<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.00-20081231.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="ECRCJ2007MTB.0700619901.case.xml"><NO.CASE>C-119/05</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62005C0119</NO.CELEX><NO.SEQ>0001.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>6204</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>6227</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>24</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><LEFT>KONKLUŻJONIJIET GEELHOED — KAWŻA C-119/05</LEFT><RIGHT>LUCCHINI</RIGHT></CURR.TITLE><CONTENTS.CONCLUSION><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet ta' l-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Geelhoed</HT></P><P>ippreżentati fl-<DATE ISO="20060914">14 ta' Settembru 2006</DATE><NOTE NOTE.ID="E0001" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Lingwa oriġinali: l-Olandiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>I —</NO.P><TXT>Introduzzjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Din hija kawża li terġa' tqajjem il-kwistjoni dwar l-intanġibbiltà ta' l-awtorità ta' <HT TYPE="ITALIC">res judicata.</HT> Din id-darba hija l-awtorità ta' <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> bsentenza ċivili ta' qorti Taljana, li tafferma l-obbligu ta' l-Istat Taljan li jħallas għajnuna mwiegħda kundizzjonalment, firrigward ta' l-effett legali ta' deċiżjoni preċe-denti tal-Kummissjoni fejn din l-għajnuna ġiet iddikjarata inkompatibbli mas-suq komuni. Fil-proċedura sussegwenti ta' rkupru ta' għajnuna ddikjarata inkompatibbli mad-dritt Komunitarja, il-benefiċjarju ta' listess għajnuna jqajjem kontra l-awtoritajiet Taljani l-eżistenza ta' sentenza tal-qorti Taljana li saret <HT TYPE="ITALIC">res judicata.</HT> Il-kwistjoni fundamentali hija, sostanzjalment, jekk sentenza tal-Qorti Nazzjonali tistax tostakola l-eżerċizzju tal-kompetenza esklużiva tal-Kummissjoni biex tiwerifika l-kompatibbiltà ta' għajnuna mill-Istat mas-suq komuni u, jekk dan huwa l-każ, li tordna l-irkupru ta' għajnuna mogħtija illegalment</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>II —</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet rilevanti</TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A —</NO.P><TXT>Id-dritt Komunitarju</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(c) KEFA jipprojbixxi lill-Istati Membri milli jagħtu sussidji jew għajnuna ta' kwalunkwe tip fis-settur ta' lazzar.</TXT></NP><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kriżi gravi fis-settur ta' lazzar fl-Ewropa, sa mill-1980 ingħataw bosta derogi minn din il-projbizzjoni assoluta. Id-derogi għandhom bħala bażi legali l-ewwel u t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 95 KEFA.</TXT></NP><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Mit-tieni nofs ta' l-1981 sat-tmiem ta' l-1985 kienet fis-seħħ id-Deċiżjoni Nru 2320/81/KEFA<NOTE NOTE.ID="E0002" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-<DATE ISO="19810807">7 ta' Awissu 1981</DATE>, li tistabbilixxi regoli Komunitarji dwar l-għajnuna favur l-industrija ta' lazzar (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="228" DATE.PUB="1981" PAGE.FIRST="14">ĠU L 228, p. 14</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>, kif emendata permezz tad-Deċiżjoni Nru 1018/85/KEFA<NOTE NOTE.ID="E0003" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tad-<DATE ISO="19850407">19 ta' April 1985</DATE> li temenda d-Deċiżjoni Nru 2320/81 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="110" DATE.PUB="1985" PAGE.FIRST="5">ĠU L 110, p. 5</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>, l-hekk imsej-jaħ it-tieni kodiċi dwar l-għajnuna. L-iskop<?PAGE NO="I-6205"?> ta' dan il-kodiċi kien li jippermetti l-għoti ta' għajnuna bl-għan li jerġa' jqajjem dan issettur u jġib lura l-kapaċità produttiva fuq illivell tat-talba. Din l-għajnuna kienet ta' natura provviżorja u kienet teħtieġ approvazzjoni minn qabel Għal dan l-iskop il-kodiċi kien jipprevedi proċedura ta' l-approvazzjoni apposta.</TXT></NP><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-Artikolu 8(1) tat-tieni kodiċi dwar l-għajnuna jgħid:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0001" REF.END="QE0001" CODE="201C"/>Il-proġetti maħsuba sabiex jistabbilixxu jew jimmodifikaw l-għajnuna għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni fi żmien biż-żejjed, sabiex tagħti l-osservazzjonijiet tagħha [...]. [...] L-Istat Membru interessat jista' jġib fis-seħħ il-miżuri maħsuba blawtorizzazzjoni tal-Kummissjoni u skond ilkundizzjonijiet stabbiliti minnha biss.<QUOT.END ID="QE0001" REF.START="QS0001" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>Mill-<DATE ISO="19860101">1 ta' Jannar 1986</DATE> dan il-kodiċi ġie ssostitwit mit-tielet kodiċi dwar l-għajnuna, stabbilit mid-deċiżjoni Nru 3484/85/KEFA<NOTE NOTE.ID="E0004" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-<DATE ISO="19851127">27 ta' Novembru 1985</DATE> li tistabbilixxi regoli Komunitarji dwar l-għajnuna favur lindustrija ta' l-azzar (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="340" DATE.PUB="1985" PAGE.FIRST="1">ĠU L 340, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>, fis-seħħ mill-<DATE ISO="19860101">1 ta' Jannar 1986</DATE> sal-<DATE ISO="19881231">31 ta' Diċembru 1988</DATE>. Dan il-kodiċi dwar l-għaj-nuna kien aktar limitat f'termini ta' derogi għall-projbizzjoni ta' l-għajnuna fissettur. Taħt l-Artikolu 3 tat-tielet kodiċi dwar l-għajnuna, setgħet tingħata kontribuzzjoni biex l-installazzjonijiet jiġu adattati għar-rekwiżiti ambjentali. L-għajnuna mogħtija ma setgħet fl-ebda każ taqbeż il-limitu ta' 15% tas-sussidju nett ekwivalenti għall-ispejjeż ta' l-investiment direttament relatati mar-rekwiżiti ambjentali relattivi.</TXT></NP><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(3) tat-tielet kodiċi dwar l-għajnuna jispeċifika li l-għajnuna prevista f'dak il-kodiċi setgħet tingħata biss skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 6 u ma setgħetx tagħti lok għal ħlas wara l-<DATE ISO="19881231">31 ta' Diċembru 1988</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 (1), (2) u (4), tat-tielet kodiċi dwar l-għajnuna jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0002" REF.END="QE0002" CODE="201C"/>1.</NO.P><TXT>Il-proġetti maħsuba sabiex jistabbilixxu jew jimmodifikaw l-għajnuna għandhom jiġu komunikati lill-Kummissjoni, f'biżżejjed żmien biex tkun tista tiddeċiedi dwar il-każ [...].Bl-istess mod hija għandha tiġi mgħarrfa dwar il-proġetti maħsuba biex japplikaw fissettur ta' l-azzar sistemi ta' għajnuna li dwarhom hija diġà tat deċiżjoni bbażata fuq id-dispożizzjonijiet tat-Trattat KEE. In-notifiki tal-proġetti ta' għajnuna msemmija f'dan l-Artikolu għandhom isiru sat-<DATE ISO="19880630">30 ta' Ġunju 1988</DATE>.</TXT></NP><?PAGE NO="I-6206"?><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Il-proġetti kollha ta' intervent finanzjarju (sehem fishma, għoti ta' kapital jew miżuri simili) min-naħa ta' l-Istati Membri, entitajiet territorjali jew organi li jużaw għal dan l-għan ir-riżorsi pubbliċi, favur intrapriżi ta' l-azzar għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni, fbiżżejjed żmien biex tkun tista' tieħu deċiżjoni f'dan is-sens, u mhux aktar tard mit-<DATE ISO="19880630">30 ta' Ġunju 1988</DATE>.</TXT><P>Il-Kummissjoni tiwerifika jekk dawn l-interventi għandhomx elementi ta' għajnuna, skond l-Artikolu 1, paragrafu 2, u eventwalment tevalwa l-kompatibbiltà ta' din id-deċiżjoni mad-disposizzjonijiet ta' l-Artikoli 2 sa 5.</P></NP><P>[...]</P><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Jekk, wara li tkun stiednet lill-partijiet interessati jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom, il-Kummissjoni tqis li għajnuna mhijiex kompatibbli mad-dispożizzjonijiet ta' din id-deċiżjoni, hija tgħarraf lill-Istat Membru interessat bid-deċiżjoni tagħha. Il-Kummissjoni tiddeċiedi mhux aktar tard minn tliet xhur minn meta tirċievi l-informazzjoni meħtieġa biex tkun tista' tiddeċiedi dwar l-għajnuna in kwistjonijekk Stat Membru ma jħarisx din id-deċiżjoni, jiġu applikati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 88 tat-Trattat KEFA. L-Istat Membru in kwistjoni ma jistax jeżegwixxi miżuri ppjanati bħal dawk imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 jekk mhux blapprovazzjoni tal-Kummissjoni u skond ilkundizzjonijiet stabbiliti minnha.<QUOT.END ID="QE0002" REF.START="QS0002" CODE="201D"/></TXT></NP></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>It-tielet kodiċi dwar l-għajnuna ġie ssostitwit permezz tad-Deċiżjoni Nru 322/89/KEFA<NOTE NOTE.ID="E0005" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Deċiżjoni tal-Kummissjoni, ta' l-<DATE ISO="19890201">1 ta' Frar 1989</DATE> li tistabbilixxi r-regoli Komunitarji dwar l-għajnuna lill-industrija ta' l-azzar (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="038" DATE.PUB="1989" PAGE.FIRST="8">ĠU L 38, p. 8</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>, l-hekk imsejjaħ ir-raba' kodiċi dwar l-għajnuna. Dan ir-raba' kodiċi kien fis-seħħ mill-<DATE ISO="19890101">1 ta' Jannar 1989</DATE> sal-<DATE ISO="19911231">31 ta' Diċembru 1991</DATE>. L-Artikolu 3 tar-raba' kodiċi dwar l-għajnuna huwa identiku għat-test ta' l-Artikolu 3 tat-tielet kodiċi dwar l-għajnuna.</TXT></NP><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>Minn meta ġie mħassar it-Trattat KEFA fit-<DATE ISO="20020723">23 ta' Lulju 2002</DATE>, is-sistema dwar l-għajnuna tal-KE tapplika wkoll għall-għaj-nuna mogħtija lill-industrija ta' l-azzar.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B —</NO.P><TXT>Id-dritt nazzjonali</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>Il-Liġi tat-<DATE ISO="19760502">2 ta' Mejju 1976</DATE>, Nru 183 (iktar 'il quddiem: il-<QUOT.START ID="QS0003" REF.END="QE0003" CODE="201C"/>Liġi Nru 183/1976<QUOT.END ID="QE0003" REF.START="QS0003" CODE="201D"/>)<NOTE NOTE.ID="E0006" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Liġi dwar l-intervent straordinarju fin-Nofsinhar (ta' l-Italja), (legge n<HT TYPE="SUP">o</HT> 183/1976 sulla disciplina dell'intervento straordinario nel Mezzogiorno, GURI Nru 121, <DATE ISO="19760508">8 ta' Mejju 1976</DATE>).</P></NOTE>, tipprovdi l-possibbiltà li tingħata għajnuna finanzjarja diretta, u r-rimborż ta' l-imgħax, sa 30% ta' l-ispejjeż ta' l-investiment għall-proġetti industrijali fin-Nofsinhar (ta' l-Italja).</TXT></NP><?PAGE NO="I-6207"?><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2909 tal-Kodiċi Ċivili Taljan jipprovdi li ma jistgħux jiġu rrevokati deċiż-jonijiet li jinsabu fsentenza li saret <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> u għalhekk, mill-perspettiva proċe-durali, huma preklużi kontestazzjonijiet ġodda jew deċiżjonijiet ġodda dwar kontroversji li dwarhom organu ġuridiku jkun ta deċiżjoni finali. Skond il-qorti tar-rinviju, din ir-regola ma tgħoddx biss għal raġunijiet invokati fi proċedura preċedenti, iżda wkoll għal raġunijiet li setgħu jiġu invokati.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>III —</NO.P><TXT>Il-kuntest fattwali u proċedurali — domandi preliminari</TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-fatti/Kronoloġija</P></TI></TITLE><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>Il-fatti, kif jistgħu jiġu stabbiliti fid-dawl ta' l-atti tal-kawża, huma dawn li ġejjin (f'ordni kronoloġika):</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>fis-<DATE ISO="19851106">6 ta' Novembru 1985</DATE> is-sid preċe-denti ta' Lucchini Siderurgica SpA (iktar 'il quddiem: <QUOT.START ID="QS0004" REF.END="QE0004" CODE="201C"/>Lucchini<QUOT.END ID="QE0004" REF.START="QS0004" CODE="201D"/>) talab l-għaj-nuna finanzjarja prevista mil-Liġi Taljana Nru 183/1976. Għal investiment totali ta' ITL <FT TYPE="NUMBER">2550</FT> miljun biex timmodernizza xi installazzjonijiet, hija talbet self ta' ITL <FT TYPE="NUMBER">1021</FT> miljun b'rata favorevoli, kif ukoll finanzjament mill-Istat ta' ITL 765 miljun (li jikkorrispondi għal 30% ta' l-ispejjeż ta' l-investiment).</P></ITEM><ITEM><P>Permezz tad-deċiżjoni tal-<DATE ISO="19860611">11 ta' Ġunju 1986</DATE> l-istitut ta' kreditu inkarigat li jeżamina t-talba għal finanzjament tat self ta' ITL <FT TYPE="NUMBER">1021</FT> miljun għal żmien ta 10 snin, b'rata favorevoli ta' 4,25 %.</P></ITEM><ITEM><P>Fl-<DATE ISO="19880420">20 ta' April 1988</DATE> l-awtoritajiet kompetenti Taljani nnotifikaw lill-Kummissjoni, skond l-Artikolu 6(1) tat-tielet kodiċi dwar l-għajnuna, l-intenzjoni li jagħtu l-għajnuna lil Lucchini. Skond innotifika, din kienet għajnuna għal investiment għall-ħarsien ta' l-ambjent, għal ammont ta' ITL <FT TYPE="NUMBER">2550</FT> miljun li kellha tingħata permezz ta' self issussidjat b'rata favorevoli (is-sussidju kellu jkun ta' ITL 367 miljun) u kontribuzzjoni mill-Istat (għal ITL 765 miljun).</P></ITEM><ITEM><P>Permezz ta' ittra tat-<DATE ISO="19880622">22 ta' Ġunju 1988</DATE> il-Kummissjoni talbet aktar informazzjoni dwar din l-għajnuna, dwar innatura ta' l-investimenti ssussidjati u dwar il-kundizzjonijiet preċiżi tas-self mitlub (perċentwal, dewmien). F'din l-ittra ntalbet ukoll indikazzjoni jekk l-għajnuna ngħatatx fil-kuntest ta' lapplikazzjoni ta' regola ġenerali favur<?PAGE NO="I-6208"?> il-ħarsien ta' l-ambjent, biex ikun possibbli li l-installazzjonijiet jiġu adattati għar-regola ġdida fis-seħħ, b'indikaz-zjoni wkoll tar-regoli in kwistjoni. L-awtoritajiet kompetenti Taljani ma rrispondewx għal din it-talba.</P></ITEM><ITEM><P>Fis-<DATE ISO="19881116">16 ta' Novembru 1988</DATE> l-amministrazzjoni kompetenti Taljana (f'dak iż-żmien AGENSUD) bid-Deċiżjoni Nru 7372, minħabba li kienet qed toqrob l-iskadenza tat-terminu ta' żmien sabiex tingħata l-għajnuna fis-seħħ fit-tielet kodiċi dwar l-għajnuna (<DATE ISO="19881231">31 ta' Diċembru 1988</DATE>), tat lil Lucchini, taħt titolu provviżorju, għajnuna ta' ITL <FT TYPE="NUMBER">382500000</FT>, li huwa daqs 15 % ta' l-investiment totali (minflok it-30% previst mil-Liġi Nru 183/76), li kien bi ħsiebha tagħtih qabel il-<DATE ISO="19881231">31 ta' Diċembru 1988</DATE>, skond kif kien jipprovdi t-tielet kodiċi dwar l-għajnuna. Madankollu l-għoti tas-sussidju għall-imgħax ġie miċ-ħud, minħabba li f'każ kuntrarju lammont totali ta' l-għajnuna kien jaq-beż il-limitu ta' 15% li kien konsentit mit-tielet kodiċi dwar l-għajnuna. Skond l-Artikolu 6 tat-tielet kodiċi dwar l-għajnuna, l-għoti ta' l-għajnuna kienet soġġett għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni, u AGENSUD ma tatx il-kontribuzzjoni.</P></ITEM><ITEM><P>Fit-<DATE ISO="19890113">13 ta' Jannar 1989</DATE> il-Kummissjoni, peress li ma setgħetx tevalwa l-kompa-tibbiltà ta' l-għajnuna totali, mingħajr nuqqas ta' kjarifiki xierqa mogħtija millawtoritajiet Taljani, fetħet il-proċedura prevista fl-Arikolu 6(4) tal-kodiċi dwar l-għajnuna. Din ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tat-<DATE ISO="19900323">23 ta' Marzu 1990</DATE><NOTE NOTE.ID="E0007" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P><REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="073" DATE.PUB="1990" PAGE.FIRST="5">ĠU C 73, p. 5</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE>.</P></ITEM><ITEM><P>Sa dak iż-żmien, fis-<DATE ISO="19890406">6 ta' April 1989</DATE>, peress li Lucchini kienet għadha ma rċevietx l-għajnuna, ressqet lil AGENSUD quddiem il-qorti ċivili (it-Tribunal Ċivili u Kriminali ta' Ruma) sabiex tistabbilixxi d-dritt tagħha għal ħlas ta' somma ta' ITL 765 miljun (30% ta' l-investiment totali) u ta' somma ta' ITL 367 miljun (bħala kontribuzzjoni għal interessi), skond il-Liġi Nru 183/1976.</P></ITEM><ITEM><P>BTaks tad-<DATE ISO="19890809">9 ta' Awwissu 1989</DATE> l-awtoritajiet Taljani pprovdew lill-Kummissjoni aktar kjarifiki dwar l-għajnuna in kwistjoni, fil-kuntest tal-proċedura mibdija minnha.</P></ITEM><ITEM><P>B'ittra tat-<DATE ISO="19891018">18 ta' Ottobru 1989</DATE> il-Kummissjoni kkomunikat lill-awtoritajiet Taljani li r-risposta tagħhom ma kinitx biżżejjed, għaliex kienu jonqsu xi dettalji. F'din l-ittra l-Kummissjoni ddikjarat ukoll li, fin-nuqqas ta' risposta<?PAGE NO="I-6209"?> aċċettabbli fi żmien 15-il jum ta' xogħol, hija setgħet tieħu deċiżjoni fuq bażi ta' linformazzjoni li diġà kellha. Din l-ittra baqgħet mingħajr risposta.</P></ITEM><ITEM><P>Fl-<DATE ISO="19900620">20 ta' Ġunju 1990</DATE> il-Kummissjoni, bid-Deċiżjoni Nru 90/555/KEFA, iddikjarat b'mod definittiv li l-ghajnuna kienet inkompatibbli mas-suq komuni, u ppubblikat din id-deċiżjoni fi stqarrija lill-istampa<NOTE NOTE.ID="E0008" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>IP(90) 498 ta' l-<DATE ISO="19900620">20 ta' Ġunju 1990</DATE>.</P></NOTE>. Wara hija informat lillawtoritajiet Taljani permezz ta' ittra ta' l-<DATE ISO="19900720">20 ta' Lulju 1990</DATE><NOTE NOTE.ID="E0009" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Nota ta' trażmissjoni SG(90) D/24789.</P></NOTE>. Fl-aħħar nett id-deċiżjoni ġiet ippubblikata <HT TYPE="ITALIC">fil-Gurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej</HT> fl-<DATE ISO="19901114">14 ta' Novembru 1990</DATE><NOTE NOTE.ID="E0010" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="314" DATE.PUB="1990" PAGE.FIRST="17">ĠU L 314, p. 17</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE>. La Lucchini, u lanqas il-Gvern Taljan ma kkontestaw din id-deċiżjoni.</P></ITEM><ITEM><P>Fl-<DATE ISO="19910724">24 ta' Lulju 1991</DATE> il-qorti Taljana laqgħet it-talba ta' Lucchini fl-ewwel istanza. Din issentenza hija bbażata fuq il-Liġi Nru 183/1976.</P></ITEM><ITEM><P>Fis-<DATE ISO="19940506">6 ta' Mejju 1994</DATE> il-Qorti ta' l-Appell ikkonfermat fl-appell issentenza tal-Qorti Ċivili u Kriminali ta' Ruma. Peress li ma ġietx appellata quddiem il-Qorti ta' Kassazzjoni, din issentenza saret <HT TYPE="ITALIC">res judicata.</HT></P></ITEM><ITEM><P>Minħabba li fl-<DATE ISO="19951120">20 ta' Novembru 1995</DATE> l-ammonti ta' għajnuna kienu għadhom ma ngħatawx, Lucchini talbet u kisbet inġunzjoni li biha talbet il-ħlas. Dan id-digriet ġie nnotifikat lill-organu kompetenti (fil-preżent, il-Ministeru ta' l-Industrija) fid-<DATE ISO="19951229">29 ta' Diċembru 1995</DATE>. Fi Frar 1996 Lucchini talbet u kisbet ilqbid tal-parking tal-karozzi tal-Ministeru ta' l-Industrija, responsabbli dwar il-kwistjoni, peress li dan kien għadu ma eżegwiex l-ordni ta' inġunzjoni.</P></ITEM><ITEM><P>Sussegwentament, fit-<DATE ISO="19960308">8 ta' Marzu 1996</DATE>, il-Ministeru adotta d-Digriet Nru 17975, li bih, biex jeżegwixxi ssentenza tal-Qorti ta' l-Appell, għamel l-għotja ta' kapital ta' ITL 765 miljun u kontribuzzjoni ta' l-imgħax ta' ITL 367 miljun. Fid-digriet kien hemm klawżola li kienet tispeċifika li l-għaj-nuna kienet tiġi revokata kollha kemm hi, jew parzjalment, f'każ ta' deċiżjoni Komunitarja negattiva dwar il-validità ta' l-għoti u l-ħlas ta' din l-għajnuna. Fis-<DATE ISO="19960416">16 ta' April 1996</DATE> tħallsu l-ammonti msemmija, miżjuda bl-interessi legali.</P></ITEM><ITEM><P>Fil-<DATE ISO="19960715">15 ta' Lulju 1996</DATE> il-Kummissjoni osservat li, fid-dawl tad-Deċiżjoni Nru 90/555 u tat-tielet kodiċi dwar l-<?PAGE NO="I-6210"?>għajnuna, issentenza tal-Qorti ta' l-Appell u d-Digriet Nru 17975 kienu jmorru kontra d-dritt Komunitarju, u stiednet lill-gvern Taljan jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu.</P></ITEM><ITEM><P>Dawn l-osservazzjonijiet intbagħtu permezz ta' ittra tas-<DATE ISO="19960726">26 ta' Lulju 1996</DATE>. Il-Ministeru ta' l-Industrija enfasizza li l-għajnuna ngħatat taħt kundizzjoni specifika dwar l-irkupru.</P></ITEM><ITEM><P>Fis-<DATE ISO="19960916">16 ta' Settembru 1996</DATE> il-Kummissjoni ordnat lill-awtoritajiet Taljani jiġbru lura l-għajnuna, u fin-nuqqas kienet ser tiftaħ proċedura għal nuqqas ta' twettiq ta' obbligu skond l-Artikolu 88 tat-Trattat KEFA.</P></ITEM><ITEM><P>Fl-<DATE ISO="19960920">20 ta' Settembru 1996</DATE> il-Ministeru ta' l-Industrija ħareġ digriet ġdid, jiġifieri d-Digriet Nru 20357, li bih irrevoka l-għajnuna mogħtija u ordna l-irkupru tagħha.</P></ITEM><ITEM><P>Fis-<DATE ISO="19961116">16 ta' Novembru 1996</DATE> Lucchini kkontestat dan id-digriet quddiem il-qorti amministrattiva (it-Tribunal amministrativ reġjonali ta' Lazio), u ssollevat fost l-oħrajn l-intanġibbiltà tad-dritt għall-għajnuna, minħabba li ssentenza tal-Qorti ta' l-Appell kienet saret <HT TYPE="ITALIC">res judicata.</HT> Fl-<DATE ISO="19990401">1 ta' April 1999</DATE> irrikors ta' Lucchini ġie ddikjarat fondat.</P></ITEM><ITEM><P>Fit-<DATE ISO="19991102">2 ta' Novembru 1999</DATE> l-Awocatura dello Stato, f'isem il-Ministeru ta' l-Industrija, appella din issentenza quddiem il-Consiglio di Stato.</P></ITEM><ITEM><P>Permezz ta' digriet tat-<DATE ISO="20041022">22 ta' Ottobru 2004</DATE> il-Consiglio di Stato talab deċiżjoni preliminarja fir-rigward tas-soluzzjoni dwar l-inkompatibbiltà bejn issentenza tal-Qorti ta' l-Appell li saret <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> u d-Deċiżjoni 90/555.</P></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Id-domandi preliminari</P></TI></TITLE><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>Il-Kunsill ta' l-Istat, fis-sede ġuriżdizzjo-nali (is-Sitt Awla) ippreżenta lill-Qorti dawn id-domandi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0005" REF.END="QE0005" CODE="201C"/>1)</NO.P><TXT>Jekk, bis-setgħa tal-prinċipju tas-supremazija tad-dritt Komunitarju li huwa direttament applikabbli, <HT TYPE="ITALIC">ikkostitwit fil-każ in kwistjoni bid-Deċiżjoni Ġenerali KEFA 3484 ta' l-1985, id-Deċiżjoni tal-<?PAGE NO="I-6211"?>Kummissjoni ta' l-<DATE ISO="19900620">20 ta' Ġunju 1990</DATE>, innotifikata fl-<DATE ISO="19900720">20 ta' Lulju 1990</DATE>, u mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-<DATE ISO="19960916">16 ta' Settembru 1996</DATE> Nru 5259, dwar l-ordni ta' l-irkupru ta' l-għajnuna — atti li bis-saħħa tagħħom kollħa ġie adottat l-att ta' rkupru kkontestat fil-kawża preżenti (jiġifieri d-Digriet Nru 20357 ta' l-<DATE ISO="19960920">20 ta' Settembru 1996</DATE> dwar revoka tad-Digriet Nru 17975 tat-<DATE ISO="19960308">8 ta' Marzu 1996</DATE> u d-Digriet Nru 18337 tat-<DATE ISO="19960403">3 ta' April 1996</DATE>)</HT> huwiex ġuridikament possibbli u obbligatorju l-irkupru ta' l-għajnuna min-naħa ta' l-amministrazzjoni interna kontra benefiċjarju privat, minkejja sentenza ċivili li tafferma l-obbligu min-għajr kundizzjonijiet, ta' l-istess ħlas.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>jiġifieri jekk, fuq bażi tal-prinċipju stabbilit skond liema d-deċiżjoni dwar l-irkupru ta' l-għajnuna hija rregolata mid-dritt Komunitarju, iżda l-implementazzjoni u l-proċess relatat ta' rkupru, fin-nuqqas ta' dispożizzjonijiet Komunitarji dwar il-kwistjoni, huma rregolati mid-dritt nazzjonali (dwar dan il-prinċipju, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<DATE ISO="19830921">21 ta' Settembru 1983</DATE>, kawżi konġunti 205/82 sa 215/82, Deutsche Milchkontor <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Bundesamt für Ernährung und Forstwirtsschaft), il-proċess ta' rkupru ma jsirx ġuridika-ment impossibbli minħabba deċiżjoni ġudizzjarja effettiva, li saret <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> (l-Artikolu 2909 tal-Kodiċi Ċivili) li tipproduċi l-effetti tagħha bejn individwu u l-amministrazzjoni u tobbliga lill-amministrazzjoni tikkonforma magħha<QUOT.END ID="QE0005" REF.START="QS0005" CODE="201D"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>ll-proċedura quddiem il-Qorti tal-Gustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>L-osservazzjonijiet bil-miktub ġew ippreżentati minn Lucchini, mill-Gvern Taljan, mill-Gvern tar-Repubblika Ċeka, mill-Gvern ta' l-Olanda u mill-Kummissjoni. Il-partijiet kollha ppreżentaw il-pożizzjoni tagħhom skond il-proċedura orali matul isseduta tas-<DATE ISO="20060606">6 ta' Ġunju 2006</DATE>.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>IV —</NO.P><TXT>Kunsiderazzjonijiet</TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A —</NO.P><TXT>L-argumenti tal-partijiet</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>F'din il-kawża partikolari ħafna, li fiha għandha tiġi eżaminata u evalwata r-relazzjoni bejn waħda mir-regoli fundamentali tad-dritt Komunitarju, jiġifieri l-Artikolu 88 KE, u l-prinċipju ta' <HT TYPE="ITALIC">res judicata,</HT> jidher xieraq li jiġu eżaminati battenzjoni partikolari l-argumenti mressqa mill-partijiet fil-proċedura prinċipali, mill-Istati Membri intervenjenti u mill-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>Sostanzjalment, Lucchini u l-Gvern tar-Repubblika Ċeka jsostnu l-argument skond liema deċiżjoni ġuridika li tkun saret <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> għandha tirbaħ fuq l-interess Komunitarju fl-irkupru ta' għajnuna mogħ-tija kontra d-dritt Komunitarju. Huma jibba-<?PAGE NO="I-6212"?>żaw ruħhom fuq il-ġurisprudenza fil-kawżi Eco-Swiss<NOTE NOTE.ID="E0011" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenza ta' l-<DATE ISO="19990601">1 ta' Ġunju 1999</DATE> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-126/97" YEAR="1999" PAGE.ECR="I-3055">C-126/97, Ġabra p. I-3055</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, Kobler<NOTE NOTE.ID="E0012" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenza tat-<DATE ISO="20030930">30 ta' Settembru 2003</DATE> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-224/01" YEAR="2003" PAGE.ECR="I-10239">C-224/01, Ġabra p. I-10239</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> , Kuhne &amp; Heitz<NOTE NOTE.ID="E0013" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenza tat-<DATE ISO="20040113">13 ta' Jannar 2004</DATE> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-453/00" YEAR="2004" PAGE.ECR="I-837">C-453/00, Ġabra p. I-837</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> u Kapferer<NOTE NOTE.ID="E0014" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenza tas-<DATE ISO="20060316">16 ta' Marzu 2006</DATE> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-234/04" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-2585">C-234/04, Ġabra p. I-2585</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Anke l-Gvern Taljan, dak Olan-diż u l-Kummissjoni jirrikonoxxu l-importanza tal-prinċipju ta' l-awtorità tar-res <HT TYPE="ITALIC">judicata,</HT> kif applikat f'din il-ġurisprudenza ċċitata, filwaqt li jirritjenu li dan il-prinċipju ma kienx applikabbli fil-kawża in eżami, jew inkella billi jsostnu li kien meħtieġ li ssir deroga minn dan il-prinċipju.</TXT></NP><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>L-ewwel nett Lucchini tikkontesta l-ammissibbiltà tad-deċiżjoni għar-rinviju. Largumenti mressqa minnha huma bbażati rispettivament fuq in-nuqqas ta' regola Komunitarja li għandha tiġi interpretata, fuq in-nuqqas ta' kwistjoni li trid tiġi solvuta u fuq il-fatt li d-domandi mressqa għandhom natura sempliċement teoretika. Barra minn dan, alternattivament, Lucchini qed tikkontesta l-validità tad-Deċiżjoni 90/555, min-ħabba xi irregolaritajiet proċedurali allegati.</TXT></NP><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>Fuq il-mertu, Lucchini tirreferi għal ġurisprudenza stabbilita skond liema hi lunika difiża li tista' titressaq minn Stat Membru kontra azzjoni magħmula mill-Kummissjoni dwar nuqqas ta' twettiq ta' obbligu skond l-Artikolu 88(2) KE, hija l-impossibbiltà assoluta li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tiġi eżegwita b'mod korrett. Hija tafferma li din l-impossibbiltà hija konsegwenza ta' l-eżistenza ta' sentenza li ma tistax tiġi appellata u li ma fiha l-ebda kundizzjoni tal-Qorti ta l-Appell.</TXT></NP><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>Lucchini tirrikonoxxi l-eżistenza tal-prinċipju li jimplika li għajnuna statali ma tistax tingħata meta hemm deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara li din l-għajnuna hija inkompatibbli mas-suq komuni. Madankollu, skond Lucchini, teżisti regola ġuridika ta grad ogħla, skond liema operaturi kollha tas-suq jistgħu jqisu ruħhom imħarsa mill-prinċipju ta' l-awtorità ta' <HT TYPE="ITALIC">res</HT> judicata, li huwa bbażat fuq il-prinċipju fundamentali taċ-ċertezza legali.</TXT></NP><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>Minbarra s-sentenzi ċċitati aktar 'il fuq, il-Gvern tar-Repubblika Ċeka, flimkien ma' Lucchini, jinvoka l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999<NOTE NOTE.ID="E0015" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Regolament tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="19990322">22 ta' Marzu 1999</DATE> li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="083" DATE.PUB="1999" PAGE.FIRST="1">ĠU L 83, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>, fejn huwa stabbilit li l-Kummissjoni ma timponix lirkupru ta l-għajnuna jekk dan ikun kontra prinċipju ġenerali tad-dritt Komunitarju. Skond il-Gvern Ċek, din is-sitwazzjoni tifforma ruħha meta jkun hemm <HT TYPE="ITALIC">res judicata.</HT></TXT></NP><?PAGE NO="I-6213"?><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>Skond il-Gvern Taljan, il-prinċipju ta' l-awtorità ta' <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> mhuwiex applikabbli, peress illi jippreżupponi deċiżjoni li tkun kisbet effetti li jorbtu bejn l-istess partijiet, li għandha l-istess suġġett u li tkun ibbażata fuq l-istess bażi ġuridika<NOTE NOTE.ID="E0016" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Bħala eżempju l-Gvern Taljan jirreferi għas-sentenzi tad-<DATE ISO="19850919">19 ta' Settembru 1985</DATE>, Hoogovens Groep vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="172/83+226/83" YEAR="1985" PAGE.ECR="2831">172/83 u 226/83, Ġabra p. 2831, punt 9</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>Din it-tielet kundizzjoni mhijiex issodisfata minħabba li, minn naħa waħda, iddifferenzi bejn il-proċedura tar-dritt ċivili waslet għas-sentenza tal-Qorti ta' l-Appell u l-proċedura amministrattiva li għadha pendenti quddiem l-organu ġuridiku tar-rinviju, u min-naħa l-oħra, mill-fatt li s-sentenza tal-Qorti ta' l-Appell mhijiex ibbażata fuq it-tielet kodiċi dwar l-għajnuna u lanqas ma ħadet in kunsiderazzjoni d-Deċiżjoni 90/555.</TXT></NP><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Gvern Taljan josserva li Lucchini ma tistax tinvoka l-protezzjoni ta' l-aspettattivi leġittimi tagħha. Kull impriża taf sewwa li dritt għall-għoti ta għajnuna jista jiġi bbażat biss fuq deċiżjoni ta' approvazzjoni kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll fuq dak Ewropew. Ukoll jekk fuq il-livell nazzjonali hemm sentenza li saret <HT TYPE="ITALIC">res judicata, dan</HT> ma jfissirx awtomatikament li impriża tista' tirċievi l-għajnuna. Fil-fatt lewwel hemm bżonn li wieħed jistenna d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, li mhijiex marbuta mis-sentenza tal-Qorti Nazzjonali. Għalhekk ma teżisti ebda aspettattiva leġit-tima li jistħoqqilha l-protezzjoni kontra tentativi ta' l-irkupru ta' l-għajnuna. Il-Gvern Taljan josserva wkoll li Lucchini setgħet tippreżenta rikors kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Fl-aħħar nett, il-Gvern Taljan isostni li fil-kuntest tas-sistema ta' għajnuna Komunitarja, il-ġurisdizzjoni ta' qorti Taljana hija limitata. Fil-fatt hija ma tistax tieħu deċiżjoni dwar il-kompatibbiltà ta' l-għaj-nuna, u għalhekk l-effettività ta' sentenza li saret <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> fil-każ in kwistjoni għandha portata limitat.</TXT></NP><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>Il-Gvern Olandiż jiddefinixxi s-sitwazzjoni in eżami bħala partikolari, fejn f'ċir-kostanzi eċċezzjonali jistgħu ma jiġux applikati l-prinċipji ta' <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> u l-awtonomija proċedurali nazzjonali. Fil-fatt, skond dan il-Gvern, filwaqt li jirreferi għas-sentenza Kapferer, wieħed irid jibda mill-presuppost li ma jistax jiġi aċċettat ksur tal-prinċipju ta' l-awtorità ta' <HT TYPE="ITALIC">res judicata.</HT> Li deċiżjoni ġuridika li tkun saret definitiva tiġi kkontestata jikkostitwixxi ksur gravi tal-prinċipju taċ-ċertezza legali u ta' l-istabbiltà tar-relazzjonijiet ġuridiċi u fil-fatt jikkomprometti l-awtorità tas-setgħa ġudizzjarja inkwantu tali. Fit-tieni lok, il-Gvern Olandiż jirreferi għall-prinċipju ta' l-awtonomija proċedurali nazzjonali. Bħala prinċipju, għalhekk, deċiżjoni tal-qorti li saret irrevokabbli tista' tiġi kkontestata minħabba inkompatibbiltà mad-dritt Komunitarju biss jekk ir-regoli proċedurali nazzjonali jippermettu dan.</TXT></NP><?PAGE NO="I-6214"?><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT>Madankollu, il-Gvern Olandiż, min-ħabba ċ-ċirkustanzi partikolari ħafna tal-każ in eżami, jaħseb li din hija sitwazzjoni eċċezzjonali. Fil-każ in kwistjoni, skond il-fehma Olandiża, din hija sitwazzjoni fejn hemm (1) deċiżjoni ġudizzjarja dwar għaj-nuna mill-Istat, li huwa settur ta' kompetenza esklużiva tal-Kummissjoni, (2) hemm deċiżjoni preċedenti speċifika tal-Kummissjoni, li minnha jirriżulta li d-deċiżjoni tal-qorti adottata sussegwentament hija kontra d-dritt Komunitarju, u f'dan ir-rigward jiġi rrilevat li l-organi kollha ta' Stat Membru, ukoll il-Qorti Nazzjonali, huma marbuta minn deċiżjoni tal-Kummissjoni, u (3) il-Qorti Nazzjonali u l-partijiet involuti fil-proċedura nazzjonali kienu jafu jew kellhom ikunu jafu li l-għajnuna diġà kienet ġiet iddikjarata inkompatibbli mas-suq komuni. Fil-fehma tal-gvern Olandiż, l-effett utli tarregoli dwar l-għajnuna li huma fit-Trattat jonqos jekk, fsitwazzjoni eċċezzjonali bħal dik in eżami, wieħed jaċċetta li l-għoti lura ta' l-għajnuna ma jkunx jista jsir f'ebda każ.</TXT></NP><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>Skond il-Kummissjoni hemm bżonn li ssir distinzjoni bejn l-awtorità mogħtija lissentenzi li fihom jiġu stabbiliti drittijiet tal-partijiet li jistgħu jiddisponu minnhom b'mod ħieles, fil-kuntest tal-proċeduri bejn il-partijiet, u l-awtorità tas-sentenzi ta' organi giuridici nazzjonali fis-settur ta' l-għajnuna mill-Istat, fejn l-interessi ta' lawtoritajiet nazzjonali u dawk tal-benefiċjarji spiss huma paralleli u fejn il-kwistjoni, fundamentali għaż-żewġ partijiet, dwar il-leġittimità ta' l-għajnuna hija rregolata minn dispożizzjonijiet Komunitarji vinkolanti.</TXT></NP><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>Fuq kollox il-Kummissjoni tfakkar l-obbligu skond id-dritt Komunitarju li jiġi kkomunikat lill-Kummissjoni stess il-proposta li tingħata l-għajnuna. Dan l-obbligu ta' komunikazzjoni preliminari japplika għall-Istat Membru inkwantu tali, jkun liema jkun l-organu li jagħti l-għajnuna, u b'hekk japplika wkoll għall-organi ġuridiċi. Il-fatt li l-għajnuna tingħata skond sentenza speċifika ta' Qorti Nazzjonali ma jeħlisx lill-Istat Membru mill-obbligu li jikkomunika minn qabel l-għajnuna u li ma jagħtihiex qabel ma l-Kummissjoni tkun tat l-approvazzjoni tagħha. Barra minn hekk, ir-relazzjoni bejn l-organu li jagħti l-għajnuna u dak responsabbli għall-komunikazzjoni ta' l-għajnuna hija kwistjoni ta' dritt intern, li ma tistax tostakola l-applikazzjoni tad-dritt Komunitarju.</TXT></NP><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>Il-preżunzjoni li sentenza ta' Qorti Ċivili tista' tostakola l-irkupru ta' għajnuna, fil-fehma tal-Kummissjoni, toħloq konfużjoni bejn iż-żewġ livelli diversi tagħhom: dak tal-proċedura nazzjonali (b'mod partikolari leffetti ta' sentenza ta' qorti ċivili dwar is-setgħat ta' l-amministrazzjoni pubblika) u l-proċedura li tirriżulta fl-għoti ta' għajnuna, li ma tippresupponix biss il-perfezzjonament tal-proċedura nazzjonali iżda, sakemm il-Kummissjoni ma tkunx approvat l-għajnuna nnotifikata, l-obbligi imposti mid-dritt Komunitarju wkoll.</TXT></NP><?PAGE NO="I-6215"?><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>Fil-każ in kwistjoni, l-awtorità kompetenti Taljana nnotifikat lill-Kummissjoni lproposta li tikkonċedi għajnuna, skond ittielet kodiċi dwar l-għajnuna mill-Istat. Id-deċiżjoni ta' din l-awtorità nazzjonali, fuq talba għal għajnuna minn Lucchini, kien fiha riżerva, jiġifieri dik ta' l-approvazzjoni tal-Kummissjoni. Madankollu l-Kummissjoni ddikjarat l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni, u għalhekk id-deċiżjoni nazzjonali ma kellha ebda effett.</TXT></NP><NP><NO.P>31.</NO.P><TXT>Huwa biss fi stadju sussegwenti ħafna li l-qorti Taljana (l-ewwel il-Qorti Ċivili u Kriminali u mbagħad il-Qorti ta' l-Appell) irrikonoxxa d-dritt suġġettiv ta' Lucchini li tingħata l-għajnuna kkontestata. Dan wassal lill-awtoritajiet Taljani jikkonċedu l-għajnuna permezz ta' digriet, ukoll jekk dan id-digriet kien jinkludi riżerva.</TXT></NP><NP><NO.P>32.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tidħol fid-dettall fuq żewġ ipoteżijiet, waħda fejn l-għajnuna mogħtija hija l-għajnuna evalwata mill-Kummissjoni, u l-oħra fejn l-għajnuna hija minflok differenti minn dik innotifikata u evalwata. Fiż-żewġ każijiet xorta joħroġ b'mod ċar ħafna mill-ġurisprudenza x'ġuris-dizzjoni għandha l-qorti. Fl-ewwel każ, hija marbuta bid-deċiżjoni fejn l-għajnuna hija ddikjarata inkompatibbli mas-suq komuni u għandha toqgħod fuq il-konsegwenzi li din id-deċiżjoni timponi. Fit-tieni każ, tiġi applikata r-regola ta' <HT TYPE="ITALIC">standstill</HT> skond l-Artikolu 88 (3) KE, li għandha effett dirett, kif interpretata mill-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP><NP><NO.P>33.</NO.P><TXT>Fil-fatt, din hija deċiżjoni fuq livell Komunitarju li ma tistax tiġi appellata. Din id-deċiżjoni li ma tistax tiġi appellata, li wkoll hija espressioni taċ-ċertezza legali, torbot lorgani kollha ta' l-Istat Taljan. Minbarra dan, skond il-Kummissjoni, l-awtorità ta' <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> tal-qorti Taljana tirrigwarda biss il-fażi nazzjonali, mingħajr ebda impatt fuq livell Komunitarju.</TXT></NP><NP><NO.P>34.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tirreferi wkoll għall-ġurisprudenza<NOTE NOTE.ID="E0017" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Il-Kummissjoni tirreferi, f'dan ir-rigward, għas-sentenzi ta' l-<DATE ISO="19900920">20 ta' Settembru 1990</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, imsejħa <QUOT.START ID="QS0006" REF.END="QE0006" CODE="201C"/>BUG-Alutechniek<QUOT.END ID="QE0006" REF.START="QS0006" CODE="201D"/> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-5/89" YEAR="1990" PAGE.ECR="I-3437">C-5/89, Ġabra p. I-3437</REF.DOC.ECR>) u ta' l-<DATE ISO="19970320">20 ta' Marzu 1997</DATE>, Alcan Deutschland (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-24/95" YEAR="1997" PAGE.ECR="I-1591">C-24/95, Ġabra p. I-1591</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> skond liema d-dispożizzjo-nijiet nazzjonali għandhom jiġu applikati b'tali mod li ma jagħmlux prattikament impossibbli l-irkupru ta' l-għajnuna skond id-dritt Komunitarju u biex jitqies b'mod sħiħ l-interess Komuintarju, kif ukoll il-ġurisprudenza<NOTE NOTE.ID="E0018" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Fuq dan is-suġġett, il-Kummissjoni tirreferi b'mod partikolari għas-sentenzi tas-<DATE ISO="20040107">7 ta' Jannar 2004</DATE>, Wells (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-201/02" YEAR="2004" PAGE.ECR="I-723">C-201/02, Ġabra p. I-723, punti 64</REF.DOC.ECR> u segwenti), u tat-<DATE ISO="20010628">28 ta' Ġunju 2001</DATE>, Larsy (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-118/00" YEAR="2001" PAGE.ECR="I-5063">C-118/00, Ġabra p. I-5063, punti 51 sa 55</REF.DOC.ECR>) u wkoll issentenza Kühne &amp; Heitz, diġà ċċitata fin-nota ta' qiegħ il-paġna 13, punti 23 sa 28.</P></NOTE> li minnha joħroġ il-fatt li s-supremazija tad-dritt Komunitarju xi drabi timplika li ċ-ċertezza legali ssir relattiva.</TXT></NP><NP><NO.P>35.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett il-Kummissjoni tosserva li s-supremazija tad-dritt Komunitarju tista' tfisser li kull att nazzjonali ta' natura amministrativa jew ukoll leġiżlattiva għandu jċedi fil-każ ta' kunflitt ma' ta' l-ewwel. Hija<?PAGE NO="I-6216"?> ma tifhimx kif dan ma jistax jgħodd fil-każ li sentenza kuntrarja għad-dritt Komunitarju tkun kisbet effett ta' <HT TYPE="ITALIC">res judicata.</HT></TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B —</NO.P><TXT>Analiżi</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>36.</NO.P><TXT>Id-digrieti ġuridiċi nazzjonali kollha ta' l-Istati Membri jagħrfu l-prinċipju tar-res <HT TYPE="ITALIC">judicata,</HT> l-awtorità ta' kwistjoni li ġiet deċiża. Huwa fl-interess taċ-ċertezza legali li s-sentenzi li kontra tagħhom ma jistax ikun hemm appell ma jkunux aktar jistgħu jiġu kkontestati fir-relazzjonijiet soċjali, jiġifieri li jsiru fatt ġuridiku li jorbot lill-partijiet Dan ifisser li hija eskluża kull possibbiltà li jsir appell ġdid li għandu l-istess suġġett, l-istess partijiet u l-istess argumenti.</TXT></NP><NP><NO.P>37.</NO.P><TXT>Minn eżami komparattiv, jirriżulta madankollu li minkejja r-rilevanza kbira mogħtija lill-awtorità ta' <HT TYPE="ITALIC">res judicata,</HT> l-effetti tagħha mhumiex assoluti. Fid-diversi sistemi ġuridiċi nazzjonali huwa possibbli li jkun hemm derogi għall-prinċipju ta' l-awtorità ta' <HT TYPE="ITALIC">res judicata,</HT> anki taħt kundizzjonijiet riġidi ħafna<NOTE NOTE.ID="E0019" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara, għal analiżi komparattiva wiesgħa, in-<QUOT.START ID="QS0007" REF.END="QE0007" CODE="201C"/>Note de rec-herche<QUOT.END ID="QE0007" REF.START="QS0007" CODE="201D"/> dwar il-funzjoni u s-sinjifikat ta' l-awtorità ta' res judicata fl-Istati Membri (dokument intern), magħmula filkuntest ta' din il-kawża, fuq talba tal-Qorti tal-Ġustizzja, mid-Direttorat tal-<QUOT.START ID="QS0008" REF.END="QE0008" CODE="201C"/>Librerija, Riċerka u Dokumentazzjoni<QUOT.END ID="QE0008" REF.START="QS0008" CODE="201D"/>.</P></NOTE>. Dan jista jseħħ, per eżempju, f'-każ ta' frodi, jew jekk fis-sentenza li m'għadhiex tista' tiġi kkontestata jinstab ksur enormi tad-drittijiet fundamentali. Mill-ġurispru-denza tal-Qorti Ewropea tad-drittijiet tal-Bniedem jirriżulta li l-awtorità ta' <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> ma tistax tkopri l-ksur tad-drittijiet (Komunitarji) fundamentali<NOTE NOTE.ID="E0020" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara, b'mod partikolari, is-sentenza tal-Qorti Europea tad-Drittijiet tal-Bniedem, SA. Dangeville vs Franza tas-<DATE ISO="20020416">16 ta' April 2002</DATE>, Ġabra tas-sentenzi u deċiżjonijiet 2002-III.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>38.</NO.P><TXT>L-awtorità ta' <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> hija rrispettata anke fis-sistema legali Komunitarja<NOTE NOTE.ID="E0021" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara per eżempju, id-Digriet tal-<DATE ISO="19960711">11 ta' Lulju 1996</DATE>, Coussios vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-397/95 P" YEAR="1996" PAGE.ECR="I-3873">C-397/95 P, Ġabra p. I-3873</REF.DOC.ECR>) u s-sentenza ta' l-<DATE ISO="20060601">1 ta' Ġunju 2006</DATE>, P&amp;O European Ferries (Vizcaya) (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-442/03 P+C-471/03 P" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-4845">C-442/03 P u C-471/03 P, Ġabra p. I-4845</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. L-argumenti li jitressqu huma l-istess bħal dawk imressqa mis-sistema legali nazzjonali. Barra minn hekk l-importanza ta' dan il-prinċipju hija rrikonoxxuta wkoll fir-relazzjoni bejn id-dritt Komunitarju u dak nazzjonali u hija kkonfermata wkoll fis-sentenzi diġà ċċitati Eco Swiss, Köbler, Kühne &amp; Heitz u Kapferer.</TXT></NP><NP><NO.P>39.</NO.P><TXT>Madankollu huwa neċessarju li jiġi osservat li fl-ebda minn dawn is-sentenzi ma kien qed jiġi diskuss l-eżerċizzju ta' fakultà Komunitarja inkwantu tali.</TXT></NP><NP><NO.P>40.</NO.P><TXT>Fil-kawża Köbler, id-dritt Komunitarju ma ġiex applikat b'mod korrett mill-qorti ta'<?PAGE NO="I-6217"?> l-aħħar istanza. Minn dan, taħt kundizzjonijiet determinati, tista' tirriżulta l-possibbiltà li jsir rikors għar-riżarċiment tad-danni. Is-sentenza in eżami madankollu ma kellhiex effett dirett fuq l-eżerċizzju tas-setgħat Komunitarji.</TXT></NP><NP><NO.P>41.</NO.P><TXT>Ukoll fil-kawża Kühne &amp; Heitz, il-qorti applikat id-dritt Komunitarju b'mod żbaljat. Lanqas f'dan il-każ ma kien qed jiġi diskuss l-eżerċizzju tas-setgħat Komunitarji.</TXT></NP><NP><NO.P>42.</NO.P><TXT>L-istess jgħodd għall-kawżi Eco Swiss u Kapferer, fejn il-kontestazzjoni kienet possibbli, iżda l-partijiet kienu ħallew it-terminu ta' żmien jiskadi.</TXT></NP><NP><NO.P>43.</NO.P><TXT>Fil-kawża Eco Swiss, deċiżjoni ta' arbi-traġġ temporanja li kellha n-natura ta' deċiżjoni definittiva ġiet ikkontestata tardivament. It-termini stabbiliti fiha ma kinux tali li jagħmlu diffiċli wisq jew prattikament impossibbli l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħ-tija mis-sistema legali Komunitarja. F'dawn iċ-ċirkustanzi d-dritt Komunitarju ma jimponix fuq il-qorti nazzjonali li ma tapplikax ir-regoli proċedurali nazzjonali rilevanti, lanqas jekk dan ikun meħtieġ biex tkun possibbli l-eżaminazzjoni ta' ksur possibbli tad-dritt Komunitarju<NOTE NOTE.ID="E0022" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Dan il-ksur — f'dan il-każ kien kuntratt forsi inkompatibbli ma' l-Artikolu 81 KE — jista' min-naħa l-oħra dejjem jiġi <QUOT.START ID="QS0009" REF.END="QE0009" CODE="201C"/>rregolat<QUOT.END ID="QE0009" REF.START="QS0009" CODE="201D"/> bl-intervent tal-Kummissjoni jew permezz ta' awtorità nazzjonali dwar il-konkorrenza. Anki l-kompetituri li soffrew dannu, u li mhumiex milquta mill-awtorità res judicata, jistgħu jieħdu azzjoni legali..</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>44.</NO.P><TXT>Fil-bidu, fil-kawża Kapferer taħt ir-Regolament (KE) Nru 44/2001<NOTE NOTE.ID="E0023" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Regolament tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20001222">22 ta' Diċembru 2000</DATE> dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="012" DATE.PUB="2001" PAGE.FIRST="1">ĠU L 12, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>, ġiet eċċepita n-nuqqas ta' ġurisdizzjoni tal-qorti li kienet qed tisma l-kawża. Din l-eċċezzjoni ġiet miċħuda, iżda ġiet milqugħa fuq il-mertu tat-talba tal-kontroparti tas-Sinjura Kapferer, kumpannija ta' bejgħ bil-posta. Il-kumpannija ma qisitx opportun li terġa' tqajjem l-eċċezzjoni ta' nuqqas ta' ġurisdizzjoni fil-proċedura ta' l-appell magħmul mis-sinjura Kapferer, u għalhekk dik il-parti tas-sentenza saret <HT TYPE="ITALIC">res judicata.</HT> Anki f'din is-sitwazzjoni l-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li d-dritt Komunitarju ma jimponix fuq il-qorti nazzjonali li ma tapplikax ir-regoli proċedurali interni li jagħtu lil deċiżjoni l-awtorità ta' <HT TYPE="ITALIC">res judicata.</HT></TXT></NP><NP><NO.P>45.</NO.P><TXT>Is-sentenzi fil-kawża Köbler u Kühne &amp; Heitz, diġà ċċitati, għandhom in komuni li ttnejn kienu jirrigwardaw partijiet li kienu eżawrew l-possibbiltà ta' l-appell. Fiż-żewġ każijiet l-organu ġuridiku li kien jiddeċiedi fl-ogħla grad kien naqas milli jqajjem domanda preliminari u kien ta' interpretazzjoni żbaljata tad-dritt Komunitarju. Fil-kawża Köbler dan il-ksur tad-dritt Komunitarju minn organu<?PAGE NO="I-6218"?> ġuridiku fl-ogħla grad seta' jiġi kkumpensat bil-ħlas tad-dannu. Fil-kawża Kühne &amp; Heitz kien possibbli li jingħata kumpens permezz ta' deroga għall-prinċipju ta' l-awtorità ta' <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> (peremzz tas-sentenza, id-deċiżjoni ta' l-organu amministrattiv kompetenti kienet kisbet l-awtorità ta' <HT TYPE="ITALIC">res judicata),</HT> u f'dan il-każ ittrasformat il-fakultà ta' l-organu amministrattiv li jerġa' jeżamina deċiżjoni preċedenti f'obbligu li jirrevedi din id-deċiżjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>46.</NO.P><TXT>Minn din il-ġurisprudenza jsegwi li huma l-istess partijiet li għandhom respon-sabbiltà biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom, u li jiddisponu minnhom liberament (Kapferer), jew id-drittijiet mogħtija lilhom mid-dritt Komunitarju (Köbler, Kühne &amp; Heitz). Jekk iħallu t-terminu ta' żmien jiskadi<NOTE NOTE.ID="E0024" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ovvjament għandhom ikunu termini raġonevoli.</P></NOTE> jew jikkunsidraw li mhuwiex xieraq li jressqu kontestazzjoni, jew jekk ma jibdew ebda proċedura, għandhom ibatu l-konsegwenzi, fis-sens li wara dawn ma jkunux aktar jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet mogħtija lilhom mid-dritt Komunitarju. Iżda fejn jiddefendu ġuridikament b'mod attiv id-drittijiet tagħ-hom, u jutilizzaw b'mod sħiħ il-possibbiltajiet offruti lilhom mis-sistema proċedurali nazzjonali, jistgħu wkoll jibbenefikaw mill-possibbiltajiet offruti mid-dritt nazzjonali li jitolbu kumpens tad-danni ta' att amministrattiv illeċitu, jiġifieri minn attività ta' lawtoritajiet amminsitrattivi u/jew ġuridika nazzjonali li tmur kontra d-dritt Komunitarju (Köbler), jew, dejjem jekk jippermetti d-dritt nazzjonali, li jitolbu reviżjoni tad-deċiżjoni in kwistjoni (Kühne &amp; Heitz). Din il-ġurisprudenza, li tirrispetta b'mod predominanti l-awtorità ta' <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> bejn il-partijiet bħala prinċipju ġuridiku, ma tidhirx li tipprekludi xi deroga mill-awtorità ta' <HT TYPE="ITALIC">res judicata,</HT> iżda tali deroga hija ammessa biss fkażijiet partikolari ħafna, fejn il-prinċipju <HT TYPE="ITALIC"><QUOT.START ID="QS0010" REF.END="QE0010" CODE="201C"/>res judicatas pro veritate habetur<QUOT.END ID="QE0010" REF.START="QS0010" CODE="201D"/>,</HT> li jgħodd għall-partijiet interessati, għandu jċedi favur interess leġittimu aktar rilevanti.</TXT></NP><NP><NO.P>47.</NO.P><TXT>Fil-kawża in eżami, madankollu, is-sentenza tal-Qorti ta' l-Appell li saret <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> mhux biss għandha konsegwenzi fuq livell ta' relazzjonijiet ġuridiċi tad-dritt Taljan bejn il-benefiċjarju ta' l-għajnuna u l-Istat Taljan, iżda wkoll ma tieħux in kunsiderazzjoni l-ġurisdizzjoni esklużiva tal-Qorti tal-Ġustizzja, stabbilita mid-dritt Komunitarju, li tevalwa l-għajnuna in kwistjoni u taffettwa l-obbligi li għalihom huwa suġġett l-Istat Taljan għall-finijiet ta' l-għoti ta' l-għajnuna mill-Istat.</TXT></NP><NP><NO.P>48.</NO.P><TXT>Din mhijiex kawża bejn awtorità amministrattiva nazzjonali u persuna privata, li tista' tiġi deċiża fil-kuntest tas-sistema ġuri-dika nazzjonali, iżda hija kawża li, l-ewwelnett, għandha tiġi deċiża fuq livell tad-dritt<?PAGE NO="I-6219"?> Komunitarju u fejn it-tqassim tas-setgħat bejn is-sistema ġuridika Komunitarja u dik nazzjonali — u għalhekk ukoll bejn l-obbligi li jaqgħu fuq il-qorti nazzjonali taħt iż-żewġ sistemi — għandha tiġi rrispettata b'mod preċiż ħafha.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>L-obbligi tal-qrati nazzjonali</P></TI></TITLE><NP><NO.P>49.</NO.P><TXT>F'dan id-dawl ser nidħol fil-fond qabel xejn fuq l-obbligi tal-qorti nazzjonali għall-finijiet ta' l-applikazzjoni u tal-garanzija tal-ħarsien tad-dritt Komunitarju hawnhekk rilevanti.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Biex nibda, nosserva li hemm diviżjoni evidenti ta' dmirijiet u setgħat bejn il-Kummissjoni, min-naħa, u l-qrati nazzjonali min-naħa l-oħra, għall-finijiet ta' l-applikazzjoni tas-sistema dwar l-għajnuna Komunitarja.</P></TI></TITLE><NP><NO.P>50.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni, l-organu amministrattiv responsabbli għall-eżekuzzjoni u l-iżvilupp tal-politika dwar il-kompetizzjoni fl-interess ġenerali tal-Komunità, għandha l-kompetenza esklużiva li teżamina s-sistemi ta' għajnuna kollha li jidħlu fil-kuntest ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 87(1) KE u l-kodiċi ta' l-għajnuna KEFA rilevanti li qed jiġi diskuss, bil-għan li taċċertata l-kompatibbiltà mas-suq komuni<NOTE NOTE.ID="E0025" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara, b'mod partikolari, is-sentenza tal-<DATE ISO="19911121">21 ta' Novembru 1991</DATE>, Federation Nationale du Commerce exterieur des produits alimentaires et, insejħa <QUOT.START ID="QS0011" REF.END="QE0011" CODE="201C"/>FNCE et<QUOT.END ID="QE0011" REF.START="QS0011" CODE="201D"/> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-354/90" YEAR="1991" PAGE.ECR="I-5505">C-354/90, Ġabra p. I-5505</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>51.</NO.P><TXT>Għalhekk l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-miżuri ta' għajnuna li bi ħsiebhom jadottaw (l-obbligu tan-notifika) u għandhom jissospendu ttwettiq ta' l-għajnuna sakemm tingħata d-deċiżjoni tal-Kummissjoni (l-obbligu ta' <HT TYPE="ITALIC">standstill).</HT> F'każ ta' deċiżjoni <QUOT.START ID="QS0012" REF.END="QE0012" CODE="201C"/>pożittiva<QUOT.END ID="QE0012" REF.START="QS0012" CODE="201D"/> jistgħu jipproċedu għall-eżekuzzjoni tal-miżura proposta, filwaqt li jekk id-deċiżjoni hija <QUOT.START ID="QS0013" REF.END="QE0013" CODE="201C"/>negattiva<QUOT.END ID="QE0013" REF.START="QS0013" CODE="201D"/> fil-prattika l-obbligu ta' <HT TYPE="ITALIC">standstill</HT> isir definittiv<NOTE NOTE.ID="E0026" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Għal dak li jikkonċerna l-għan u l-portata ta' dawn l-obbligi, ara, b'mod partikolari, is-sentenzi tal-<DATE ISO="19731211">11 ta' Diċembru 1973</DATE>, Lorenz (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="120/73" YEAR="1973" PAGE.ECR="1471">120/73, Ġabra, p. 1471, punti 3 u 4</REF.DOC.ECR>); tal-<DATE ISO="19770521">21 ta' Mejju 1977</DATE>, Il-Kummissjoni vs Ir-Renju Unit (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="31/77 R+53/77 R" YEAR="1977" PAGE.ECR="921">31/77 R u 53/77 R, Ġabra p. 921, punti 16 sa 29</REF.DOC.ECR>); tad-<DATE ISO="19841009">9 ta' Ottubru 1984</DATE>, Heineken (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="91/83+127/83" YEAR="1984" PAGE.ECR="3435">91/83 u 127/83, Ġabra p. 3435, punt 20</REF.DOC.ECR>), u ta' l-<DATE ISO="19900214">14 ta' Frar 1990</DATE>, Franza vs Il-Kummissjoni, imsejħa <QUOT.START ID="QS0014" REF.END="QE0014" CODE="201C"/>Boussac Saint Freres<QUOT.END ID="QE0014" REF.START="QS0014" CODE="201D"/> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-301/87" YEAR="1990" PAGE.ECR="I-307">C-301/87, Ġabra p. l-307, punti 16 u 17</REF.DOC.ECR>). Ara wkoll, per eżempju, is-sentenzi tat-<DATE ISO="20030128">28 ta' Jannar 2003</DATE>, Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-334/99" YEAR="2003" PAGE.ECR="I-1139">C-334/99, Ġabra p. I-1139, punt 49</REF.DOC.ECR>), u tal-<DATE ISO="20040715">15 ta' Lulju 2004</DATE>, Spanja vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-501/00" YEAR="2004" PAGE.ECR="I-6717">C-501/00, Ġabra p. I-6717, punti 67sa 69</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>52.</NO.P><TXT>Għajnuna mogħtija qabel ma tkun ġiet innotifikata, jew għajnuna mħallsa waqt il-proċedura ta' invetsigazzjoni għandha tiġi rkuprata. Ir-regola prinċipali tista' tiġi mqassra kif ġej: l-Istati Membri ma jistgħux jagħtu għajnuna qabel ma l-Kummissjoni tkun tat deċiżjoni espressament fuq il-kompatibbiltà ta l-għajnuna mas-suq komuni.</TXT></NP><?PAGE NO="I-6220"?><NP><NO.P>53.</NO.P><TXT>Għalhekk l-organi ġuridici nazzjonali m'għandhomx is-setgħa li jagħtu deċiżjoni dwar il-kompatibbiltà ta' l-għajnuna<NOTE NOTE.ID="E0027" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara s-sentenza FNCE <HT TYPE="ITALIC">et,</HT> diġà ċċitata fin-nota ta' qiegħ il-paġna 25, punt 12. Ara wkoll is-sentenzi tal-11 ta' Lulju, SFEI <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (C-39/94, Ġabra p. I-3547, punt 42) u tas-<DATE ISO="19990617">17 ta' Ġunju 1999</DATE>, Piaggio (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-395/97" YEAR="1999" PAGE.ECR="I-3735">C-395/97, Ġabra p. I-3735, punt 30</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Min-naħa l-oħra, huma għandhom rwol essenzjali fis-sistema ġuridika Komunitarja biex jiggarantixxu r-rispett tad-dispożizzjonijiet Komunitarji fuq is-suġġett ta' l-għajnuna mill-Istat, jiġifieri r-rispett għall-prinċipju fformulat hawn fuq, skond liema ma tista' tingħata ebda għajnuna mingħajr approvazzjoni espliċita minn qabel mill-Kummissjoni, u wara biex japplikaw u jiggarantixxu l-ħarsien tad-deċiżjonijiet adottati mill-Kummissjoni fil-kuntest ta' l-eżerċizzju tas-set-għat tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>54.</NO.P><TXT>Fir-rigward ta' l-Artikolu 88(3) KE, din hija regola tat-Trattat li torbot, b'effett dirett, li tipprojbixxi l-għoti ta' għajnuna, fi kwalunkwe forma, mingħajr l-intervent u l-approvazzjoni preċedenti tal-Kummissjoni. L-istess jipprovdi l-Artikolu 6 tal-Kodiċi dwar l-għajnua rilevanti f'dan il-każ. Minn dan jirriżulta li l-Qorti Nazzjonali, meta hija mitluba li tagħti deċiżjoni dwar deċiżjoni nazzjonali ta' għoti ta' l-għajnuna, għandha b'mod koerenti taċċerta li jiġi mħares l-Artikolu 88(3) KE jew l-ekwivalenti tiegħu fil-kodiċi dwar l-għajnuna KEFA.</TXT></NP><NP><NO.P>55.</NO.P><TXT>Dawn ir-regoli fundamentali ġew elaborati f'serje ta' deċiżonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja, fejn ġie ddikjarat li l-qorti nazzjonali għandha tħares id-drittijiet tal-persuni privati jekk l-awtoritajiet nazzjonali jiksru l-prinċipju fformulat hawn fuq, u li għandha tasal għall-konklużjonijiet xierqa skond id-dritt intern tagħha, fir-rigward kemm tal-validità ta' l-atti ta' eżekuzzjoni ta l-għajnuna in kwistjoni, kif ukoll ta' l-irkupru ta l-għajnuna mogħtija sadanittant<NOTE NOTE.ID="E0028" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara, b'mod partikolari, is-sentenzi Lorenz, diġà ċċitati fin-nota ta' qiegħ il-paġna 26, punt 8; FNCE et, diġà ċċitata fin-nota ta' qiegħ il-paġna 25, punt 12; SFEI, diġà ċċitata fin-nota ta' qiegħ il-paġna 27, punt 40; tas-<DATE ISO="19921216">16 ta' Diċembru 1992</DATE>, Lornoy et (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-17/91" YEAR="1992" PAGE.ECR="I-6523">C-17/91, Ġabra, p. I-6523, punt 30</REF.DOC.ECR>); tat-<DATE ISO="20050113">13 ta' Jannar 2005</DATE>, Streekgewest (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-174/02" YEAR="2005" PAGE.ECR="I-85">C-174/02, Ġabra p. I-85, punt 17</REF.DOC.ECR>), u tal-<DATE ISO="20060615">15 ta' Ġunju 2006</DATE>, Air Liquide Industries Belgium (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-393/04+C-41/05" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-5293">C-393/04 u C-41/05, Ġabra p. I-5293, punt 42</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>56.</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, l-intervent tagħha għandhu jkun ibbażat fuq id-deċiżjonijiet direttament applikabbli meħuda mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 88(2) KE. Fil-kawża Capolongo<NOTE NOTE.ID="E0029" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenza tad-<DATE ISO="19730619">19 ta' Ġunju 1973</DATE> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="77/72" YEAR="1973" PAGE.ECR="611">77/72, Ġabra, p. 611, punt 6</REF.DOC.ECR>). Ara wkoll is-sentenza tat-<DATE ISO="19770322">22 ta' Marzu 1977</DATE>, Steinike &amp; Weinlig (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="78/76" YEAR="1977" PAGE.ECR="595">78/76, Ġabra p. 595</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> il-Qorti tal-Ġustizzja indikat li d-deċiżjonijiet meħuda mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-proċedura ta' investigazzjoni prevista millewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 88(2) KE għandhom effett dirett. Għalhekk anke minn deċiżjoni negattiva, jiġifieri minn deċiżjoni fejn tiġi kkonkretizzata l-projbizzjoni skond l-Art.87(1) KE, il-Qorti Nazzjonali għandha tasal għall-konklużjonijiet xierqa<NOTE NOTE.ID="E0030" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenza Steinike &amp; Weinlig, iċċitata fin-nota ta' qiegħ il-paġna 29.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>57.</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, il-Qorti Nazzjonali tista' tiġi msejjħa twettaq rwol sussegwentement għal deċiżjoni ta' l-irkupru tal-ħlas tal-Kummissjoni. Skond l-Artikolu 249 KE,<?PAGE NO="I-6221"?> moqri flimkien ma' l-Artikolu 10 KE, dawn id-deċiżjonijiet jorbtu lill-organi kollha ta' l-Istati Membri, inkluża l-qorti nazzjonali, li għandha tasal għal konklużjonijiet neċessarji.</TXT></NP><NP><NO.P>58.</NO.P><TXT>Minbarra dan, dawn id-deċiżjonijiet jimponu fuq l-Istat Membru obbligi espliċiti u mingħajr kundizzjonijiet, li l-Istati Membri ma jistgħux joħorġu minnhom u li jaffettwaw ukoll lill-persuni privati interessati. Fl-ewwel lok dawn huma l-persuni li ngħataw għaj-nuna bi żball, u li jkollhom iħallsu lura. Fittieni lok, il-persuni terzi interessati li, fil-każ fejn l-Istat Membru ma jwettaqx l-obbligu ta' rkupru fil-perijodu previst, jistgħu jitolbu linfurzar tiegħu quddiem il-qorti nazzjonali<NOTE NOTE.ID="E0031" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara, b'mod partikolari, is-sentenza Streekgewest, iċċitata fin-nota ta' qiegħ il-paġna 28.</P></NOTE><NOTE NOTE.ID="E0032" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Barra minn dan il-Kummissjoni tista' tagħmel użu mill-possibbiltà, mogħtija lilha fl-Artikoli 88 KE u 228 KE, li tobbliga lill-Istat Membru li jdaħħal fis-seħħ id-deċiżjoni ta' rkupru.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>59.</NO.P><TXT>Ir-raġuni għal dan l-obbligu riġidu tal-ħarsien tal-perjodi stabbiliti huwa li b'dan ilmod ir-regola ewlenija li tinsab fl-Artikolu 87 (1) KE, jiġifieri li m'għandhiex issir distorsjoni tar-relazzjonijiet ta' kompetizzjoni fuq is-suq Komunitarju permezz ta' miżuri ta għajnuna nazzjonali, tikseb l-effett mixtieq mill-awturi tat-Trattat.</TXT></NP><NP><NO.P>60.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett nosserva għal darb'oħra li l-irkupru għandu jsir skond ir-regoli tad-dritt proċedurali nazzjonali, mingħajr ħsara għall-fatt li l-irkupru impost mid-dritt Komunitarju m'għandux isir impossibbli fil-prattika (prinċipju ta' l-effettività)<NOTE NOTE.ID="E0033" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara, b'mod partikolari, is-sentenzi tat-<DATE ISO="19890202">2 ta' Frar 1989</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="94/87" YEAR="1989" PAGE.ECR="I-175">94/87, Ġabra p. I-175, punt 12</REF.DOC.ECR>); tal-<DATE ISO="19900321">21 ta' Marzu 1990</DATE>, Il-Belġju vs Il-Kummissjoni, imsejħa <QUOT.START ID="QS0015" REF.END="QE0015" CODE="201C"/>Tubemeuse<QUOT.END ID="QE0015" REF.START="QS0015" CODE="201D"/> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-142/87" YEAR="1990" PAGE.ECR="I-959">C-142/87, Ġabra, p. I-959, punt 61</REF.DOC.ECR>); BUGAlutechnik, iċċitata fin-nota ta' qiegħ il-paġna 17, punt 12; Alcan Deutschland, iċċitata iktar 'il fuq, fin-nota ta' qiegħ il-paġna 17, punt 24, u tat-<DATE ISO="20001012">12 ta' Ottobru 2000</DATE>, Spanja vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-480/98" YEAR="2000" PAGE.ECR="I-8717">C-480/98, Ġabra, p. I-8717, punt 34</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>61.</NO.P><TXT>Jirriżulta minn dawn il-kunsiderazzjonijiet li Qorti Nazzjonali, imsejħa biex teża-mina l-konformità mad-dritt intern firrigward ta' għoti ta' l-għajnuna, għandha dejjem taċċerta jekk humiex issodisfati lobbligazzjonijiet li jirriżultaw mill-Artikolu 88(3) KE, jew, bħal fil-każ in kwistjoni, millekwivalenti tiegħu fil-kodiċi dwar l-għajnuna KEFA, u jekk jeżistux deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jostakolaw l-għoti ta' l-għajnuna jew jissubordinawha għal limiti jew għal kundizzjonijiet partikolari.</TXT></NP><NP><NO.P>62.</NO.P><TXT>Il-koeżistenza tas-sistemi legali Komunitarji u nazzjonali timplika għaldaqstant li l-Qorti Nazzjonali jkollha minn każ għal ieħor taċċerta jekk, fl-applikazzjoni tad-dritt nazzjonali tagħha, humiex issodisfati f'kull każ il-kundizzjonijiet imposti mid-dritt Komunitarju, u jekk l-applikazzjoni tad-dritt nazzjonali timplikax ksur tal-fakoltà tal-Kummissjoni biex tiggarantixxi l-ħarsien tar-regoli dwar l-għoti ta' l-għajnuna, li tikkostitwixxi<?PAGE NO="I-6222"?> wieħed mill-pilastri tas-sistema legali Komunitarja. F'dan ir-rigward nirreferi għas-sentenza Eco Swiss<NOTE NOTE.ID="E0034" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Iċċitata iktar 'il fuq fin-nota ta' qiegħ il-paġna 11, punti 36 u 39. Fil-konklużjonijiet tas-sentenza tas-<DATE ISO="20020316">16 ta' Mejju 2002</DATE>, ARAP <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-321/99 P" YEAR="2002" PAGE.ECR="I-4287">C-321/99 P, Ġabra p. I-4287</REF.DOC.ECR>) jiena diġà indikajt li l-Artikoli 87 u 88 KE huma ta' ordni pubbliku (punt 189 tal-konklużjonijiet).</P></NOTE>, fejn il-Qorti tal-Ġustizzja espressament iddikjarat li r-regoli dwar il-kompetizzjoni li jinsabu fit-Trattati Komunitarji huma dispożizzjonijiet ta' ordni pubblika. Dan jgħodd ukoll għar-regoli dwar il-kompetizzjoni applikabbli fir-relazzjoni bejn il-Komunità u l-Istati Membri, jiġifieri wkoll fil-każ in eżami l-Artikoli 87 u 88 KE u l-Artikolu 4 KEFA.</TXT></NP><NP><NO.P>63.</NO.P><TXT>Nosserva wkoll li fil-proċedura prinċi-pali, l-Istat Taljan osserva, jew ipprova josserva, l-obbligi imposti fuqu skond l-Artikolu 6 tal-kodiċi dwar l-għajnuna. Filfatt, huwa nnotifika lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni oriġinali tiegħu li fiha kellu bħala għan li jagħti l-għajnuna lil Lucchini; b'hekk ma xtaqx jagħti din l-għajnuna sakemm tingħata d-deċiżjoni tal-Kummissjoni u wkoll meta kien obbligat jagħmel dan skond issentenza tal-Qorti ta' l-Appell, huwa ħallas l-għajnuna iżda għamilha suġġetta għal riżerva espliċita.</TXT></NP><NP><NO.P>64.</NO.P><TXT>Min-naħa tagħha, il-Kummissjoni evalwat il-proposta ta' l-għoti ta' għajnuna notifikata lilha. F'din l-evalwazzjoni hija ħarset ir-regoli proċedurali kollha applikabbli f'dan il-kuntest, jiġifieri ppubblikat in-notifika, sabiex l-istess interessat u l-partijiet terzi interessati jkunu jistgħu jressqu osservazzjonijiet fuq il-mertu. Ukoll id-deċiżjoni li fiha l-Kummissjoni waslet fl-aħħar nett għad-deċiżjoni negattiva definittiva tagħha, din ġiet innotifikata b'mod korrett lill-Istat Taljan u b'hekk ippubblikata.</TXT></NP><NP><NO.P>65.</NO.P><TXT>Huwa f'dan id-dawl li għandu jiġi rrilevat li l-qrati ċivili Taljana li quddiemhom tressqet il-kawża, b'nuqqas ta' għarfien jew bnuqqas ta' attenzjoni, wettqu żbalji gravi, kemm fl-ewwel istanza kif ukoll fl-appell.</TXT></NP><NP><NO.P>66.</NO.P><TXT>Fl-ewwel istanza huma injoraw l-obbligi deskritti hawn fuq li jaċċertaw b'mod koerenti jekk kinux issodisfati l-Artikolu 88(3) KE jew l-Artikolu 6 tal-kodiċi dwar l-għajnuna, jew jekk kinitx teżisti deċiżjoni li biha l-Kummissjoni approvat l-għajnuna b'mod espliċitu. U, aktar gravi, il-Qorti ta' l-Appell ma riditx tirrispetta d-deċiżjoni negattiva mogħtija sadanittant mill-Kummissjoni. Nillimita ruħi għal din il-kostatazzjoni, mingħajr ma nidħol fid-dettall dwar il-motivazzjoni li biha dan l-organu ġuridiku ddeċieda li ma japplikax id-dritt Komunitarju. Fil-każ ta' ksur tant enormi ma jidhirlix xieraq li nkompli d-diskussjoni pedagoġika biex nispjega għaliex din il-motivazzjoni hija ġuridikament insostenibbli.</TXT></NP><NP><NO.P>67.</NO.P><TXT>Nosserva wkoll li l-awtoritajiet Taljani wkoll wettqu xi żbalji. Huwa veru li dawn issottomettew lill-Qorti ta' l-Appell li l-<?PAGE NO="I-6223"?>għajnuna in kwistjoni ma setgħetx tingħata qabel ma l-Kummissjoni tkun espliċitament iddikjarat li din hija kompatibbli mas-suq komuni, iżda huma naqsu b'mod ċar ukoll milli jikkomunikaw li l-Kummissjoni sadanittant kienet diġà adottat deċiżjoni, li fiha l-għajnuna mitluba kienet ġiet espressament iddikjarata inkompatibbli mas-suq komuni.</TXT></NP><NP><NO.P>68.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, Lucchini, bħala rikorrenti fil-proċedura quddiem il-qorti ċivili Taljan, kienet taf jew kellha tkun taf — infatti hija waħda mill-akbar produtturi Taljani ta' lazzar, li taf sewwa bl-Artikolu 4 KEFA u l-kodiċijiet dwar l-għajnuna — li l-Gvern Taljan seta' jagħtiha l-għajnuna mwiegħda lilha biss wara li jkun irċieva l-approvazzjoni tal-Kummissjoni. Minbarra dan, meta l-Kummissjoni adottat id-deċiżjoni negattiva tagħha, Lucchini ma riditx tutilizza l-possibbiltajiet ta' reviżjoni tad-deċiżjoni offruti mid-dritt Komunitarju. Għalhekk ma nistax inneħħi l-impressjoni li f'dan il-każ Lucchini fittxet il-punt dgħajjef tal-katina ġuridika li tista' tiġi invokata biex tagħti deċiżjoni dwar il-leġittimità ta' l-għoti ta' l-għajnuna mill-Istat.</TXT></NP><NP><NO.P>69.</NO.P><TXT>Ir-riżultat ta' dak li ġie osservat hawn fuq huwa li ngħatat għajnuna mill-Istat u li rrelazzjonijiet ta' kompetizzjoni fis-settur relattiv tas-suq komuni ġew distorti. Forsi aktar importanti minn dan ir-riżultat sostanzjali, li jikkostitwixxi bħala tali ksur addizzjonali importanti tad-dritt Komunitarju, huwa li din is-sentenza għandha leffett li tostakola s-setgħat eżerċitati mill-Kummissjoni għall-Komunità. Għalhekk ilkonsegwenza tas-sentenza tal-Qorti ta' l-Appell li saret <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> hija li ma ġiex applikat it-tqassim ta' ġurisdizzjoni bejn il-Komunità u l-Istati Membri fl-għoti ta' l-għajnuna.</TXT></NP><NP><NO.P>70.</NO.P><TXT>Fil-qosor, il-kwistjoni ċentrali hija jekk għandhiex tiġi kkunsidrata bħala inkontestabbli l-awtorità ta' <HT TYPE="ITALIC">resjudicata</HT> addottata fiċ-ċirkustanzi indikati hawn u li, kif jirriżulta mill-paragrafu ta' qabel, jistax ikollha konsegwenzi gravi għat-tqassim tal-kompetenzi bejn il-Komunità u l-Istati Membri, li hija mnissla mill-istess Trattat, u li minbarra dan tagħmel impossibbli l-eżerċizzju tas-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>71.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi dan mhuwiex il-każ.</TXT></NP><NP><NO.P>72.</NO.P><TXT>ħal dan il-għan għandhom jiġu kkunsidrati l-punti li ġejjin: il-punt kruċjali huwa l-fatt li l-Qorti Nazzjonali, fl-interpretazzjoni tad-dritt intern, ma tistax tagħti deċiżjonijiet li ma jikkunsidrawx it-tqassim fundamentali ta' setgħat bejn il-Komunità u l-Istati Membri,<?PAGE NO="I-6224"?> kif joħorġu mit-Trattati. Dan japplika wkoll jekk dawn is-sentenzi jkunu kisbu l-awtorità ta' <HT TYPE="ITALIC">res judicata.</HT></TXT></NP><NP><NO.P>73.</NO.P><TXT>U dan jibqa' jgħodd b'mod partikolari fil-każ tad-dispożizzjonijiet tat-Trattati u ta' l-applikazzjoni tagħhom li jesprimu prinċipji fundamentali tad-dritt Komunitarju sostanzjali, kif fil-każ in eżami huma l-Artikoli 87 u (88) KE. Dan jgħodd aktar u aktar b'mod partikolari fil-każijiet fejn l-obbligu ġuridiku għall-Qorti Nazzjonali jinsab b'mod inekwivoku fl-istess Trattat u fil-ġurisprudenza li toħroġ minnu, kif jirriżulta, fi kliem ieħor, fl-Artikolu 88(3) KE u fil-ġurisprudenza tal-Qorti ċċitata qabel</TXT></NP><NP><NO.P>74.</NO.P><TXT>F'dawn il-każijiet l-awtorità ta' <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> ta' sentenza li hija bbażata esklużiva-ment fuq l-interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali, u fejn id-dritt Komunitarju rilevanti huwa b'mod ċar mhux applikat, ma tistax tkun ostakolu għall-eżerċizzju tad-drittijiet moghtija lill-Kummissjoni mid-dispożizzjo-nijiet rilevanti tad-dritt Komunitarju.</TXT></NP><NP><NO.P>75.</NO.P><TXT>Iċ-ċirkustanza li f'dan il-każ Lucchini ma tista' tinvoka bl-ebda mod il-prinċipju ta' laspettattiva leġittima huwa, fil-fehma tiegħi, argument għal kollox marġinali.</TXT></NP><NP><NO.P>76.</NO.P><TXT>Nerġa' nirreferi għar-riferimenti inekwi-voċi favur dan l-approċċ fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. Infakkar fil-mertu għal darb'oħra s-sentenza Eco Swiss, li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li l-Artikolu 81 KE hija dispożizzjoni fundamentali, indispensabbli għall-iżvolġiment tal-funzjonijiet tal-Komunità u b'mod sinjifikanti għall-funzjonament tas-suq komuni. Minn din is-sentenza jista wkoll jiġi dedott li d-dritt Komunitarju jimponi li Qorti Nazzjonali, imsejjħa biex tiddeċiedi dwar il-validità ta' deċiżjoni ta' arbitraġġ, għandha taċċerta <HT TYPE="ITALIC">ex ufficio</HT> l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 81 KE.</TXT></NP><NP><NO.P>77.</NO.P><TXT>Dan l-argument huwa sostnut ukoll, b'analoġija, mis-sentenza Masterfoods u HB<NOTE NOTE.ID="E0035" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenza ta' l-<DATE ISO="20001214">14 ta' Diċembru 2000</DATE> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-344/98" YEAR="2000" PAGE.ECR="I-11369">C-344/98, Ġabra p. I-11369</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li l-Kummissjoni, fit-twettiq tad-dmirijiet mogħtija lilha mit-Trattat, mhijiex marbuta minn deċiżjoni mogħtija minn Qorti Nazzjonali skond l-Artikoli 85(1) u 86 tat-Trattat. Il-Qorti tal-Ġustizzja kkonkludiet li l-Kummissjoni tista' tagħti f'kull ħin deċiżjo-nijiet individwali fir-rigward ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 85 u 86 KE tat-Trattat, ukoll meta l-Qorti Nazzjonali tkun diġà ddeċidiet dwar kuntratt jew fuq aġir u jekk id-deċiżjoni li l-Kummissjoni trid tadotta tmurx kontra dik is-sentenza.</TXT></NP><NP><NO.P>78.</NO.P><TXT>Fl-istess sentenza l-Qorti tal-Ġustizzja tiddikjara wkoll li l-organi ġuridiċi nazzjonali, li jiddeċiedu dwar kuntratti jew aġir li<?PAGE NO="I-6225"?> dwarhom il-Kummissjoni tkun diġà ħadet deċiżjoni, ma jistgħux jagħtu sentenza li tmur kontra l-istess deċiżjoni, ukoll jekk din min-naħa tagħha tmur kontra deċiżjoni ta' Qorti Nazzjonali ta' l-ewwel istanza. Din il-ġurisprudenza sadanittant ġiet ikkodifikata fir-Regolament (KE) Nru 1/2003<NOTE NOTE.ID="E0036" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Regolament tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20021216">16 ta' Diċembru 2002</DATE> fuq limplimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="001" DATE.PUB="2003" PAGE.FIRST="1">ĠU 2003, L 1, p. 1</REF.DOC.OJ>). Qed nirreferi għall-Artikolu 16.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>79.</NO.P><TXT>L-istess ġurisprudenza tapplika wkoll fil-każ ta' dispożizzjonijiet dwar is-sistema Komunitarja dwar l-għajnuna mill-Istat. Hekk kif il-Kummissjoni ma tistax tkun limitata fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħha fir-rigward tar-regoli dwar il-kompetizzjoni li jgħoddu għall-persuni privati minn deċiżjoni ta' qorti nazzjonali, dan ma jistax iseħħ lanqas fil-każ ta' dispożizzjonijiet dwar il-kompetizzjoni applikabbli għall-Istati Membri, jiġifieri għall-għajnuna mill-Istat Barra minn dan, il-fatt li Qorti Nazzjonali ma tistax tadotta deċiżjoni li hija inkompatibbli huwa wkoll konsegwenza tal-fatt li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni hija indirizzata lill-Istat Membru li tagħmel parti minnu l-qorti, inkwantu organu ta' dak l-Istat<NOTE NOTE.ID="E0037" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Barra minn hekk, nosserva li, fi-ipoteżi fejn żewġ proċeduri jiżvolġu ruħhom simultanjament, fuq livell Komunitarju (evalwazzjoni tal-kompatibbiltà ta' l-għajnuna mill-Istat) u fuq livell nazzjonali (per eżempju fil-kuntest tal-ksur ta' lobbligu ta' standstill), il-prinċipju ta' kooperazzjoni leali tista' timplika li l-qorti nazzjonali għandha tirreferi jew lejn il-Kummissjoni jew, permezz ta' domanda preliminari, lejn il-Qorti tal-Ġustizzja, per eżempju biex tivverifika jekk miżura partikolari tikkwalifikax bħala għajnuna mill-Istat. Ara wkoll, fdan ir-rigward, is-sentenza Masterfoods u HB, punti 57 u 58. Ara wkoll is-sentenza SFEI, iċċitata fin-nota ta' qiegħ il-paġna 27, punti 49 sa 51, u s-sentenza Piaggio, iċċitata fin-nota ta' qiegħ il-paġna 27, punt 32.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>80.</NO.P><TXT>Madankollu teżisti differenza importanti bejn id-deċiżjonijiet adottati fil-kuntest ta' l-Artikoli 81 u 82 KE u dawk meħuda fil-kuntest ta' l-Artikolu 88 KE jew tal-kodiċijiet dwar l-għajnuna tal-KEFA, jiġifieri d-destinatarji ta' l-istess. Ladarba deċiżjoni ta' Qorti Nazzjonali f'relazzjoni ġuridika orizzontali bejn il-persuni privati, ukoll jekk tkun saret <HT TYPE="ITALIC">res judicata,</HT> ma tistax taffettwa s-setgħa tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, dan jgħodd ukoll fir-relazzjoni vertikali bejn Stat Membru u persuna privata fl-għotja ta' l-għajnuna. Ukoll f'din ir-relazzjoni d-deċiżjoni mogħtija minn Qorti Nazzjonali ma jistax ikollha effett fuq il-kompetenzi esklużivi tal-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>81.</NO.P><TXT>Għandu wkoll jiġi osservat li, anki jekk id-dritt Komunitarju huwa indirizzat fl-ewwel lok għall-Istati Membri, il-persuni privati interessati fl-għoti ta' l-għajnuna għandhom is-setgħa li jħarsu l-interessi tagħhom fil-proċeduri relatati. Dan japplika wkoll fil-fażi amministrattiva, li tippreċedi d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, li fiha kemm il-benefiċjarji potenzjali kif ukoll persuni terzi interessati jistgħu jippreżentaw l-opinjoni tagħhom<NOTE NOTE.ID="E0038" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara, b'mod partikolari, ir-Regolament Nru 659/1999.</P></NOTE>, iżda jgħodd ukoll wara li l-Kummissjoni tkun tat id-deċiżjoni tagħha. Fil-fatt id-destinatarji eventwali tal-bene-fiċċju affettwati b'mod negattiv mid-deċiżjoni jistgħu, bħala prinċipju, iressqu rikors għal annullament, skond l-Artikolu 230 KE, triq li<?PAGE NO="I-6226"?> hija wkoll miftuħa għal persuni terzi interessati permezz ta' l-interpretazzjoni wiegħsa mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja għall-kri-terju limitattiv ta' dawk li huma <QUOT.START ID="QS0016" REF.END="QE0016" CODE="201C"/>diretta-ment<QUOT.END ID="QE0016" REF.START="QS0016" CODE="201D"/> interessati fl-għoti ta' l-għajnuna<NOTE NOTE.ID="E0039" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara, b'mod partikolari, is-sentenzi ta' l-<DATE ISO="19841114">14 ta' Novembru 1984</DATE>, Intermills vs Il-Kummisjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="323/82" YEAR="1984" PAGE.ECR="3809">323/82, Ġabra, p. 3809</REF.DOC.ECR>); tad-<DATE ISO="19930519">19 ta' Mejju 1993</DATE>, Cook vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-198/91" YEAR="1993" PAGE.ECR="I-2487">C-198/91, Ġabra p. I-2487</REF.DOC.ECR>) u tal-<DATE ISO="19930615">15 ta' Ġunju 1993</DATE>, Matra vs II-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-225/91" YEAR="1993" PAGE.ECR="I-3203">C-225/91, Ġabra, p. I-3203</REF.DOC.ECR>), u s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-<DATE ISO="19961022">22 ta' Ottobru 1996</DATE>, Skibsvserftsforeningen et vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-266/94" YEAR="1996" PAGE.ECR="II-1399">T-266/94, Ġabra p. II-1399</REF.DOC.ECR>). Ara wkoll ir-Regolament Nru. 659/1999.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>82.</NO.P><TXT>Isegwi b'mod partikolari li d-destinatarju potenzjali ta' miżura ta' għajnuna nazzjonali żgur li mhuwiex marbut li jirreferi għal qorti nazzjonali fatt ta' disperazzjoni, bħallikieku ma teżistix regola ta' protezzjoni adegwata fis-sistema ġuridika Komunitarja. Bil-kontra, propju minħabba l-eżistenza ta' protezzjoni ġuridika adegwata għall-persuni privati kontra d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat, il-Qorti tal-Ġustizzja waslet għall-konsegwenza li l-persuni privati ma jistgħux jikkontestaw il-validità tad-deċiżjonijiet quddiem il-qorti nazzjonali meta ma jkunux utilizzaw il-fakultà ta' kontestazzjoni quddiem il-qorti Komunitarja<NOTE NOTE.ID="E0040" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenza tad-<DATE ISO="19940309">9 ta' Marzu 1994</DATE>, TWD (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-188/92" YEAR="1994" PAGE.ECR="I-833">C-188/92, Ġabra p. I-833</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>83.</NO.P><TXT>Banaloġija, persuna interessata ma timmeritax protezzjoni ladarba tkompli tinjora l-possibbiltajiet ta' kontestazzjoni li jiġu offruti lilha mid-dritt Komunitarju u li tersaq quddiem qorti nazzjonali li ma għandhiex ġurisdizzjoni li tiġġudika dwar l-ammissibbiltà, fid-dawl tad-dritt Komunitarju, ta' miżura ta' għajnuna li qed titlob li tingħa-talha. Minn dan xejn ma jinbidel mill-fatt li s-sentenza li tkun ittieħdet mill-qorti nazzjonali, li kif jintwera aktar 'il fuq hija bi ksur enormi tas-sistema ġuridika Komunitarja, tkun saret <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> skond id-dritt intern.</TXT></NP><NP><NO.P>84.</NO.P><TXT>Għalhekk, il-fatt li fil-kuntest tad-dispo-żizzjonijiet Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat, l-attwazzjoni tad-deċiżjoni ta' rkupru tal-Kummissjoni għandha riperkussjonijiet fuq ir-relazzjoni bejn l-Istat Membru u l-benefiċjarju ma jikkostitwixxix raġuni biex ikunu inqas kategoriċi dwar iċ-ċirkustanza li s-setgħat tal-Kummissjoni ma jistgħux jiġu mneżżgħa mis-sinjifikat tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>85.</NO.P><TXT>Anki jekk mhux determinanti f'dan il-kuntest, nirreferi għal darb'oħra għall-ġuris-prudenza fejn huwa ddikjarat li l-prinċipju taċ-ċertezza legali ma jistax jostakola lirkupru ta' l-għajnuna. Dan huwa l-każ, per eżempju, jekk fis-sistema ġuridika nazzjonali hemm fis-seħħ termini ta preskrizzjoni biex tkun tista' tiġi rrevokata deċiżjoni nazzjonali ta għoti ta' għajnuna mill-Istat<NOTE NOTE.ID="E0041" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara s-sentenzi BUG-Alutechnick, iċċitata fin-nota ta' qiegħ il-paġna 17, punti 34 sa 37, u Alcan Deutschland, iċċitata fin-nota ta' qiegħ il-paġna 17, punti 18-19.</P></NOTE>. Ladarba rrwol ta' l-awtoritajiet nazzjonali għal miżuri ta' għajnuna ddikjarati inkompatibbli huwa limitat għall-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni — m'hemm ebda marġinu ta'<?PAGE NO="I-6227"?> diskrezzjoni għal deċiżjoni mod ieħor — loperaturi tas-suq, mill-mument meta l-Kummissjoni tkun adottat id-deċiżjoni, m'għandhom ebda inċertezza dwar jekk għandhiex tiġi rkuprata l-għajnuna mogħtija inġustament. Għaldaqstant ma jistgħux jiġu opposti t-termini ta' preskrizzjoni ffissati b'garanzija taċ-ċertezza legali.</TXT></NP><NP><NO.P>86.</NO.P><TXT>Minn dak ikkunsidrat hawn fuq, isegwi li l-awtorità ta' <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> tas-sentenza tal-Qorti ta l-Appell ma tistax tikkostitwixxi ostakolu għall-irkupru ta' għajnuna mill-Istat mogħtija b'mod inkompatibbli mad-dritt Komunitarju fis-seħħ fil-kwistjoni. Anzi jeħ-tieġ li jintemm il-ksur tad-dritt Komunitarju magħmul minn dik is-sentenza.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>V —</NO.P><TXT>Konklużjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>87.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet li jippreċedu, nissuġġerixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja li tirrispondi kif ġej id-domandi magħmula mill-Consiglio di Stato:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>L-awtorità ta' <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> ta' deċiżjoni ta' qorti nazzjonali, li tordna lill-awtorità nazzjonali tħallas l-għajnuna mill-Istat minnha mogħtija, ma tistax ikollha riperkussjonijiet fuq l-eżerċizzju tas-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni mill-Artikoli 87 u 88 KE.</P></ITEM><ITEM><P>Għalhekk qorti nazzjonali, li tiddeċiedi dwar il-legittimità ta' deċiżjoni ta' amministrazzjoni nazzjonali li teżegwixxi deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna l-irkupru ta' l-għajnuna mogħtija b'mod illeġittimu, hija marbuta li ma tapplikax ir-regoli nazzjonali li jirregolaw l-effetti ta' deċiżjoni ċivili li saret <HT TYPE="ITALIC">res judicata,</HT> fejn din id-deċiżjoni tmur kontra l-obbligi li jirriżultaw mill-Artikoli 87 u 88 KE, sabiex tiggarantixxi l-ħarsien sħiħ tar-regoli Komunitarji fil-materja ta' l-għajnuna mill-Istat.</P></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>