|
18.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232/19 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8543 — Ardian/APG/PGGM/LBC Tank Terminals)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 232/16)
|
1. |
Fil-11 ta’ Lulju 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha lArdian (Franza) u APG Infrastructure Pool 2011, ġestita minn APG Asset Management N.V. (“APG”, in-Netherlands) u żewġ entitajiet li jiffurmaw parti min-negozju tal-ġestjoni tal-assi tal-pensjoni ta’ PGGM N.V. (“PGGM”, in-Netherlands) jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ LBC Tank Terminals Group Holding Netherland Coöperatief (“LBC Tank Terminals”, il-Belġju) permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Ardian: l-investiment f’kumpaniji involuti f’firxa wiesgħa ta’ negozji madwar id-dinja. Eżempji tal-investimenti ta’ bħalissa jinkludu kumpaniji attivi fis-settur tal-kura tas-saħħa, l-infrastruttura, l-enerġija, prodotti għall-konsumatur, u teknoloġiji ġodda, — għal APG: tipprovdi servizzi bħall-konsulenza għall-eżekuttivi, ġestjoni tal-assi, amministrazzjoni tal-pensjonijiet, komunikazzjoni dwar il-pensjonijiet, u servizzi ta’ min iħaddem. Dawn l-attivitajiet isiru f’isem skemi tal-pensjonijiet kollettivi u f’isem min iħaddem fis-setturi tal-edukazzjoni, il-gvern u l-kostruzzjoni, kumpaniji tat-tindif u tat-tindif tat-twieqi, korporazzjonijiet tal-akkomodazzjoni u kumpaniji tal-enerġija u l-utilitajiet, kif ukoll impjiegi soċjali jew protetti, — għal PGGM: tipprovdi servizzi fil-qasam tal-ġestjoni tal-fondi tal-pensjonijiet, il-ġestjoni tal-assi integrali, appoġġ għall-maniġment, u konsulenza ta’ politika lil diversi fondi tal-pensjoni, lil dawk li jħaddmu u li huma affiljati, kif ukoll l-impjegati tagħhom, — għal LBC Tank Terminals: Operatur ta’ terminals midstream u downstream ta’ ħażna tal-likwidu bil-kwantità għal kimiċi, żjut u prodotti taż-żejt raffinat. Bħalissa din hija s-sid u tħaddem netwerk dinji ta’ terminals li flimkien għandhom kapaċità ta’ ħżin ta’ 2 miljun m3. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8543 — Ardian/APG/PGGM/LBC Tank Terminals, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.