1998R2121 — MT — 01.01.2007 — 002.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2121/98

tat-2 ta' Ottubru 1998

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 684/92 u (KE) Nru 12/98 fir-rigward ta' dokumenti għall-ġarr tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank

(test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 268, 3.10.1998, p.10)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

COMMISSION REGULATION (EC) No 1792/2006 of 23 October 2006 (*)

  L 362

1

20.12.2006


Emendat bi:

►A1

  L 236

33

23.9.2003



(*)

Dan l-att qatt ma ġie ppubblikat bil-Malti.




▼B

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2121/98

tat-2 ta' Ottubru 1998

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 684/92 u (KE) Nru 12/98 fir-rigward ta' dokumenti għall-ġarr tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank

(test b'rilevanza għaż-ŻEE)



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 684/92 tas-16 ta' Marzu 1992 dwar ir-regoli komuni għall-ġarr internazzjonali tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank ( 1 ), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 11/98 ( 2 ) u b'mod partikolari l-punt 3.4 ta' l-Artikolu 2 u l-Artikoli 5(4), 6(2), 11(5) u 13(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 12/98 tal-11 ta' Diċembru 1997 li jistabilixxi l-kondizzjonijiet li taħthom ġarriera mhux residenti jistgħu jħaddmu servizzi nazzjonali ta' trasport fit-toroq fi Stat Membru ( 3 ), u b'mod partikolari l-Artikoli 6(2) u (3) u (7) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-kumitat stabbilit bl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 12/98,

(1)

Billi l-Artikolu 4(4) tar-Regolament Nru 684/92 jipprovdi li s-servizzi regolari u ċerti servizzi speċjali regolari għandhom ikunu suġġetti għal awtorizzazzjoni.

(2)

Billi l-Artikolu 11(1) ta' dak ir-Regolament jgħid li servizzi okkażjonali għandhom filwaqt li jitwettqu jkunu koperti minn formola tal-vjaġġ.

(3)

Billi l-Artikolu 13(1) ta' dan ir-Regolament jipprovdi li l-ħidmiet tat-trasport bi spejjeż propji għandhom ikunu suġġetti għal sistema ta' ċertifikati.

(4)

Billi għandhom jiġu stabbiliti wkoll regoli li jirregolaw l-użu tal-formola tal-vjaġġ imsemmija fl-Artikolu 11 ta' dak ir-Regolament u l-mezz ta' komunikazzjoni ma' l-Istati Membri konċernati, ta' l-ismijiet tal-ġarriera li jagħmlu dawk is-servizzi u l-waqfiet waqt il-vjaġġ.

(5)

Billi l-Kumissjoni addottat ir-Regolament (KEE) Nru 1839/92 ta' l-1 ta' Lulju 1992 li jistabilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill Nru 684/92 dwar id-dokumenti għall-ġarr internazzjonali tal-passiġġieri ( 4 ), kif l-aħħar emendat bl-Att ta' Adeżjoni ta' l-Awstrija, l-Finlandja u l-Isvezja; billi dak ir-Regolament ġie emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2944/93 ( 5 ) biex jiġu standardizzati, għal raġunijiet ta' sempliċità, id-dokumenti ta' kontroll għal servizzi mekkuk bl-akkomodazzjoni u għal servizzi okkażjonali.

(6)

Billi r-Regolament (KE) Nru 11/98 abolixxa l-kunċett tas-servizz mekkuk u ssimplifika d-definizzjoni ta' servizzi okkażjonali billi abolixxa l-konċett ta' servizzi okkażjonali residwi.

(7)

Billi huwa meħtieġ li tiġi standardizzata, għal raġunijiet ta' sempliċità, il-formola tal-vjaġġ għas-servizzi okkażjonali internazzjonali u għas-servizzi okkażjonali fil-forma ta' kabotaġġ kif provdut fir-Regolament (KE) Nru 12/98.

(8)

Billi l-formola tal-vjaġġ użata bħala dokument ta' kontroll fl-istruttura tas-servizzi regolari speċjali fil-forma ta' kabotaġġ għandha tkun mimlija fil-forma ta' dikjarazzjoni mensili.

(9)

Billi, għal raġunijiet ta' trasparenza u sempliċità, id-dokumenti abbozz kollha stabbiliti bir-Regolament (KEE) Nru 1839/92 għandhom jiġu adattati għall-istrutttura regolatorja l-ġdida applikabbli għas-servizzi internazzjonali bil-kowċ u bix-xarabank u dak ir-Regolament għandu jiġi sostitwit bir-Regolament preżenti.

(10)

Billi l-Istati Membri jeħtieġu ż-żmien biex jistampaw u jqassmu d-dokumenti l-ġodda.

(11)

Billi fil-frattemp il-ġarriera għandhom ikunu jistgħu jkomplu jużaw id-dokumenti li għalihom hemm provdut bir-Regolament (KEE) Nru 1839/92 u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2454/92 ( 6 ), emendati bix-xieraq fejn meħtieġ sabiex jagħtu kas tar-Regolamenti (KEE) Nru 684/2 u (KE) Nru 12/98,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



IL-KAPITOLU 1

ID-DOKUMENT TAL-KONTROLL - IL-FORMOLA TAL-VJAĠĠ

L-Artikolu 1

1.  Id-dokument ta' kontroll - il-formola tal-vjaġġ għas-servizzi okkażjonali msemmija fil-punt 3.1 ta' l-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 684/92 għandu jikkonforma ma' l-abbozz fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.

2.  Id-dokument tal-kontroll - il-formola tal-vjaġġ għas-servizzi okkażjonali msemmija fil-punt 3 ta' l-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 12/92 għandu jikkonforma ma' l-abbozz fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.

3.  Il-formoli tal-vjaġġ għandhom ikunu f'kotba ta' 25 formola, duplikati, u distakkabbli. Kull ktieb għandu jkollu numru. Il-formoli għandhom ikunu ukoll numerati mill-1 sal 25. Il-qoxra tal-ktieb għandha tikkonforma ma' l-abbozz fl-Anness II ta' dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jaddattaw dawn il-ħtiġiet ma' l-ipproċessar kompjuterizzat tal-formoli tal-vjaġġ.

L-Artikolu 2

1.  Il-ktieb li għalih hemm provdut fl-Artikolu 1(3) għandu jinħareġ f'isem il-ġarrier; dan ma jistax jiġi trasferit

2.  Il-formola tal-vjaġġ għandha tiġi mimlija b'mod li tinqara b'ittri li ma jitħassrux, b'sistema dupliċi, jew mill-ġarrier jew mis-sewwieq għal kull vjaġġ qabel it-tluq. Din għandha tkun valida għall-vjaġġ kollu kemm hu.

3.  Il-kopja ta' fuq tal-formola tal-vjaġġ għandha tinżamm fuq il-veikolu matul il-vjaġġ kollu li għalih tkun tirriferixxi. Il-kopja għandha tinżamm fil-bażi tal-kumpannija.

4.  Il-ġarrier għandu jkun responsabbli milli jżomm il-formoli tal-vjaġġ.

L-Artikolu 3

Fil-każ ta' servizz internazzjonali okkażjonali pprovdut minn grupp ta' ġarriera li jkunu jaġixxu f'isem ta' l-istess kuntrattur, u li jistgħu jinkludu l-vjaġġaturi li jkunu sejrin jaqbdu konnessjoni waqt il-vjaġġ ma' ġarrier differenti ta' l-istess grupp, l-oriġinal tal-formola tal-vjaġġ għandha tinżamm fuq il-veikolu li jkun qiegħed jagħmel is-servizz. Kopja tal-formola tal-vjaġġ għandha tinżamm fil-bażi ta' kull ġarrier.

L-Artikolu 4

1.  Il-kopji tal-formoli tal-vjaġġ li jkunu ġew użati bħala dokument ta' kontroll għal servizzi okkażjonali fil-forma ta' kabotaġġ skond l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 12/98 għandhom jiġu rritornati mill-ġarrier lill-awtorità jew lill-aġenzija kompetenti fl-Istat Membru ta' l-istabbiliment skond il-proċeduri li għandhom jiġu stabbiliti mill-awtorità jew mill-aġenzija.

2.  Fil-każ ta' servizzi regolari speċjali fil-forma ta' kabotaġġ skond l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 12/98, il-formola tal-vjaġġ kif tidher fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament għandha tiġi mimlija fil-forma ta' dikjarazzjoni mensili u rritornata mill-ġarrier lill-awtorità jew l-aġenzija kompetenti fl-Istat Membru ta' l-istabbiliment b'konformità mal-proċeduri stabbiliti minn dik l-awtorità jew l-aġenzija.

L-Artikolu 5

Il-formola tal-vjaġġ għandha tagħmel lid-detentur kapaċi, fil-kors tas-servizz okkażjonali internazzjonali, li jagħmel eskursjonijiet lokali fi Stat Membru għajr dak li fih il-ġarrier ikun stabbilit, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 12 tar-Regolament (KEE) Nru 684/92. L-eskursjonijiet lokali għandhom jiddaħħlu fil-formola tal-vjaġġ mit-tluq tal-vetturi għall-eskursjoni konċernat. L-oriġinal tal-formola tal-vjaġġ għandha tinżamm fil-veikolu sakemm iddum l-eskursjoni lokali.

L-Artikolu 6

Id-dokument tal-kontroll għandu jiġi ppreżentat lil kull uffiċjal tal-liġi malli jintalab.



IL-KAPITOLU II

L-AWTORIZZAZZJONIJIET

L-Artikolu 7

1.  L-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni għal servizzi regolari u għal servizzi regolari speċjali suġġetti għall-awtorizzazzjoni għandhom jikkonformaw ma' l-abbozz fl-Anness III.

2.  L-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni għandu jkun fihom din l-informazzjoni segwenti:

(a) skeda tal-ħinijiet;

(b) rati tal-ħlas;

(ċ) kopja awtentikata tal-liċenzja Komunitarja għal ġarr internazzjonali tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank għall-kiri jew kumpens kif provdut fl-Artikolu 3a tar-Regolamnent (KEE) Nru 684/92;

(d) l-informazzjoni dwar it-tip u l-volum tas-servizz li l-applikant ikun qiegħed jippjana li jipprovdi, fil-każ ta' applikazzjoni biex joħloq servizz - jew li għandu jiġi provdut, fil-każ ta' applikazzjoni għal tiġdid ta' awtorizzazzjoni;

(e) mappa ta' skala xierqa, li fuqha jkun hemm immarkata r-rotta u l-postijiet ta' waqfien fejn għandhom jitrikkbu jew jitniżżlu l-pasiġġieri ;

(f) skeda tas-sewqan li tkun tippermetti verifika tal-konformità mal-leġislazzjoni Komunitarja dwar il-perjodi ta' sewqan u ta' mistrieħ.

3.  L-applikanti għandhom jipprovdu kull informazzjoni ulterjuri li huma jikkunsidraw li tista' tkun rilevanti jew li tintalab mill-awtorità ta' ħruġ bħala appoġġ għall-applikazzjoni.

L-Artikolu 8

1.  L-awtorizzazzjonijiet għandhom jikkonformaw ma' l-abbozz fl-Anness IV.

2.  Kull veikolu li jwettaq servizz li jkun suġġett għal awtorizzazzjoni għandu jkollu fuqu awtorizzazzjoni jew kopja ċċertifikata mill-awtorità ta' ħruġ.



IL-KAPITOLU III

IĊ-ĊERTIFIKATI

L-Artikolu 9

1.  Iċ-ċertifikati għal ħidmiet ta' trasport indipendenti kif definiti fil-punt 4 ta' l-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 684/92 għandhom ikunu jikkonformaw ma' l-abbozz fl-Anness V ta' dan ir-Regolament.

2.  L-intrapriżi li jitolbu ċertifikat għandhom jipprovdu lill-awtorità ta' ħruġ b' evidenza jew assigurazzjoni li l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt 4 ta' l-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 684/92 jkunu ġew issodisfati.

3.  Kull veikolu li jagħmel servizz li jkun suġġett għal sistema ta' ċertifikati għandu jkollu fuqu, sakemm idum il-vjaġġ, ċertifikat jew kopja awtentikata, li għandha tiġi ppreżentata lill-uffiċjali tal-liġi malli din tintalab.

4.  Iċ-ċertifikati għandhom ikunu validi sa massimu ta' ħames snin.



IL-KAPITOLU IV

IL-KOMUNIKAZZJONI TAD-DATA STATISTIKA

L-Artikolu 10

Id-data dwar ħidmiet tat-trasport bil-kabotaġġ imsemmija fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 12/98 għandhom jiġu kkomunikati f'forma tabularja b'konformità ma' l-abbozz fl-Anness V ta' dan ir-Regolament.



IL-KAPITOLU V

ID-DISPOŻIZZJONIJIET TRANSIZZJONALI U FINALI

L-Artikolu 11

Ir-Regolament (KEE) 1839/92 għandu jiġi revokat b'seħħ mill-31 ta' Diċembru 1999.

L-Artikolu 12

L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-użu tal-formoli tal-vjaġġ, l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, l-awtorizzazzjonijiet u ċ-ċertifikati li jsiru b'konformità mar-Regolament (KEE) Nru 1839/92 u mar-Regolament (KEE) Nru 2454/92 sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 1999, sakemm dawn jiġu emendati, b'mod leġibbli, li ma jitħassarx u xieraq sa fejn ikun meħtieġ, biex ikunu jikkonformaw mar-Regolamenti (KEE) Nru 684/92, (KE) Nru 12/98 u ma' dan ir-Regolament.

L-Istati Membri l-oħra għandhom jaċċettaw dawk id-dokumenti fit-territorju tagħhom sal-31 ta' Diċembru 1999.

L-Artikolu 13

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jimplimentaw dan ir-Regolament u jinformaw immedjatament lill-Kumissjoni dwaru.

L-Artikolu 14

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan għandu japplika mill-11 ta' Diċembru 1998, minbarra għall-Artikoli 1(2), 4 u 10, li għandhom japplikaw mill-11 ta' Ġunju 1999.

Dan ir-regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




L-ANNESS I

image




L-ANNESS II

image

►(2) A1  

►(2) M1  

image

image




L-ANNESS III

image

image

image




L-ANNESS IV

image

►(2) A1  

►(2) M1  

image

image




L-ANNESS V

image

►(2) A1  

►(2) M1  

image




L-ANNESS VI

image

►(1) M1  



( 1 ) ĠU L 74, ta' l-20.3.1992. p. 1.

( 2 ) ĠU L 4, tat-8.1.1998. p. 1.

( 3 ) ĠU L 4, tat-8.1.1998. p. 10.

( 4 ) ĠU L 187, tas-7.7.1992. p.5.

( 5 ) ĠU L 266, tas-27.10.1998. p. 2.

( 6 ) ĠU L 251, tad-29.8.1992. p. 1.