|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/5123 |
1.10.2026 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.12435 – GIM / EFMS / AES)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2026/5123)
1.
Fit-23 ta’ Settembru 2026, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Global Infrastructure Management, LLC (“GIM”, l-Istati Uniti), ikkontrollata minn BlackRock, Inc. (l-Istati Uniti), |
|
— |
EQT Fund Management S.à r.l. (“EFMS”, il-Lussemburgu), li tappartjeni għall-Grupp EQT (l-Iżvezja), |
|
— |
The AES Corporation (“AES”, l-Istati Uniti). |
GIM u EFMS se jakkwistawfis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ AES kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
GIM huwa l-maniġer tal-fond tal-infrastruttura indipendenti globali ta’ Global Infrastructure Partners (“GIP”), primarjament iffukat fuq l-investiment fis-setturi tat-trasport, tal-enerġija, tal-iskart, tal-ilma u tal-infrastruttura diġitali, |
|
— |
EFMS huwa l-maniġer tal-fond ta’ investiment alternattiv ta’ EQT Infrastructure VI, iffukat fuq l-investiment f’diversi setturi bħall-enerġija u l-ambjent, it-trasport u l-loġistika, u l-qasam diġitali, |
|
— |
AES hija kumpanija globali tal-ġenerazzjoni tal-enerġija u tal-utilitajiet. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12435 — GIM / EFMS / AES
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/5123/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)