<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>F-158/12</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62012FJ0158</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2013:135">EU:F:2013:135</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>TFP</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20130925">25.9.2013</DATE> — KAWŻA F-158/12</P><P>MARQUES vs IL-KUMMISSJONI</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubblikutal-Unjoni Ewropea</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20130925">25 ta’ Settembru 2013</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Servizz pubbliku</KEYWORD><KEYWORD>Membru tal-persunal bil-kuntratt</KEYWORD><KEYWORD>Reklutaġġ</KEYWORD><KEYWORD>Sejħa għal espressjoni ta’ interess EPSO/CAST/02/2010</KEYWORD><KEYWORD>Kundizzjonijiet ta’ reklutaġġ</KEYWORD><KEYWORD>Esperjenza professjonali xierqa</KEYWORD><KEYWORD>Ċaħda tat-talba għar-reklutaġġ</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża F-158/12,</P><P>li għandha bħala suġġett rikors ippreżentat skont l-Artikolu 270 TFUE, applikabbli għat-Trattat KEEA taħt l-Artikolu 106a,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Éric Marques</HT>, membru tal-persunal bil-kuntratt tal-Kummissjoni Ewropea, residenti f’Ennery (Franza), irrappreżentat minn A. Salerno, u B. Cortese, avukati,</P><PARTY.STATUS>rikorrent,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn C. Berardis-Kayser u G. Berscheid, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU (It-Tielet Awla),</P><P>kompost minn S. Van Raepenbusch (Relatur), President, R. Barents u K. Bradley, Imħallfin,</P><P>Reġistratur: X. Lopez Bancalari, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li ra l-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20130612">12 ta’ Ġunju 2013</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>jagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fl-<DATE ISO="20121224">24 ta’ Diċembru 2012</DATE>, É. Marques jitlob, minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tas-<DATE ISO="20120306">6 ta’ Marzu 2012</DATE>, li tirrifjuta li tirreklutah bħala membru tal-persunal bil-kuntratt tal-grupp ta’ funzjonijiet III u, min-naħa l-oħra, għal kumpens għad-danni subiti minnu.</TXT></NP><?PAGE NO="2"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Ir-rikorrent għandu diploma tal-edukazzjoni sekondarja li tagħtih aċċess għall-edukazzjoni ogħla. Fl-<DATE ISO="20061101">1 ta’ Novembru 2006</DATE>, ġie rreklutat mill-Kummissjoni bħala membru tal-persunal bil-kuntratt skont l-Artikolu 3a tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg ta’ impjegati oħra tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Kondizzjonijiet tal-impjieg<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>). Huwa ġie kklassifikat fil-grupp ta’ funzjonijiet I previst fl-Artikolu 80 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg u ġie assenjat fil-Lussemburgu (il-Lussemburgu) mal-Uffiċċju <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Infrastruttura u Loġistika – Il-Lussemburgu<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> (OIL) fejn eżerċita funzjonijiet baġitarji u finanzjarji.</TXT></NP><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20100517">17 ta’ Mejju 2010</DATE>, l-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) nieda sejħa għal espressjoni ta’ interess EPSO/CAST/02/10 (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>sejħa għal espressjoni ta’ interess<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) sabiex tiġi stabbilita database ta’ kandidati għar-reklutaġġ bħala membri tal-persunal bil-kuntratt biex jagħmlu b’mod partikolari kompiti ta’ assistent finanzjarju fi ħdan il-Kummissjoni Ewropea.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont is-sejħa għal espressjoni ta’ interess, l-assistenti finanzjarji għar-reklutaġġ issejħu biex jagħmlu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>kompiti ta’ implementazzjoni, abbozzar, kontabbiltà u kompiti tekniċi oħra<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali] u kellhom jiġu kklassifikati fil-grupp ta’ funzjonijiet III imsemmi fl-Artikolu 80 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg. Fir-rigward tat-taħriġ meħtieġ, is-sejħa għal espressjoni ta’ interess indikat li, fid-data tal-iskadenza tal-iskrizzjoni, jiġifieri fl-<DATE ISO="20100614">14 ta’ Ġunju 2010</DATE>, il-kandidati kellu jkollhom, mill-inqas, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>livell ta’ edukazzjoni sekondarja ċċertifikat b’diploma li tagħti aċċess għall-edukazzjoni ogħla u esperjenza professjonali xierqa ta’ mill-inqas tliet snin<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Barra minn hekk, is-sejħa għal espressjoni ta’ interess iddeskriviet il-funzjonijiet tal-assistent finanzjarju u l-kompetenzi meħtieġa biex dawn jiġu eżerċitati.</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Ir-rikorrent, fl-2010, għadda mill-eżamijiet ta’ selezzjoni previsti mis-sejħa għal espressjoni ta’ interess għall-profil ta’ assistent finanzjarju.</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20110530">30 ta’ Mejju 2011</DATE>, l-EPSO nieda fażi supplimentari ta’ selezzjoni sabiex jippermetti li l-kandidati li għaddew mis-sejħa għal espressjoni ta’ interess jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-kisba ta’ kuntratt għal żmien indeterminat.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Ir-rikorrent għadda mill-eżamijiet ta’ selezzjoni supplimentari fl-2011.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20111024">24 ta’ Ottubru 2011</DATE>, Kumitat ta’ Selezzjoni stabbilit fi ħdan l-OIL qies li l-profil u l-kompetenzi tar-rikorrent kienu jikkorrispondu mal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>livell ta’ kompetenza mistenni min-naħa ta’ membru tal-persunal bil-kuntratt tal-grupp ta’ funzjonijiet III<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Konsegwentement, l-OIL talab ir-reklutaġġ tiegħu bħala assistent finanzjarju tal-grupp ta’ funzjonijiet III.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20111201">1 ta’ Diċembru 2011</DATE>, il-Kap tad-diviżjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Servizz tal-forniment tal-ikel – Foyer – Ċentru tas-saħħa<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> tal-OIL, id-direttorat li ħadem taħtu r-rikorrent, kiteb nota li fiha qies li l-kompiti realment imwettqa mir-rikorrent <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>b’mod evidenti kienu jikkostitwixxu esperjenza professjonali rilevanti għal aċċess għall-grupp ta’ funzjonijiet III<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Fl-istess nota, l-imsemmi Kap tad-diviżjoni ddeskriva l-funzjonijiet realment imwettqa mir-rikorrent.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20120201">1 ta’ Frar 2012</DATE>, il-Kap tad-diviżjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Persunal – Komunikazzjoni – Konferenzi – Saħħa u s-Sigurtà<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> tal-OIL indika lid-Direttorat Ġenerali (DĠ) <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Riżorsi Umani u Sigurtà<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> tal-Kummissjoni li, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>jekk ċerti kompiti attribwiti lir-rikorrent jistgħu jiġu interpretati bħala livell ta’ kompiti rilevanti għall-grupp ta’ funzjonijiet III, ikun xieraq li jittieħed inkunsiderazzjoni li dan iwettaq prinċipalment kompiti amministrattivi li jaqgħu taħt il-grupp ta’ funzjonijiet I<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20120306">6 ta’ Marzu 2012</DATE>, id-DĠ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Riżorsi Umani u Sigurtà<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> tal-Kummissjoni informa lill-OIL li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>l-analiżi tal-esperjenzi professjonali tar-rikorrent ma ppermettietx li jintwera li, sad-data tal-<DATE ISO="20100614">14 ta’ Ġunju 2010</DATE>, dan kien kiseb tliet snin ta’ esperjenza professjonali ekwivalenti għal kompiti li jaqgħu taħt il-grupp ta’<?PAGE NO="3"?> funzjonijiet III<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Konsegwentement, il-Kummissjoni rrifjutat li tilqa’ t-talba tal-OIL li tirrekluta lir-rikorrent bħala assistent finanzjarju tal-grupp ta’ funzjonijiet III (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20120605">5 ta’ Ġunju 2012</DATE>, ir-rikorrent ressaq ilment kontra d-deċiżjoni kkontestata skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, applikabbli għall-membri tal-persunal bil-kuntratt skont l-Artikolu 117 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>L-awtorità awtorizzata tikkonkludi l-kuntratti ta’ reklutaġġ (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>AHCC<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>) ċaħdet l-ilment fil-<DATE ISO="20120911">11 ta’ Settembru 2012</DATE>. Hija, fil-fatt, qieset li kemm in-noti taż-żewġ Kapijiet ta’ diviżjoni tal-OIL, tal-<DATE ISO="20111201">1 ta’ Diċembru 2011</DATE> u tal-<DATE ISO="20120201">1 ta’ Frar 2012</DATE> rispettivament, kif ukoll l-elementi kollha tal-fajl individwali tar-rikorrent, inkluża d-deskrizzjoni tal-pożizzjonijiet li kien okkupa, ma ppermettewx li jitqies li l-kompiti li huwa kien eżerċita qabel l-<DATE ISO="20100614">14 ta’ Ġunju 2010</DATE> kienu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>ta’ livell ekwivalenti għal kompiti rilevanti għall-grupp ta’ funzjonijiet III<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Skont l-AHCC, dawn il-kompiti fil-biċċa l-kbira tagħhom jaqgħu taħt il-grupp ta’ funzjonijiet I, saħansitra l-grupp ta’ funzjonijiet II, iżda mhux il-grupp ta’ funzjonijiet III.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Ir-rikorrent jitlob li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jogħġbu:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>jannulla d-deċiżjoni kkontestata;</P></ITEM><ITEM><P>jikkundanna lill-Kummissjoni tikkumpensa d-dannu materjali li kkawżatlu l-imsemmija deċiżjoni;</P></ITEM><ITEM><P>jordna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jogħġbu:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>jiċħad ir-rikors;</P></ITEM><ITEM><P>jikkundanna lir-rikorrent għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-talbiet għal annullament</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Insostenn tat-talbiet għal annullament, ir-rikorrent iqajjem żewġ motivi. L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 82(2)(b) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg, tal-Artikolu 2(1)(c) tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni, tas-<DATE ISO="20040407">7 ta’ April 2004</DATE>, dwar proċeduri li jirregolaw ir-reklutaġġ u l-impjieg tal-membri tal-persunal bil-kuntratt mal-Kummissjoni, ippubblikati fl-Informazzjoni Amministrattiva Nru 49‑2004 (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>DĠI 2004<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>), tal-Artikolu 1(3)(c) tal-Anness I tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni, tat-<DATE ISO="20110302">2 ta’ Marzu 2011</DATE>, tal-Artikolu 79(2) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg li jirregola l-kundizzjonijiet tal-impjieg tal-membri tal-persunal bil-kuntratt irreklutati mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 3a u 3b tal-imsemmija kundizzjonijiet, ippubblikati fl-Informazzjoni Amministrattiva Nru 33‑2011 (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>DĠI 2011<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>), kif ukoll tad-dispożizzjonijiet tas-sejħa għal espressjoni ta’ interess. It-tieni motiv huwa bbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Fl-ewwel motiv tiegħu, ir-rikorrent sostna li, minbarra diploma ta’ edukazzjoni sekondarja, l-Artikolu 82(2)(b), tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg, l-Artikolu 2(1)(b), tal-DĠI 2004 u l-Artikolu 1(3)(c), tal-Anness I tad-DĠI 2011, għal aċċess għall-grupp ta’ funzjonijiet III, ma jeħtiġux ħlief <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>esperjenza professjonali xierqa<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> ta’ tliet snin. Ir-rekwiżit tal-Kummissjoni, li l-esperjenza meħtieġa għandha tkun<?PAGE NO="4"?> ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>livell ekwivalenti<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> għall-kompiti eżerċitati fl-imsemmi grupp ta’ funzjonijiet ma huwa bbażat fuq l-ebda bażi legali. Skont ir-rikorrent, id-DĠI 2004 u 2011 ifformulaw biss rekwiżiti iktar stretti minn dik ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>esperjenza xierqa ta’ tliet snin<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> ħlief għall-finijiet ta’ klassifikazzjoni fil-grad tal-membri tal-persunal bil-kuntratt. Madankollu dawn huma kundizzjonijiet addizzjonali fir-rigward tal-esperjenza professjonali imposta bħala kundizzjoni minima ta’ reklutaġġ.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni twieġeb li l-Artikolu 82(2), tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg jipprevedi biss kundizzjonijiet minimi u għaldaqstant hija tista’ titlob livell ta’ kwalifiki ogħla. Barra minn hekk, ir-rekwiżit ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>esperjenza professjonali xierqa<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> li jidher fid-DĠI 2004 u fid-DĠI 2011 kif ukoll fis-sejħa għal espressjoni ta’ interess jista’ jiġi interpretat bħala li jimponi esperjenza ta’ livell ekwivalenti għal-livell li l-kandidat jixtieq jilħaq, jiġifieri, f’dan il-każ, esperjenza tal-livell tal-grupp ta’ funzjonijiet III. Din l-interpretazzjoni hija kkonfermata fl-Artikolu 7(3) tad-DĠI 2004. Fl-aħħar nett, ir-rekwiżit ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>esperjenza professjonali xierqa<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> msemmi fis-sejħa għal espressjoni ta’ interess huwa marbut mal-profil ta’ assistent finanzjarju tal-grupp ta’ funzjonijiet III li jidher fih.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jfakkar li jekk l-amministrazzjoni tibbenefika minn marġni ta’ diskrezzjoni wiesa’ biex tiddetermina jekk l-esperjenza professjonali preċedenti ta’ kandidat tistax tittieħed inkunsiderazzjoni sabiex jiġi rreklutat bħala membru tal-persunal bil-kuntratt tal-grupp ta’ funzjonijiet III, l-eżerċizzju ta’ din is-setgħa diskrezzjonali wiesgħa għandu b’mod partikolari jsir b’osservanza għad-dispożizzjonijiet applikabbli kollha (sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, tat-<DATE ISO="20101028">28 ta’ Ottubru 2010</DATE>, Fares vs Il‑Kummissjoni, F‑6/09, punti 38 u 39).</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Hemm lok li jiġi rrilevat li l-Artikolu 82(2) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>Ir-reklutaġġ bħala membru tal-persunal bil-kuntratt għandu jeħtieġ mill-anqas:</P><P>[...]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>fil-gruppi tal-funzjoni II u III:</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>i)</NO.P><TXT>livell ta’ edukazzjoni post-sekondarja ċċertifikat b’diploma, jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ii)</NO.P><TXT>livell ta’ edukazzjoni sekondarja ċċertifikata b’diploma li tagħti aċċess għal edukazzjoni post-sekondarja u esperjenza professjonali cierqa ta’ mill-anqas tliet snin, jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>iii)</NO.P><TXT>fejn iġġustifikat fl-interess tas-servizz, taħriġ professjonali jew esperjenza professjonali ta’ livell ekwivalenti.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-DĠI, għandu jiġi ddeterminat liema minnhom, tal-2004 jew tal-2011, huma applikabbli għall-każ, peress li, jekk għandhom l-istess suġġett, jeżistu xi sfumaturi bejniethom, b’mod partikolari fir-rigward tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>esperjenza professjonali xierqa<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> li jippreċiżaw id-DĠI 2011.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar, f’dan ir-rigward, li l-legalità ta’ att tiġi evalwata skont il-punti ta’ fatt u ta’ liġi li jeżistu fil-mument tal-adozzjoni tiegħu (sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza, tal-<DATE ISO="20070711">11 ta’ Lulju 2007</DATE>, Centeno Mediavilla <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni, T‑58/05, punt 151; sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, tad-<DATE ISO="20110929">29 ta’ Settembru 2011</DATE>, Mische vs Il‑Kummissjoni, F‑70/05, punt 70). Madankollu, id-DĠI 2011 ġew adottati u daħlu fis-seħħ fit-<DATE ISO="20110302">2 ta’ Marzu 2011</DATE> u għalhekk kienu applikabbli meta ttieħdet id-deċiżjoni kkontestata, jiġifieri fis-<DATE ISO="20120306">6 ta’ Marzu 2012</DATE>. F’din id-data, id-DĠI 2011 ħassru d-DĠI 2004. Naturalment, id-DĠI 2004 kienu applikabbli fi żmien il-pubblikazzjoni tas-sejħa għal espressjoni ta’ interess u fid-data tal-<DATE ISO="20100614">14 ta’ Ġunju 2010</DATE>, id-data li fiha l-kundizzjonijiet ta’ ammissjoni kellhom jiġu ssodisfatti. Madankollu, l-AHCC, sa issa, ma ħadet l-ebda deċiżjoni finali dwar jekk ir-rikorrent setax jinvoka l-esperjenza xierqa meħtieġa biex jiġi rreklutat fil-grupp ta’ funzjonijiet III.<?PAGE NO="5"?> Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet tranżitorji, li jidhru fl-Artikolu 14 tad-DĠI 2011, jirregolaw il-problema tal-eżitu pożittiv tal-eżamijiet ta’ selezzjoni qabel id-dħul fis-seħħ tal-imsemmija DĠI, il-kwistjoni ta’ kuntratti fis-seħħ, id-diffikultà li ġejja mir-reklutaġġi fuq il-bażi ta’ dispożizzjoni derogatorja li tidher fid-DĠI 2004, is-sitwazzjoni tal-esperti żgħażagħ fid-delegazzjonijiet u r-rikors għall-istudenti b’boroż ta’ studju.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, id-dispożizzjonijiet tranżitorji previsti fl-Artikolu 14 tad-DĠI 2011 ma jikkonċernawx, min-naħa l-oħra, il-kwistjoni tal-evalwazzjoni ta’ kwalifiki minimi għar-reklutaġġ meħtieġa għal applikazzjoni għal impjieg ta’ membru tal-persunal bil-kuntratt fid-diversi gruppi ta’ funzjonijiet u b’mod speċjali fil-grupp ta’ funzjonijiet III. Madankollu, dispożizzjoni tranżitorja, fil-prinċipju, hija suġġetta għal interpretazzjoni stretta, peress li tidderoga mir-regoli u prinċipji ta’ valur permanenti li japplikaw immedjatament għas-sitwazzjonijiet inkwistjoni fl-assenza tal-imsemmija kundizzjonijiet (digriet tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, tat-<DATE ISO="20121213">13 ta’ Diċembru 2012</DATE>, Mische vs Il‑Kummissjoni, T‑641/11 P, punt 45, sentenzi tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, tat-<DATE ISO="20100930">30 ta’ Settembru 2010</DATE>, Vivier vs Il‑Kummissjoni, F‑29/05, punti 67 u 68, u l-ġurisprudenza ċċitata, u Toth vs Il‑Kummissjoni, F‑107/05, punti 71 u 72, u l-ġurisprudenza ċċitata). Fin-nuqqas ta’ ċirkustanzi partikolari li jiġġustifikaw interpretazzjoni estensiva tal-Artikolu 14 tad-DĠI 2011, jirriżulta minn dak li ntqal hawn li, fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, l-AHCC kellha tevalwa l-esperjenza li r-rikorrent kien kiseb fid-data tal-<DATE ISO="20100614">14 ta’ Ġunju 2010</DATE> fir-rigward tad-DĠI 2011.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Hekk kif ġie ppreċiżat, l-Artikolu 1(3)(c) tal-Anness I tad-DĠI 2011 jistabbilixxi li l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>kwalifiki minimi għar-reklutaġġ ta’ membru tal-persunal bil-kuntratt<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> huma:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>Fil-grupp ta’ funzjonijiet III:</P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>i.</NO.P><TXT>livell ta’ edukazzjoni ogħla ċċertifikata b’diploma,</TXT></NP></ITEM></LIST><P>jew</P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>ii.</NO.P><TXT>livell ta’ edukazzjoni sekondarja ċċertifikata b’diploma li tagħti aċċess għall-edukazzjoni ogħla u esperjenza professjonali xierqa ta’ mill-inqas tliet snin. F’dan il-kuntest, esperjenza professjonali hija meqjusa bħala xierqa jekk tinkiseb f’oqsma ta’ attività tal-Kummissjoni wara d-diploma li tagħti aċċess għal dan il-grupp ta’ funzjonijiet,</TXT></NP></ITEM></LIST><P>jew</P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>iii.</NO.P><TXT>f’każijiet eċċezzjonali u fejn iġġustifikat fl-interess tas-servizz, taħriġ professjonali jew esperjenza professjonali ekwivalenti; il-Kumitat konġunt jiġi infurmat kull sena dwar l-użu ta’ din id-dispożizzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, għall-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni legali tal-Unjoni, ma għandhomx jitqiesu biss it-termini tagħha u l-kuntest tagħha, iżda wkoll l-għanijiet segwiti mil-leġiżlazzjoni li tagħmel parti minnha (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, tas-<DATE ISO="19831117">17 ta’ Novembru 1983</DATE>, Merck, 292/82, punt 12, sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, tat-<DATE ISO="20100708">8 ta’ Lulju 2010</DATE>, Il‑Kummissjoni vs Putterie-De-Beukelaer, T‑160/08 P, punt 70; sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-<DATE ISO="20110310">10 ta’ Marzu 2011</DATE>, Begue <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni, F‑27/10, punt 40).</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi rrilevat qabelxejn li meta ppreċiżat li l-kandidati kellu jkollhom <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>esperjenza professjonali xierqa ta’ mill-inqas tliet snin<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, is-sejħa għal espressjoni ta’ interess irripproduċiet it-terminoloġija li tidher kemm fl-Artikolu 82(2)(b), tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg kif ukoll fl-Artikolu 1(3)(c) tal-Anness I tad-DĠI 2011.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Fin-nuqqas ta’ diploma li tiċċertifika livell ta’ edukazzjoni ogħla, l-Artikolu 82(2)(b) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg jeżiġi jew <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>esperjenza professjonali [xierqa]<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, meta l-persuna kkonċernata tkun segwiet <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>livell ta’ edukazzjoni sekondarja ċċertifikata b’diploma li tagħti aċċess għall-edukazzjoni post-sekonndarja<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, inkella, jekk dan mhuwiex il-każ, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>taħriġ professjonali jew esperjenza professjonali ta’ livell ekwivalenti<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>. L-Artikolu 1(3)(c) tal-Anness I tad-DĠI 2011 jerġa’ jagħmel l-istess distinzjoni u din tinsab fil-verżjonijiet lingwistiċi differenti tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg u tad-DĠI 2011 (b’mod partikolari, bil-Ġermaniż <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>einschlägige Berufserfahrung<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>gleichwertige [...] Berufserfahrung<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, bl-Ingliż <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>appropriate professional experience<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>equivalent level<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, bit-Taljan <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>esperienza professionale adeguata<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>esperienza professionale di livello equivalente<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>, kif ukoll bl-Olandiż <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>relevante beroepservaring<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>gelijkwaardige beroepservaring<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Issa, għandu jitqies li, meta l-leġiżlatur u l-awtorità amministrattiva jużaw, fl-istess test ta’ applikazzjoni ġenerali, żewġ termini distinti, ir-raġunijiet ta’ koerenza u ta’ ċertezza legali jipprekludu li dawn jiġu attribwiti l-istess portata. Dan jgħodd <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT> meta dawn it-termini jkopru tifsiriet differenti fil-lingwaġġ ta’ kuljum. Dan huwa preċiżament il-każ tal-aġġettivi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>[xierqa]<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>ekwivalenti<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>. Fis-sens komuni tiegħu, l-aġġettiv <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>[xierqa]<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> jfisser <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>adattat għal użu determinat<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>, li jivverifika t-tieni sentenza tal-Artikolu 1(3)(c)(ii) tal-Anness I tad-DĠI 2011. Għall-kuntrarju, l-aġġettiv <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0044" ID="QS0044"/>ekwivalenti<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> jfisser <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0045" ID="QS0045"/>tal-istess valur<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/> u għalhekk għandu sens iktar ristrett.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mis-sentenza Fares vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, jirriżulta li l-Artikolu 82(2)(b)(iii) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg għandu jinftiehem f’dan is-sens li, fejn iġġustifikat fl-interess tas-servizz, l-istituzzjoni tista’ tippermetti l-aċċess għal impjieg tal-grupp ta’ funzjonijiet III lil kandidat li la għandu diploma ta’ edukazzjoni ogħla u lanqas diploma ta’ edukazzjoni sekondarja li tagħti aċċess għal edukazzjoni ogħla, iżda li jista’ jinvoka taħriġ professjonali jew esperjenza professjonali, li ma jikkorrispondux mal-kriterji msemmija fl-Artikolu 82(2)(b)(i) u (ii), iżda fejn il-livell ikun ekwivalenti għalihom (sentenza Fares vs Il-Kummissjoni, punt 19 iktar ’il fuq, punt 50).</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Fi kliem ieħor, fl-Artikolu 82(2)(b)(iii) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg, kif ukoll fl-Artikolu 1(3)(c) tal-Anness I tad-DĠI 2011 u fis-sejħa għal espressjoni ta’ interess li jagħmlu referenza għad-dispożizzjonijiet tiegħu, ir-rekwiżit ta’ ekwivalenza jirreferi għall-kriterji relatati mal-livell ta’ edukazzjoni u jekk ikun il-każ mal-esperjenza professjonali msemmija fl-Artikolu 82(2)(b)(i) u (ii), u mhux direttament għall-kompiti li jaqgħu taħt il-grupp ta’ funzjonijiet III, bħalma sostniet il-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkontestata u fiċ-ċaħda tal-ilment.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Finalment, l-Artikolu 82(2)(b) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg ħareġ mir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 723/2004, tat-<DATE ISO="20040322">22 ta’ Marzu 2004</DATE>, li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 2, p. 130). Issa, jekk dan ir-regolament jagħmel enfasi, fit-tieni premessa tiegħu, fuq il-ħtieġa li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0046" ID="QS0046"/>l-Komunità [...] tkun mgħammra b’amministrazzjoni pubblika Ewropea ta’ kwalità għolja<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/>, ma huwiex possibbli li jiġi dedott minn dan l-għan ġenerali li r-rekwiżit ta’ esperjenza professjonali xierqa għal aċċess għall-pożizzjonijiet tal-grupp ta’ funzjonijiet III għandu jinftiehem bħala wieħed li jimponi b’mod iktar strett esperjenza ta’ livell ekwivalenti għal dik li tista’ tinkiseb f’dan il-grupp ta’ funzjonijiet biss.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Jirriżulta minn dak li ntqal hawn li l-Artikolu 82(2)(b) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg, l-Artikolu 1(3)(c) tal-Anness I tad-DĠI 2011, kif ukoll is-sejħa għal espressjoni ta’ interess għandhom jiġu interpretati f’dan is-sens li l-kandidat għar-reklutaġġ bħala membru tal-persunal bil-kuntratt fil-grupp ta’ funzjonijiet III għandu jkun jista’ jinvoka esperjenza ta’ tliet snin li tkun adattata għall-funzjonijiet li għandhom jimtlew mingħajr ma tkun ekwivalenti għalihom.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni ma hijiex ikkontestata mill-Artikolu 7(3) tad-DĠI 2004 li kien jippreċiża: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0047" ID="QS0047"/>Biex tiġi kkunsidrata għall-finijiet ta’ klassifikazzjoni fi grad, l-esperjenza professjonali trid tkun inkisbet f’attività li tikkorrispondi tal-inqas mal-livell ta’ kwalifiki meħtieġ għal aċċess għall-grupp ta’ funzjonijiet ikkonċernat u b’rabta ma’ wieħed mis-setturi ta’ attività tal-istituzzjoni. Din tiġi kkunsidrata<?PAGE NO="7"?> mid-data li fiha l-persuna kkonċernata tissodisfa l-kwalifiki minimi meħtieġa biex tiġi rreklutata, bħalma huma ddefiniti fl-Artikolu 2 (inkluż, jekk ikun il-każ, kull rekwiżit impost minn dan l-artikolu fir-rigward tal-esperjenza professjonali).<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Mhux talli l-Artikolu 7(3) tad-DĠI 2004 ma kienx għadu fis-seħħ fi żmien l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, iżda, barra minn hekk, dan kien sempliċement jippreċiża li, biex wieħed jittieħed inkunsiderazzjoni għal klassifikazzjoni fil-grad tal-membri tal-persunal bil-kuntratt, l-esperjenza professjonali trid tkun inkisbet f’attività li tikkorrispondi tal-inqas mal-livell ta’ kwalifiki meħtieġ għal aċċess għall-grupp ta’ funzjonijiet ikkonċernat, jiġifieri f’attività li tikkorrispondi mal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0048" ID="QS0048"/>esperjenza professjonali xierqa<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/> prevista fl-Artikolu 2(1)(b) tad-DĠI 2004.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-kwistjoni mressqa quddiem l-AHCC kienet għalhekk biex isir magħruf jekk, fid-dawl ta’ eżami <HT TYPE="ITALIC">in concreto</HT> tal-kompiti mwettqa fl-attività preċedenti tiegħu (sentenza Fares vs Il‑Kummissjoni, punt 19 iktar ’il fuq, punti 63 u 64), ir-rikorrent kienx kiseb, sal-<DATE ISO="20100614">14 ta’ Ġunju 2010</DATE>, esperjenza ta’ tliet snin adattata għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet ta’ assistent finanzjarju tal-grupp ta’ funzjonijiet III, bħalma ġew deskritti fis-sejħa għal espressjoni ta’ interess, iżda mhux li jiġi stabbilit jekk dan setax jinvoka diġà esperjenza tal-istess valur tal-funzjonijiet deskritti hawnhekk.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Isegwi li bir-rifjut li tirrekluta lir-rikorrent bħala assistent finanzjarju tal-grupp ta’ funzjonijiet III minħabba li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0049" ID="QS0049"/>ma kisibx, sad-data tal-<DATE ISO="20100614">14 ta’ Ġunju 2010</DATE>, tliet snin ta’ esperjenza professjonali ekwivalenti għall-kompiti li jaqgħu taħt il-grupp ta’ funzjonijiet III<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali], l-AHCC kisret l-Artikolu 82(2)(b) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg, l-Artikolu 1(3)(c) tal-Anness I tad-DĠI 2011 u s-sejħa għal espressjoni ta’ interess.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>L-ewwel motiv huwa għaldaqstant fondat.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Ir-rikorrent isostni, fit-tieni motiv tiegħu, li d-deċiżjoni kkontestata kienet ivvizzjata bi żball manifest ta’ evalwazzjoni. Hu jallega li l-esperjenza professjonali tiegħu kienet effettivament <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0050" ID="QS0050"/>ekwivalenti<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/> għal dik li tirriżulta mit-twettiq tal-kompiti li jaqgħu taħt il-grupp ta’ funzjonijiet III u li din qabżet sew it-tliet snin meħtieġa. Huwa jibbaża f’dan ir-rigward fuq id-deskrizzjoni tal-pożizzjonijiet li kien okkupa u fuq l-evalwazzjonijiet tas-superjuri tiegħu li jidhru fir-rapporti ta’ evalwazzjoni tiegħu għas-snin 2007, 2009 u 2010, kif ukoll fuq in-nota tal-<DATE ISO="20111201">1 ta’ Diċembru 2011</DATE> tal-Kap ta’ diviżjoni li kien ħadem taħt it-tmexxija tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Peress li l-ewwel motiv huwa fondat u li jirriżulta li l-AHCC kellha tillimita ruħha li teżamina jekk l-esperjenza professjonali tar-rikorrent setgħetx tiġi kkwalifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0051" ID="QS0051"/>xierqa<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/> għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet ta’ assistent finanzjarju tal-grupp ta’ funzjonijiet III bħalma kienu deskritti fis-sejħa għal espressjoni ta’ interess, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ma jistax jivverifika jekk il-Kummissjoni wettqitx żball manifest ta’ evalwazzjoni meta jqis li dan ma setax jinvoka esperjenza professjonali <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0052" ID="QS0052"/>ekwivalenti għall-kompiti li jaqgħu taħt il-grupp ta’ funzjonijiet III<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/> jekk mhux b’riskju li huwa stess jibbaża r-raġunament tiegħu fuq premessa bi żball ta’ dritt.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-talbiet għal kumpens</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Ir-rikorrent isostni li d-deċiżjoni kkontestata kkawżatlu dannu materjali, peress li, fl-assenza tal-imsemmija deċiżjoni, kien jiġi rreklutat bħala membru tal-persunal bil-kuntratt tal-grupp ta’ funzjonijiet III f’Ottubru 2011, b’remunerazzjoni ogħla minn dik li baqa’ jirċievi fl-impjieg tiegħu fil-grupp ta’ funzjonijiet I.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Għandu madankollu jiġi rrilevat li d-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata għaliex l-AHCC irrifjutat li tirrekluta lir-rikorrent bħala assistent finanzjarju tal-grupp ta’ funzjonijiet III fuq il-bażi ta’ interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 82(2)(b) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg, tal-Artikolu 1(3)(c) tal-Anness I tad-DGE 2011 u tas-sejħa għal espressjoni ta’ interess. Barra minn hekk, skont<?PAGE NO="8"?> l-Artikolu 266 TFUE, hija l-istituzzjoni li l-att tagħha ġie annullat li għandha <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0053" ID="QS0053"/>[t]ieħu l-miżuri neċessarji sabiex [t]ikkonforma ruħ[ha] mas-sentenza<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/> li tagħha hija d-destinatarja. Fl-aħħar nett, l-AHCC għandha setgħa diskrezzjonali wiesgħa meta tissejjaħ tivverifika jekk l-attivitajiet effettivament imwettqa mill-kandidat għal reklutaġġ bħala membru tal-persunal bil-kuntratt f’impjieg tal-grupp ta’ funzjonijiet III jistgħux jikkostitwixxu esperjenza professjonali xierqa ta’ mill-inqas tliet snin.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dawn il-kundizzjonijiet, peress li l-Kummissjoni ssejħet teżerċita mill-ġdid, fid-dawl tal-motivi ta’ din is-sentenza, is-setgħa diskrezzjonali tagħha li tikkonċerna l-esperjenza professjonali li jista’ jinvoka r-rikorrent, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ma jistax, mingħajr ma jissostitwixxi l-evalwazzjoni tiegħu b’dik tal-Kummissjoni, jikkundannaha tħallas lil dan tal-aħħar ammont ekwivalenti għad-differenza bejn dak li kompla jirċievi fl-impjieg tiegħu fil-grupp ta’ funzjonijiet I u s-salarju li kieku jiġi allokat lilu fil-grupp ta’ funzjonijiet III.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 87(1) tar-Regoli tal-Proċedura, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet l-oħra tal-Kapitolu Tmienja tat-Titolu II ta’ dawn ir-regoli, kull parti li titlef il-kawża għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Skont il-paragrafu 2 tal-istess artikolu, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jista’ jiddeċiedi, jekk ikun meħtieġ għal raġunijiet ta’ ekwità, li parti telliefa għandha tiġi kkundannata tbati biss parti mill-ispejjeż, jew saħansitra li hija ma għandhiex tiġi kkundannata f’dan ir-rigward.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Mill-motivi stabbiliti f’din is-sentenza jirriżulta li l-Kummissjoni tilfet il-parti l-kbira tad-difiża tagħha. Barra minn hekk, ir-rikorrent, fit-talbiet tiegħu, talab espressament li l-Kummissjoni tiġi kkundannata għall-spejjeż. Peress li ċ-ċirkustanzi tal-każ ma jiġġustifikawx l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura, il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u tiġi kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrent.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU (It-Tielet Awla),</P><P>jaqta’ u jiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tas-<DATE ISO="20120306">6 ta’ Marzu 2012</DATE>, li tirrifjuta li tirrekluta lil É. Marques bħala membru tal-persunal bil-kuntratt tal-grupp ta’ funzjonijiet III hija annullata.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti minn É. Marques.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Van Raepenbusch</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Barents</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Bradley</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’Qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fil-<DATE ISO="20130925">25 ta’ Settembru 2013</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Reġistratur</P><P>W. Hakenberg</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>President</P><P>S. Van Raepenbusch</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>