12.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

668


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-12 ta’ Diċembru 2005

li temenda d-Deċiżjonijiet 2004/695/KE u 2004/840/KE fir-rigward tar-riallokazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja lill-programmi ta' ċerti Stati Membri għall-qerda u l-monitoraġġ tal-mard ta' l-annimali u għall-verifiki bil-għan li jipprevjenu ż-żoonosi għall-2005

(innotifikata taħt dokument numru C(2005) 4792)

(2005/887/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 24(5) u (6) u l-Artikoli 29 u 32 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni 90/424/KEE tipprovdi għall-possibilità ta' parteċipazzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-programmi ta' l-Istati Membri li għandhom bħala għan il-qerda u l-monitoraġġ tal-mard ta' l-annimali u għall-verifiki bil-għan li jipprevjenu ż-żoonosi.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/695/KE ta' l-14 ta' Ottubru 2004 dwar il-listi tal-programmi għall-qerda u l-monitoraġġ tal-mard ta' l-annimali u għall-verifiki bil-għan li jipprevjenu ż-żoonosi li jikkwalifikaw għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità fl-2005 (2) tistipola r-rata proposta u l-ammont massimu tla-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għal kull programm ippreżentat mill-Istati Membri.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/840/KE tat-30 ta' Novembru 2004 li tapprova programmi għall-qerda u l-monitoraġġ tal-mard ta' l-annimali u għall-kontrolli maħsuba għall-prevenzjoni miż-żoonosi ppreżentati mill-Istati Membri għas-sena 2005 u li tistabbilixxi l-livell tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Komunità (3) tistipola l-ammont massimu tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għal kull programm ippreżentat mill-Istati Membri.

(4)

Il-Kummissjoni analizzat ir-rapporti mgħoddija mill-Istati Membri dwar in-nefqa ta' dawn il-programmi. Ir-riżultati ta' dik l-analiżi juru li xi wuħud mill-Istati Membri mhumiex se jużaw l-allokazzjoni sħiħa għall-2005 filwaqt li oħrajn se jonfqu aktar mill-ammont allokat.

(5)

Il-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għal xi wħud minn dawn il-programmi għandha għalhekk tiġi aġġustata. Huwa xieraq illi jerga' jiġi allokat finanzjament mill-programmi ta' l-Istati Membri, li mhumiex qed jużaw l-allokazzjoni sħiħa tagħhom għal dawk tal-pajjiżi li qed jaqbżuha. L-allokazzjoni mill-ġdid trid tissejjes fuq l-aktar informazzjoni riċenti dwar in-nefqa reali ta' l-Istati Membri kkonċernati.

(6)

Id-Deċiżjonijiet 2004/695/KE u 2004/840/KE għandhom għalhekk jiġu emendati kif jixraq.

(7)

Il-miżuri li hemm f'din id-Deċiżjoni huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI

Artikolu 1

L-Anness I u II tad-Deċiżjoni 2004/695/KE huma emendati bi qbil ma' l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 2004/840/KE hi emendata kif ġej:

1.

Fl-Artikolu 3(2), “EUR 400 000” tinbidel b' “EUR 900 000”;

2.

Fl-Artikolu 5(2), “EUR 900 000” tinbidel b' “EUR 0”;

3.

Fl-Artikolu 6(2), “EUR 1 500 000” tinbidel b' “EUR 675 000”;

4.

Fl-Artikolu 7(2), “EUR 200 000” tinbidel b' “EUR 300 000”;

5.

Fl-Artikolu 8(2), “EUR 400 000” tinbidel b' “EUR 500 000”;

6.

Fl-Artikolu 9(2), “EUR 100 000” tinbidel b' “EUR 105 000”;

7.

Fl-Artikolu 11(2), “EUR 5 000 000” tinbidel b' “EUR 5 850 000”;

8.

Fl-Artikolu 12(2), “EUR 5 000 000” tinbidel b' “EUR 3 600 000”;

9.

Fl-Artikolu 13(2), “EUR 3 000 000” tinbidel b' “EUR 2 875 000”;

10.

Fl-Artikolu 14(2), “EUR 800 000” tinbidel b' “EUR 100 000”;

11.

Fl-Artikolu 15(2), “EUR 1 800 000” tinbidel b' “EUR 1 740 000”;

12.

Fl-Artikolu 16(2), “EUR 5 000 000” tinbidel b' “EUR 4 415 000”;

13.

Fl-Artikolu 19(2), “EUR 4 000 000” tinbidel b' “EUR 4 600 000”;

14.

Fl-Artikolu 20(2), “EUR 2 500 000” tinbidel b' “EUR 2 725 000”;

15.

Fl-Artikolu 21(2), “EUR 700 000” tinbidel b' “EUR 770 000”;

16.

Fl-Artikolu 22(2), “EUR 250 000” tinbidel b' “EUR 300 000”;

17.

Fl-Artikolu 24(2), “EUR 250 000” tinbidel b' “EUR 350 000”;

18.

Fl-Artikolu 27(2), “EUR 200 000” tinbidel b' “EUR 330 000”;

19.

Fl-Artikolu 28(2), “EUR 175 000” tinbidel b' “EUR 150 000”;

20.

Fl-Artikolu 30(2), “EUR 6 500 000” tinbidel b' “EUR 6 340 000”;

21.

Fl-Artikolu 31(2), “EUR 300 000” tinbidel b' “EUR 500 000”;

22.

Fl-Artikolu 32(2), “EUR 4 500 000” tinbidel b' “EUR 4 470 000”;

23.

Fl-Artikolu 33(2), “EUR 1 700 000” tinbidel b' “EUR 1 900 000”;

24.

Fl-Artikolu 34(2), “EUR 25 000” tinbidel b' “EUR 875 000”;

25.

Fl-Artikolu 35(2), “EUR 50 000” tinbidel b' “EUR 95 000”;

26.

Fl-Artikolu 36(2), “EUR 400 000” tinbidel b' “EUR 675 000”;

27.

Fl-Artikolu 37(2), “EUR 70 000” tinbidel b' “EUR 117 000”;

28.

Fl-Artikolu 38(2), “EUR 400 000” tinbidel b' “EUR 455 000”;

29.

Fl-Artikolu 40(2), “EUR 600 000” tinbidel b' “EUR 310 000”;

30.

Fl-Artikolu 41(2), “EUR 50 000” tinbidel b' “EUR 0”;

31.

Fl-Artikolu 42(2), “EUR 600 000” tinbidel b' “EUR 170 000”;

32.

Fl-Artikolu 43(2) “EUR 350 000” tinbidel b’ “EUR 370 000”;

33.

Fl-Artikolu 44(2) “EUR 100 000” tinbidel b’ “EUR 25 000”;

34.

Fl-Artikolu 45(2) “EUR 200 000” tinbidel b’ “EUR 375 000”;

35.

Fl-Artikolu 46(2) “EUR 15 000” tinbidel b’ “EUR 23 000”;

36.

Fl-Artikolu 47(2) “EUR 100 000” tinbidel b’ “EUR 140 000”;

37.

Fl-Artikolu 48(2) “EUR 800 000” tinbidel b’ “EUR 1 075 000”;

38.

Fl-Artikolu 49(2) “EUR 150 000” tinbidel b’ “EUR 485 000”;

39.

Fl-Artikolu 50(2) “EUR 100 000” tinbidel b’ “EUR 40 000”;

40.

Fl-Artikolu 51(2) “EUR 10 000” tinbidel b’ “EUR 100 000”;

41.

Fl-Artikolu 52(2) “EUR 200 000” tinbidel b’ “EUR 290 000”;

42.

Fl-Artikolu 53(2) “EUR 300 000” tinbidel b’ “EUR 370 000”;

43.

Fl-Artikolu 54(2) “EUR 250 000” tinbidel b’ “EUR 370 000”;

44.

Fl-Artikolu 55(2) “EUR 50 000” tinbidel b’ “EUR 115 000”;

45.

Fl-Artikolu 57(2) “EUR 25 000” tinbidel b’ “EUR 50 000”.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, nhar it-12 ta’ Diċembru 2005.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).

(2)   ĠU L 316, 15.10.2004, p. 87.

(3)   ĠU L 361, 8.12.2004, p. 41.


ANNESS

L-Anness I u II tad- Deċiżjoni 2004/695/KE jinbidlu b'dan li ġej:

ANNESS I

Lista ta’ programmi għall-qerda u l-monitoraġġ tal-mard ta’ l-annimali (Artikolu 1(1))

— Rata u ammont proposti għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità —

Marda

Stat Membru jew Stat Membru li ser jissieħeb

Rata

Ammont propost

(EUR)

Marda ta’ Aujeszkys

Il-Belġju

50  %

370 000

Spanja

50  %

370 000

L-Ungerija

50  %

115 000

L-Irlanda

50  %

50 000

Il-Portugall

50  %

50 000

Ir-Repubblika Slovakka

50  %

25 000

Bluetongue

Spanja

50  %

875 000

Franza

50  %

95 000

L-Italja

50  %

675 000

Bruċellożi bovina

Ċipru

50  %

105 000

Il-Greċja

50  %

100 000

Spanja

50  %

5 850 000

L-Irlanda

50  %

3 600 000

L-Italja

50  %

2 875 000

Il-Polonja

50  %

100 000

Il-Portugall

50  %

1 740 000

Ir-Renju Unit (1)

50  %

4 415 000

Tuberkulożi Bovina

Ċipru

50  %

5 000

Il-Greċja

50  %

100 000

Spanja

50  %

4 600 000

L-Irlanda

50  %

0

L-Italja

50  %

2 725 000

Il-Polonja

50  %

770 000

Il-Portugall

50  %

300 000

Ir-Renju Unit (1)

50  %

0

Deni klassiku tal-majjali

Il-Belġju

50  %

23 000

Ir-Repubblika Ċeka

50  %

140 000

Il-Ġermanja

50  %

1 075 000

Franza

50  %

485 000

Il-Lussemburgu

50  %

40 000

Is-Slovenja

50  %

100 000

Ir-Repubblika Slovakka

50  %

290 000

Lewkożi enzotika bovina

L-Estonja

50  %

25 000

L-Italja

50  %

350 000

Il-Litwanja

50  %

200 000

Il-Latvja

50  %

100 000

Il-Portugall

50  %

330 000

Bruċellożi ovina u kaprina (B melitensis)

Ċipru

50  %

150 000

Il-Greċja

50  %

800 000

Spanja

50  %

6 340 000

Franza

50  %

500 000

L-Italja

50  %

4 470 000

Il-Portugall

50  %

1 900 000

Poseidom (2)

Franza (3)

50  %

150 000

Ir-Rabbja

L-Awstrija

50  %

180 000

Ir-Repubblika Ċeka

50  %

400 000

Il-Ġermanja

50  %

900 000

Il-Finlandja

50  %

100 000

Il-Litwanja

50  %

0

Il-Polonja

50  %

675 000

Is-Slovenja

50  %

300 000

Ir-Repubblika Slovakka

50  %

500 000

Il-marda vesikulari tal-majjali

L-Italja

50  %

375 000

Total

50 808 000

ANNESS II

Lista ta’ programmi tal-kontrolli mmirati lejn il-prevenzjoni taż-żoonożi (Artikolu 2(1))

— Rata u ammont proposti għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità —

Żoonożi

Stat Membru jew Stat Membru li ser jissieħeb

Rata

Ammont propost

(EUR)

Salmonella

L-Awstrija

50  %

117 000

Il-Belġju

50  %

455 000

Id-Danimarka

50  %

110 000

Franza

50  %

310 000

L-Irlanda

50  %

0

L-Italja

50  %

170 000

L-Olanda

50  %

370 000

Ir-Repubblika Slovakka

50  %

25 000

total

1 557 000


(1)  Ir-Renju Unit fir-rigward biss ta’ l-Irlanda ta’ Fuq.

(2)  Il-marda ta’ l-ilma fil-qalb, il-babesijożi and l-anaplasmożi trażmessi minn insetti li jservu ta’ vetturi ta’ tixrid fid-dipartimenti ta’ barra Franċiżi.

(3)  Franza biss f'dak li għandu x'jaqsam ma' Guadeloupe, Martinique u Réunion.