12.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 154/7


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 4/2008

ta' l-1 ta' Frar 2008

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 132/2007 tas-26 ta' Ottubru 2007 (1).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l- 20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward ta’ l-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 jirrevoka, b'effett mit-2 ta' Jannar 2013, id-Direttivi 70/220/KEE (3), 72/306/KEE (4), 74/290/KEE (5), 77/102/KEE (6), 78/665/KEE (7), 80/1268/KEE (8), 83/351/KEE (9), 88/76/KEE (10), 88/436/KEE (11), 89/458/KEE (12), 91/441/KEE (13), 93/59/KEE (14), 93/116/KE (15), 94/12/KE (16), 96/44/KE (17), 96/69/KE (18), 98/69/KE (19), 98/77/KE (20), 1999/100/KE (21), 1999/102/KE (22), 2001/1/KE (23), 2001/100/KE (24), 2002/80/KE (25), 2003/76/KE (26) and 2004/3/KE (27) li huma inkorporati fil-Ftehim u għalhekk għandhom jiġu rrevokati skond il-Ftehim b'effett mit-2 ta' Jannar 2013,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kapitolu I ta' l-Anness II mal-Ftehim għandu jkun emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 1 (id-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE):

“—

32007 R 0715: Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropewu tal-Kunsill ta’ l-20 ta' Ġunju 2007 (ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1).”

2.

L-inċiż li ġej għandu jinżdied fil-punt 45zl (Direttiva 2005/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32007 R 0715: Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta' Ġunju 2007 (ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1).”

3.

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 45zs (id-Direttiva 2007/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“45zt.

32007 R 0715: Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l- 20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward ta’ l-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1).”

4.

It-test tal-punt 3 (id-Direttiva tal-Kunsill 70/220/KEE), 12 (id-Direttiva tal-Kunsill 72/306/KEE) u 42 (id-Direttiva tal-Kunsill 80/1268/KEE) se jiġu mħassra b'effett mit-2 ta' Jannar 2013.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 fil-lingwa Iżlandiża u l-lingwa Noreġiża, li se jiġu pubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, se jkunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-2 ta' Frar 2008, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippublikata fis-Sezzjoni ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE ta', il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 1 ta’ Frar 2008.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)   ĠU L 100, 10.4.2008, p. 1.

(2)   ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1.

(3)   ĠU L 76, 6.4.1970, p. 1.

(4)   ĠU L 190, 20.8.1972, p. 1.

(5)   ĠU L 159, 15.6.1974, p. 61.

(6)   ĠU L 32, 3.2.1977, p. 32.

(7)   ĠU L 223, 14.8.1978, p. 48.

(8)   ĠU L 375, 31.12.1980, p. 36.

(9)   ĠU L 197, 20.7.1983, p. 1.

(10)   ĠU L 36, 9.2.1988, p. 1.

(11)   ĠU L 214, 6.8.1988, p. 1.

(12)   ĠU L 226, 3.8.1989, p. 1.

(13)   ĠU L 242, 30.8.1991, p. 1.

(14)   ĠU L 186, 28.7.1993, p. 21.

(15)   ĠU L 329, 30.12.1993, p. 39.

(16)   ĠU L 100, 19.4.1994, p. 42.

(17)   ĠU L 210, 20.8.1996, p. 25.

(18)   ĠU L 282, 1.11.1996, p. 64.

(19)   ĠU L 350, 28.12.1998, p. 1.

(20)   ĠU L 286, 23.10.1998, p. 34.

(21)   ĠU L 334, 28.12.1999, p. 36.

(22)   ĠU L 334, 28.12.1999, p. 43.

(23)   ĠU L 35, 6.2.2001, p. 34.

(24)   ĠU L 16, 18.1.2002, p. 32.

(25)   ĠU L 291, 28.10.2002, p. 20.

(26)   ĠU L 206, 15.8.2003, p. 29.

(27)   ĠU L 49, 19.2.2004, p. 36.

(*1)  Ebda obbligi kostituzzjonali m'huma indikati.