|
14.9.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 351/11 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10619 – SNAM / ENI / JV)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 351/07)
1.
Fit-8 ta’ Settembru 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Snam S.p.A. (“SNAM”, l-Italja), |
|
— |
ENI S.p.A. (“ENI”, l-Italja), |
|
— |
JV (l-Italja) |
SNAM u ENI se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ JV (joint venture).
Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab (joint venture, JV).
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
SNAM hija kumpanija azzjonista tas-SNAM Group, li huwa proprjetarju tal-operatur ta’ sistema prinċipali ta’ trażmissjoni tal-gass fl-Italja, u għandha diversi nishma f’kumpaniji attivi fit-trażmissjoni tal-gass u fis-swieq tal-ħażna f’diversi pajjiżi, |
|
— |
ENI hija parti mill-grupp ENI li storikament kien attiv mad-dinja kollha fil-katina sħiħa tal-valur taż-żejt u l-gass. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali tal-JV se jkunu t-tħaddim, u l-provvista ta’ servizzi anċillari lis-sezzjoni Tuneżina u s-sezzjoni taħt il-baħar tal-pipeline għall-importazzjoni tal-gass fir-rotta bejn l-Alġerija u l-Italja (il-pipeline transmediterranju).
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10619 – SNAM / ENI / JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).