-Kummissjoni u l-Gvern Franċiż, huwa għalhekk manifest li l-apparat inkwistjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0107" REF.END="QE0107"/>jimmodula<QUOT.END REF.START="QS0107" CODE="201D" ID="QE0107"/> l-funzjonament ta’ parti mis-sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet, peress li jvarja l-livell ta’ emissjonijiet skont l-identifikazzjoni ta’ diversi parametri ddefiniti minn qabel, billi jgħaddi minn mod għal ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0119"><NO.P>119.</NO.P><TXT>Fi kliem ieħor, bl-għażla prestabbilita għall-mod 0 f’kundizzjonijiet ta’ użu normali tal-vettura, il-proċess implimentat għandu l-effett li jimmodula billi jnaqqas l-effettività tas-sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet. Il-fatt li dan il-proċess iwassal għal attivazzjoni ikbar fil-każ biss li jiġu identifikati l-kundizzjonijiet speċifiċi tat-test ta’ approvazzjoni ma għandu ebda impatt fuq din il-konstatazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0120"><NO.P>120.</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq livell legali</HT>, għandu jiġi kkonstatat li barra minn hekk it-teżi difiża mill-kumpannija X ma hijiex konformi la mat-test, la mal-kuntest u lanqas mal-għan tal-punt 10 tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 715/2007.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0121"><NO.P>121.</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif irrilevat ġustament il-Kummissjoni, din id-dispożizzjoni ma hijiex ibbażata fuq <HT TYPE="ITALIC">dikotomija</HT> bejn il-fażi tat-testijiet imwettqa għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura u l-perijodu sussegwenti ta’ użu normali tal-vettura. L-approvazzjoni tal-vetturi bil-magna hija bbażata fuq <HT TYPE="ITALIC">proċeduri ta’ test li għandhom</HT>, sa fejn ikun possibbli, <HT TYPE="ITALIC">jikkorrispondu għal dak li ser ikun l-użu normali futur tal-vettura</HT>, wara t-tqegħid tagħha fis-suq. It-test huwa mistenni li jirriproduċi <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> l-kundizzjonijiet reali ta’ sewqan li l-vettura ser tiltaqa’ magħhom matul l-użu normali tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0122"><NO.P>122.</NO.P><TXT>Il-metodu ta’ test NEDC jikkostitwixxi b’xi mod jew ieħor traġitt teoretiku, li jiġbor fil-qosor (b’mod skematiku) dawn il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0108" REF.END="QE0108"/>kondizzjonijiet li wieħed raġonevolment jistenna li jiltaqa’ magħhom waqt it-tħaddim u l-użu normali ta’ vettura<QUOT.END REF.START="QS0108" CODE="201D" ID="QE0108"/>. Id-diżattivazzjoni parzjali jew kompleta ta’ sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet, ipprogrammata sabiex tapplika sistematikament meta ma jkunx hemm dan it-traġitt teoretiku, twassal neċessarjament għal tnaqqis tal-effettività ta’ din is-sistema f’kundizzjonijiet ta’ użu normali. Din id-diżattivazzjoni artifiċjali tista’ twassal biss għal ksur tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament Nru 715/2007.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0123"><NO.P>123.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ma hemmx bażi testwali insostenn tal-pożizzjoni li qiegħda tiġi difiża mill-kumpannija X.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0124"><NO.P>124.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fuq livell kuntestwali, għandu jsir riferiment ukoll għall-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 715/2007: dan jistabbilixxi l-obbligu li tiġi ggarantita limitazzjoni effettiva tal-emissjonijiet mill-pajp tal-egżost matul il-ħajja normali kollha tal-vetturi u dan f’<HT TYPE="ITALIC">kundizzjonijiet ta’ użu normali</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0042"><P>Ara wkoll l-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 715/2007, li jsemmi l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0109" REF.END="QE0109"/>użu normali<QUOT.END REF.START="QS0109" CODE="201D" ID="QE0109"/> tal-vetturi.</P></NOTE>. Apparat li l-uniku għan tiegħu jkun li jiżgura l-osservanza tal-limiti regolamentari matul testijiet imwettqa f’laboratorju jmur <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT> kontra dan l-obbligu. Ir-rapport perizjali huwa ċar f’dan is-sens: skont l-espert, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0110" REF.END="QE0110"/>fl-ispirtu tal-liġi, is-sistemi ta’ kontroll tal-emissjonijiet għandhom ikunu operazzjonali matul il-funzjonament normali tal-vettura<QUOT.END REF.START="QS0110" CODE="201D" ID="QE0110"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0043"><P>Ara l-paġna 75 tar-rapport perizjali.</P></NOTE>. Jekk tintlaqa’ l-pożizzjoni tal-kumpannija X, dan iwassal sabiex <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0111" REF.END="QE0111"/>jiġi ammess li l-intenzjoni tal-leġiżlazzjoni ma hijiex li jitnaqqsu l-emissjonijiet inkwinanti kuljum […] iżda biss li t-teknoloġiji jiġu suġġetti għal testijiet sabiex jgħaddu minn livell<QUOT.END REF.START="QS0111" CODE="201D" ID="QE0111"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0044"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem.</HT></P></NOTE>. Huwa evidenti li tali interpretazzjoni ma tkunx konformi mal-loġika sistemika tar-Regolament Nru 715/2007.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0125"><NO.P>125.</NO.P><TXT>Ir-riflessjoni magħmula mill-perit twassalni naturalment għall-aspett teleoloġiku tal-kwistjoni: fid-dawl tal-għanijiet segwiti mir-Regolament Nru 715/2007 (kif esposti fil-punti 104 u 105 ta’ dawn il-konklużjonijiet), ma hemm ebda dubju li t-teżi difiża mill-kumpannija X twassal għal limitazzjoni mhux ġustifikata tal-effett utli tar-Regolament Nru 715/2007 u tal-projbizzjoni fir-rigward tal-apparat imsemmi fil-punt 10 tal-Artikolu 3 u fl-Artikolu 5(2) tal-imsemmi regolament.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="21"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0126"><NO.P>126.</NO.P><TXT>Finalment, bħalma jagħmlu l-Kummissjoni u l-Gvern Franċiż, inqis li l-fatt li l-modulazzjoni billi jiżdied il-funzjonament tas-sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet tista’ titwettaq <HT TYPE="ITALIC">ad hoc</HT> fl-okkażjoni tal-użu normali tal-vettura huwa irrilevanti. Kif osservat il-Kummissjoni, il-probabbiltà li sseħħ tali koinċidenza hija inkredibbilment żgħira (fid-dawl tal-karatteristiċi speċifiċi tat-test NEDC). L-osservanza, mill-vettura, tal-limiti ffissati mir-regolament inkwistjoni għandha tkun <HT TYPE="ITALIC">ir-regola</HT> matul l-użu normali tagħha, u mhux <HT TYPE="ITALIC">eċċezzjoni</HT> marbuta mal-eżistenza aċċidentali ta’ kundizzjonijiet analogi għal dawk tat-testijiet ta’ approvazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0127"><NO.P>127.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, inqis li r-risposta għat-tielet domanda għandha tiġi fformulata bil-mod segwenti: il-punt 10 tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 715/2007 għandu jiġi interpretat fis-sens li apparat li jidentifika kull parametru marbut mal-iżvolġiment tal-proċeduri ta’ approvazzjoni previsti minn dan l-istess regolament, bil-għan li jattiva jew jimmodula billi jiżdied, matul dawn il-proċeduri, il-funzjonament ta’ kull parti mis-sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet, u b’hekk bil-għan li jikseb l-approvazzjoni tal-vettura, jikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0112" REF.END="QE0112"/>apparat ta’ manipulazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0112" CODE="201D" ID="QE0112"/> fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, anki jekk il-modulazzjoni billi jiżdied il-funzjonament ta’ din is-sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet tista’ titwettaq <HT TYPE="ITALIC">ad hoc</HT> meta l-kundizzjonijiet preċiżi li jattivawha jkunu preżenti b’mod aleatorju f’kundizzjonijiet ta’ użu normali tal-vettura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-raba’ domanda preliminari</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0128"><NO.P>128.</NO.P><TXT>Permezz tal-punt b) tat-tielet domanda, kif ukoll permezz tar-raba’ domanda (li min-naħa tagħha fiha tliet partijiet), il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar il-legalità ta’ apparat ta’ manipulazzjoni bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali u, b’mod partikolari, dwar il-kwistjoni ta’ jekk tali apparat jistax jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ waħda mill-eċċezzjonijiet għall-projbizzjoni prevista fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament Nru 715/2007. Il-qorti tar-rinviju, b’mod iktar preċiż, tixtieq li jiġi ddeterminat jekk il-fatt li jitnaqqas il-proċess li bih tiqdiem jew tinstadd il-magna jistax jitqies li jagħmel parti mir-raġunijiet imperattivi marbuta mal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0113" REF.END="QE0113"/>protezzjoni tal-magna mill-ħsara jew inċidenti<QUOT.END REF.START="QS0113" CODE="201D" ID="QE0113"/> jew mat-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0114" REF.END="QE0114"/>tħaddim fis-sigurtà tal-vettura<QUOT.END REF.START="QS0114" CODE="201D" ID="QE0114"/> fis-sens tal-Artikolu 5(2)(a) ta’ dan ir-regolament u b’hekk jiġġustifika l-preżenza tal-imsemmi apparat ta’ manipulazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0129"><NO.P>129.</NO.P><TXT>Infakkar li l-użu ta’ apparat ta’ manipulazzjoni li jnaqqas l-effettività tas-sistemi ta’ kontroll tal-emissjonijiet huwa pprojbit u li din il-projbizzjoni fuq livell ta’ prinċipju hija suġġetta għal tliet eċċezzjonijiet biss, jiġifieri meta: a) <HT TYPE="ITALIC">il-bżonn tal-apparat</HT> ikun iġġustifikat f’termini ta’ protezzjoni tal-magna kontra l-<HT TYPE="ITALIC">ħsara</HT> jew <HT TYPE="ITALIC">inċident</HT> u għall-<HT TYPE="ITALIC">funzjonament fis-sigurtà</HT> tal-vettura; b) l-apparat ma jaħdimx <HT TYPE="ITALIC">għajr għall-ħtiġijiet tal-istartjar tal-magna</HT>; jew c) il-kundizzjonijiet ikunu <HT TYPE="ITALIC">sostanzjalment inklużi fil-proċeduri ta’ eżami</HT> sabiex jiġu vverifikati l-emissjonijiet permezz tal-evaporazzjoni u l-emissjonijiet permezz tal-pajp tal-egżost.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0130"><NO.P>130.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-punti ta’ fatt esposti iktar ’il fuq, l-eċċezzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5(2)(b) u (c) huma manifestament irrilevanti f’din il-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0131"><NO.P>131.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, għandha tiġi analizzata l-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 5(2)(a) tar-Regolament Nru 715/2007, li tippermetti li tiġi ġġustifikata l-preżenza ta’ apparat ta’ manipulazzjoni meta dan ikun meħtieġ sabiex il-magna tiġi protetta kontra l-ħsara jew kontra inċidenti u sabiex jiġi ggarantit il-funzjonament fis-sigurtà tal-vettura.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="22"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0132"><NO.P>132.</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat li, skont ġurisprudenza stabbilita, l-eċċezzjonijiet għandhom jiġu <HT TYPE="ITALIC">interpretati b’mod strett</HT> sabiex ir-regoli ġenerali ma jiġux <HT TYPE="ITALIC">imċaħħda mis-sustanza tagħhom</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0045"><P>Sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100422">22 ta’ April 2010</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Ir‑Renju Unit</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑346/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:213">EU:C:2010:213</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. F’dan ir-rigward, l-interpretazzjoni tal-eċċezzjonijiet ma tistax tmur lil hinn mill-każijiet previsti b’<HT TYPE="ITALIC">mod espliċitu</HT> mid-dispożizzjoni inkwistjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0046"><P>Ara, fost oħrajn, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130516">16 ta’ Mejju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Melzer</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑228/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:305">EU:C:2013:305</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150305">5 ta’ Marzu 2015</DATE>, <NAME.CASE>CopydanBåndkopi</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑463/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:144">EU:C:2015:144</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0087">87</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0133"><NO.P>133.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, nibda billi neskludi mill-ewwel l-argument ippreżentat mill-kumpannija X fis-sens li għandha tingħata interpretazzjoni jew applikazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0115" REF.END="QE0115"/>wiesgħa<QUOT.END REF.START="QS0115" CODE="201D" ID="QE0115"/> tal-eċċezzjoni inkwistjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0047"><P>Skont il-kumpannija X, din l-interpretazzjoni (jew applikazzjoni) wiesgħa għandha tiġi ffavorita għaliex l-eċċezzjoni msemmija iktar ’il fuq <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0116" REF.END="QE0116"/>ma teħtieġx li tintuża l-aħjar teknoloġija disponibbli u […] għandha tingħata interpretazzjoni każ b’każ iktar milli tifsira astratta<QUOT.END REF.START="QS0116" CODE="201D" ID="QE0116"/>. F’dan ir-rigward, nirrileva li l-eċċezzjoni inkwistjoni ma tagħmel ebda riferiment għall-ħtieġa (jew għall-assenza ta’ ħtieġa) li tintuża l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0117" REF.END="QE0117"/>aħjar teknoloġija disponibbli<QUOT.END REF.START="QS0117" CODE="201D" ID="QE0117"/>. Sa fejn tistabbilixxi regola ta’ applikazzjoni ġenerali, din l-eċċezzjoni għandu neċessarjament ikollha portata normattiva u astratta. Għaldaqstant, l-argument invokat mill-kumpannija X huwa ineffettiv.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0134"><NO.P>134.</NO.P><TXT>F’din il-kawża għandha tingħata interpretazzjoni tal-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0118" REF.END="QE0118"/>inċident<QUOT.END REF.START="QS0118" CODE="201D" ID="QE0118"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0119" REF.END="QE0119"/>ħsara<QUOT.END REF.START="QS0119" CODE="201D" ID="QE0119"/>. Fil-fehma tiegħi, il-portata ta’ dawn iż-żewġ kelmiet tista’ tinstilet minn qari letterali u teleoloġiku tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0135"><NO.P>135.</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq livell letterali</HT>, nosserva li b’mod komuni huwa aċċettat li l-kelma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0120" REF.END="QE0120"/>inċident<QUOT.END REF.START="QS0120" CODE="201D" ID="QE0120"/> tirreferi għal avveniment mhux previst u li jseħħ f’daqqa u li jimplika ħsarat jew perikoli, inklużi korrimenti jew mewt<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0048"><P>Fir-rigward tat-tifsira aċċettata ta’ din il-kelma fil-lingwa Franċiża, ara d-dizzjunarju <HT TYPE="ITALIC">Le Petit Robert</HT>, Société du Nouveau Littré, Pariġi, 1973, <HT TYPE="ITALIC">sub voce</HT> <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0121" REF.END="QE0121"/>Accident<QUOT.END REF.START="QS0121" CODE="201D" ID="QE0121"/>.</P></NOTE>. Min-naħa tagħha, il-kelma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0122" REF.END="QE0122"/>ħsara<QUOT.END REF.START="QS0122" CODE="201D" ID="QE0122"/> tirreferi għal dannu li jirriżulta ġeneralment minn kawża vjolenti jew li sseħħ f’daqqa<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0049"><P>Fir-rigward tat-tifsira aċċettata ta’ din il-kelma fil-lingwa Franċiża, ara d-dizzjunarju <HT TYPE="ITALIC">Le Petit Robert</HT>, Société du Nouveau Littré, Pariġi, 1973, <HT TYPE="ITALIC">sub voce</HT> <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0123" REF.END="QE0123"/>Dégât<QUOT.END REF.START="QS0123" CODE="201D" ID="QE0123"/>.</P></NOTE>. Il-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0124" REF.END="QE0124"/>accident<QUOT.END REF.START="QS0124" CODE="201D" ID="QE0124"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0125" REF.END="QE0125"/>damage<QUOT.END REF.START="QS0125" CODE="201D" ID="QE0125"/> użat fil-verżjoni bl-Ingliż tar-Regolament Nru 715/2007 ma jikkontradixxux, fil-fehma tiegħi, din l-aċċettazzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0050"><P>B’hekk, fl-Ingliż, il-kelma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0126" REF.END="QE0126"/>damage<QUOT.END REF.START="QS0126" CODE="201D" ID="QE0126"/> tista’ tiġi ddefinita hekk: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0127" REF.END="QE0127"/>physical harm that impairs the value, usefulness, or normal function of something<QUOT.END REF.START="QS0127" CODE="201D" ID="QE0127"/> (ara, f’dan is-sens, Oxford Dictionary of English, OUP, 2016). Fl-istess dizzjunarju, il-kelma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0128" REF.END="QE0128"/>accident<QUOT.END REF.START="QS0128" CODE="201D" ID="QE0128"/> hija ddefinita hekk: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0129" REF.END="QE0129"/>An unfortunate incident that happens unexpectedly and unintentionally, typically resulting in damage or injury. An event that happens by chance or that is without apparent or deliberate cause<QUOT.END REF.START="QS0129" CODE="201D" ID="QE0129"/>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0136"><NO.P>136.</NO.P><TXT>Meta l-formulazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni tkun ċara u preċiża, wieħed għandu joqgħod fuqha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0051"><P>Sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20051208">8 ta’ Diċembru 2005</DATE>, <NAME.CASE>BĊE vs Il‑Ġermanja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑220/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:748">EU:C:2005:748</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0137"><NO.P>137.</NO.P><TXT>Għalhekk, apparat ta’ manipulazzjoni jista’ jkun iġġustifikat, skont l-Artikolu 5(2)(a) tar-regolament imsemmi iktar ’il fuq, fil-każ biss li jirriżulta <HT TYPE="ITALIC">neċessarju</HT> sabiex jipproteġi l-magna milli jseħħu danni <HT TYPE="ITALIC">f’daqqa</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0138"><NO.P>138.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, għandha għalhekk tiġi miċħuda l-interpretazzjoni estensiva tal-Gvern Taljan fis-sens li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0130" REF.END="QE0130"/>ħsara<QUOT.END REF.START="QS0130" CODE="201D" ID="QE0130"/> għandu jiġi estiż b’mod li jinkludi t-tkagħbir bl-użu, it-telf ta’ effiċjenza jew it-telf tal-valur patrimonjali tal-vettura li jirriżulta mill-proċess li bih il-magna tiqdiem jew tinstadd progressivament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0139"><NO.P>139.</NO.P><TXT>Kif irrilevaw ġustament il-Kummissjoni u l-Gvern Franċiż, il-proċess li bih tiqdiem u tinstadd il-magna jew parti mill-magna huwa r-riżultat inevitabbli tal-użu <HT TYPE="ITALIC">normali</HT> ta’ vettura. Dawn huma effetti <HT TYPE="ITALIC">ordinarji</HT> u <HT TYPE="ITALIC">prevedibbli</HT> tal-akkumulazzjoni progressiva ta’ impuritajiet fil-magna, matul il-ħajja normali kollha tal-vettura, f’kundizzjonijiet ta’ użu normali – effetti li barra minn hekk jistgħu jiġu attenwati permezz ta’ manteniment regolari, ippjanat fuq perijodu twil. Dawn għalhekk la huma inċidenti, la huma ħsara u lanqas ma huma perikoli għall-funzjonament fis-sigurtà tal-vettura.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="23"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0140"><NO.P>140.</NO.P><TXT>Ngħaddi issa għall-aspett <HT TYPE="ITALIC">teleoloġiku</HT> tad-domanda. Fil-fehma tiegħi, fid-dawl tal-għanijiet tar-Regolament Nru 715/2007 u, b’mod partikolari, tal-għan tal-protezzjoni tal-ambjent u tat-titjib tal-kwalità tal-ajru fi ħdan l-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0052"><P>Ara l-punti 104 u 105 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>, l-interpretazzjoni estensiva difiża mill-Gvern Taljan ma tista’ tiġi ġġustifikata bl-ebda mod.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0141"><NO.P>141.</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni ġġib fix-xejn is-sustanza tar-regola ġenerali (fi kliem ieħor, il-projbizzjoni tal-apparat ta’ manipulazzjoni li jnaqqas l-effettività tas-sistemi ta’ kontroll tal-emissjonijiet).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0142"><NO.P>142.</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-manifatturi ta’ vetturi għandhom jiżguraw li dawn tal-aħħar josservaw il-limiti ffissati mil-leġiżlazzjoni fil-qasam tal-emissjonijiet, <HT TYPE="ITALIC">matul il-funzjonament normali tagħhom</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0053"><P>Ara wkoll il-punti 50 u 52 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>, u għandhom jiżguraw li dawn il-vetturi jaħdmu b’mod sigur, filwaqt li josservaw dawn il-limiti. Għalkemm ma jistax jiġi eskluż li l-funzjonament ta’ sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet jista’ jaffettwa b’mod negattiv (fuq perijodu twil) it-tul tal-ħajja jew l-affidabbiltà tal-magna, dan il-fatt bl-ebda mod ma jiġġustifika li wieħed jiddiżattiva l-imsemmija sistema matul il-funzjonament normali tal-vettura, f’kundizzjonijiet ta’ użu normali, bis-sempliċi għan li l-magna tiġi protetta mill-proċess li bih tiqdiem jew tinstadd b’mod progressiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0143"><NO.P>143.</NO.P><TXT>Fi kliem ieħor, huwa diffiċli li l-interpretazzjoni ppreżentata (f’din il-kawża) mill-Gvern Taljan tiġi aċċettata għaliex twassal sabiex il-projbizzjoni msemmija iktar ’il fuq tiġi mċaħħda minn kull effett utli u b’mod kompletament evidenti tmur kontra l-volontà tal-leġiżlatur tal-Unjoni, li hija li jiġi żgurat it-tnaqqis tal-emissjonijiet inkwinanti bl-iffissar ta’ limiti li għandhom jiġu osservati matul l-użu normali ta’ kull vettura mqiegħda fis-suq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0144"><NO.P>144.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, tali interpretazzjoni timplika <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT> li l-interessi ekonomiċi (bħaż-żamma tal-valur tal-bejgħ mill-ġdid tal-vettura) jipprevalu fuq is-saħħa pubblika<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0054"><P>Bħala prinċipju, il-protezzjoni tas-saħħa pubblika għandha tingħata importanza ikbar minn kunsiderazzjonijiet ekonomiċi: ara, b’analoġija, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19970717">17 ta’ Lulju 1997</DATE>, <NAME.CASE>Affish</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑183/95</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1997:373">EU:C:1997:373</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Dan ir-riżultat imur kontra l-formulazzjoni u l-ispirtu tar-Regolament Nru 715/2007<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0055"><P>Nirrileva li l-interpretazzjoni li qiegħda nipproponi hija simili għal dik adottata llum ’il ġurnata mill-Kummissjoni fl-Avviż tagħha C(2017) 352 final tas‑<DATE ISO="20170126">26 ta’ Jannar 2017</DATE> (Gwida dwar l-evalwazzjoni tal-Istrateġiji Awżiljarji għall-Kontroll tal-Emissjonijiet u l-preżenza ta’ Tagħmir ta’ Riduzzjoni fir-rigward tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward talemissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6)). Madankollu, l-avviż imsemmi iktar ’il fuq ma għandux effett vinkolanti u (bħala tali) ma jistax iservi ta’ bażi għall-ħidma ta’ interpretazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja. Barra minn hekk, għandu jiġi osservat li l-fatti li wasslu għat-tilwima fil-kawża prinċipali jippreċedu l-adozzjoni ta’ dan l-avviż. Fil-fehma tiegħi, għalhekk, ma hemmx lok li dan l-avviż jittieħed inkunsiderazzjoni f’din il-kawża.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0145"><NO.P>145.</NO.P><TXT>X’konklużjoni għandha tinstilet minn dan f’din il-kawża?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0146"><NO.P>146.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, huma biss ir-riskji <HT TYPE="ITALIC">immedjati</HT> ta’ ħsarat li jaffettwaw l-affidabbiltà tal-magna u li jikkawżaw perikolu konkret matul is-sewqan tal-vettura li huma ta’ natura li jiġġustifikaw il-preżenza ta’ apparat ta’ manipulazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0147"><NO.P>147.</NO.P><TXT>Hija l-qorti tar-rinviju – li hija l-unika qorti li tiddeċiedi dwar il-fatti – li għandha tistabbilixxi jekk l-apparat inkwistjoni fil-kawża prinċipali jaqax fil-limiti tal-eċċezzjoni analizzata iktar ’il fuq<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0056"><P>Fil-fatt, skont ġurisprudenza stabbilita, il-qorti nazzjonali għandha ġurisdizzjoni esklużiva sabiex tikkonstata u tevalwa l-fatti inkwistjoni fil-kawża prinċipali: ara s-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190508">8 ta’ Mejju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Dodič</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑194/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:385">EU:C:2019:385</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="24"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0148"><NO.P>148.</NO.P><TXT>Madankollu, jidhirli f’loku li nirrileva li, skont ir-rapport perizjali, is-sistema tal-EGR <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0131" REF.END="QE0131"/>ma teqridx il-magna<QUOT.END REF.START="QS0131" CODE="201D" ID="QE0131"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0057"><P>Ara l-paġni 74 u 75 tar-rappport perizjali.</P></NOTE>. Madankollu, din is-sistema tista’ tnaqqas ir-rendiment tal-magna bl-użu u tista’ tħaffef il-proċess li bih jinġema’ ħmieġ fil-magna, li jista’ jagħmel l-operazzjonijiet ta’ manteniment <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0132" REF.END="QE0132"/>iktar frekwenti u b’iktar spejjeż<QUOT.END REF.START="QS0132" CODE="201D" ID="QE0132"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0058"><P>Ara l-paġna 76 tar-rapport perizjali.</P></NOTE>. Fid-dawl ta’ din il-konstatazzjoni, jidhirli li l-apparat ta’ manipulazzjoni inkwistjoni ma huwiex meħtieġ sabiex il-magna tiġi protetta kontra <HT TYPE="ITALIC">inċidenti</HT> jew <HT TYPE="ITALIC">ħsara</HT> u sabiex jiġi żgurat il-<HT TYPE="ITALIC">funzjonament fis-sigurtà tal-vettura</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0149"><NO.P>149.</NO.P><TXT>Ir-risposta għall-punt b) tat-tielet domanda u għar-raba’ domanda preliminari għandha għalhekk tiġi fformulata kif ġej: l-Artikolu 5(2)(a) tar-Regolament Nru 715/2007 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-għan li jitnaqqas il-proċess li bih magna tiqdiem jew tinstadd ma jiġġustifikax l-użu ta’ apparat ta’ manipulazzjoni, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Konklużjonijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0150"><NO.P>150.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti r-risposta segwenti għad-domandi magħmula mill-vice-président chargé de l’instruction du tribunal de grande instance de Paris (il-Viċi President Responsabbli għall-Istruttorja tal-Qorti Reġjonali ta’ Pariġi, Franza)</TXT></NP.ECR><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>L-ewwel domanda preliminari</TXT><P>Il-punt 10 tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20070620">20 ta’ Ġunju 2007</DATE> dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward ta’ l-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi għandu jiġi interpretat fis-sens li programm integrat fil-kalkolatur ta’ kontroll tal-magna jew, b’mod iktar ġenerali, li jaġixxi fuq dan il-kalkolatur jista’ jitqies li huwa element ta’ disinn fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, kemm‑il darba jkun jagħmel parti integrali mill-imsemmi kalkolatur.</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>It-tieni domanda preliminari</TXT><P>Il-punt 10 tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 715/2007 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0133" REF.END="QE0133"/>sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0133" CODE="201D" ID="QE0133"/> jinkludi kemm it-teknoloġiji, l-istrateġiji u l-partijiet mekkaniċi jew informatiċi li jippermettu li jitnaqqsu l-emissjonijiet (inklużi emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu) fi stadju preċedenti, bħas-sistema tar-riċirkulazzjoni tal-gassijiet tal-egżost, u kemm dawk li jippermettu li jiġu ttrattati u mnaqqsa fi stadju sussegwenti, wara l-ħolqien tagħhom.</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>It-tielet domanda preliminari</TXT><P>Il-punt 10 tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 715/2007 għandu jiġi interpretat fis-sens li apparat li jidentifika kull parametru marbut mal-iżvolġiment tal-proċeduri ta’ approvazzjoni previsti minn dan l-istess regolament, bil-għan li jattiva jew jimmodula billi jiżdied, matul dawn il-proċeduri, il-funzjonament ta’ kull parti mis-sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet, u b’hekk bil-għan li jikseb l-approvazzjoni tal-vettura, jikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0134" REF.END="QE0134"/>apparat ta’ manipulazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0134" CODE="201D" ID="QE0134"/> fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, anki jekk il-modulazzjoni billi jiżdied il-funzjonament ta’ din is-sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet tista’ titwettaq <HT TYPE="ITALIC">ad hoc</HT> meta l-kundizzjonijiet preċiżi li jattivawha jkunu preżenti b’mod aleatorju f’kundizzjonijiet ta’ użu normali tal-vettura.</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Ir-raba’ domanda preliminari</TXT><?PAGE NO="25"?><P>L-Artikolu 5(2)(a) tar-Regolament Nru 715/2007 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-għan li jitnaqqas il-proċess li bih magna tiqdiem jew tinstadd ma jiġġustifikax l-użu ta’ apparat ta’ manipulazzjoni, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</P></NP></ITEM></LIST></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>