<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-683/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CJ0683</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:721">EU:C:2019:721</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat-<DATE ISO="20190912">12.9.2019</DATE> – Kawża C‑683/17</HT></P><P><HT TYPE="SC">Cofemel</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20190912">12 ta’ Settembru 2019</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Portugiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Proprjetà intellettwali u industrijali</KEYWORD><KEYWORD>Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2001/29/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 2(a)</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>xogħol<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni tax-xogħlijiet mid-drittijiet tal-awtur</KEYWORD><KEYWORD>Kundizzjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Koordinazzjoni bil-protezzjoni tad-disinni</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 98/71/KE</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 6/2002</KEYWORD><KEYWORD>Disinni ta’ ħwejjeġ</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑683/17,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mis-Supremo Tribunal de Justiça (il-Qorti Suprema, il-Portugall), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20171121">21 ta’ Novembru 2017</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20171206">6 ta’ Diċembru 2017</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Cofemel – Sociedade de Vestuário SA</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">G-Star Raw CV</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn A. Prechal, President tal-Awla, F. Biltgen, J. Malenovský (Relatur), C.G. Fernlund u L.S. Rossi, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Szpunar,</P><P>Reġistratur: L. Hewlett, Amministratur Principali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20181212">12 ta’ Diċembru 2018</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Cofemel – Sociedade de Vestuário, SA, minn I. Bairrão u J. P. de Oliveira Vaz Miranda de Sousa, advogados,</P></ITEM><ITEM><P>għal G-Star Raw CV, minn A. Grosso Alves u G. Paiva e Sousa, advogados,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Portugiż, minn L. Inez Fernandes u M. Figueiredo kif ukoll minn P. Salvação Barreto, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek u J. Vláčil, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn F. De Luca, avvocato dello Stato,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern tar-Renju Unit, minn S. Brandon u Z. Lavery, bħala aġenti, assistiti minn J. Moss, barrister,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn J. Samnadda kif ukoll minn B. Rechena u F. Wilman, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20190502">2 ta’ Mejju 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20010522">22 ta’ Mejju 2001</DATE> dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Cofemel – Sociedade de Vestuário, SA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Cofemel<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) U G-Star Raw CV (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>G-Star<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) dwar l-osservanza tad-drittijiet tal-awtur mitluba minn G-Star.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt internazzjonali</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Konvenzjoni ta’ Berna</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni ta’ Berna għall-Protezzjoni ta’ Xogħlijiet Letterarji u Artistiċi (Att ta’ Pariġi tal-<DATE ISO="19710724">24 ta’ Lulju 1971</DATE>), fil-verżjoni tagħha li tirriżulta mill-emenda tat-<DATE ISO="19790928">28 ta’ Settembru 1979</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Konvenzjoni ta’ Berna<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>) jipprovdi, b’mod partikolari, fil-paragrafu 7 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Huwa rriservat għal-leġiżlazzjonijiet tal-pajjiżi tal-Unjoni [stabbilita minn din il-konvenzjoni] li jirregolaw il-qasam ta’ applikazzjoni tal-liġijiet li jikkonċernaw ix-xogħlijiet tal-arti applikata u d-disinni industrijali, kif ukoll il-kundizzjonijiet ta’ protezzjoni ta’ dawn ix-xogħlijiet u disinni […]. Ix-xogħlijiet protetti unikament bħala disinni fil-pajjiż ta’ oriġini huma intitolati, f’pajjiż ieħor tal-Unjoni [stabbilita mill-imsemmija konvenzjoni], biss għal dik il-protezzjoni speċjali li tingħata f’dak il-pajjiż lid-disinni; madankollu, jekk protezzjoni speċjali bħal din ma tingħatax f’dak il-pajjiż, dawn ix-xogħlijiet għandhom jiġu protetti bħala xogħlijiet artistiċi.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">It-Trattat tal-WIPO fuq id-drittijiet tal-awtur</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="19961220">20 ta’ Diċembru 1996</DATE> l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali (WIPO) adottat f’Genève t-Trattat tal-WIPO dwar id-drittijiet tal-awtur (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Trattat tal-WIPO dwar id-drittijiet tal-awtur<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>), li kien ġie approvat f’isem il-Komunità Ewropea permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/278/KE tas-<DATE ISO="20000316">16 ta’ Marzu 2000</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 33, p. 208).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1(4) tat-Trattat WIPO dwar id-drittijiet tal-awtur, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Relazzjoni mal-[k]onvenzjoni ta’ Berne<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Il-Partijiet Kontraenti għandhom jikkonformaw mal-Artikoli 1 sa 21 u mal-Appendiċi tal-Konvenzjoni ta’ Berne.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2001/29</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-premessa 60 tad-Direttiva 2001/29 tiddikjara:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Il-protezzjoni li hemm provdut dwarha skond din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet legali nazzjonali jew tal-Komunità f’dawn l-oqsma, bħal proprjetà industrijali, […]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></P></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikoli 2 sa 4 ta’ din id-direttiva huma rispettivament intitolati <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Dritt ta’ riproduzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Id-dritt ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku ta’ xogħolijiet u d-dritt li jagħmlu disponibbli għall-pubbliku suġġett ieħor<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Dritt ta’ distribuzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>. Dawn id-dispożizzjonijiet jimponu fuq l-Istati Membri b’mod partikolari li jiggarantixxu lill-awturi d-dritt esklużiv li jawtorizzaw jew li jipprojbixxu r-riproduzzjoni tax-xogħlijiet tagħhom (Artikolu 2(a)), id-dritt esklużiv li jawtorizzaw jew li jipprojbixxu kull komunikazzjoni lill-pubbliku (Artikolu 3(1)) u d-dritt esklużiv li jawtorizzaw jew jipprojbixxu d-distribuzzjoni (Artikolu 4(1)).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 9 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Applikazzjoni kontinwa ta’ disposizzjonijiet legali oħra<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, jipprevedi li din ma taffettwax id-dispożizzjonijiet dwar oqsma oħra. Diversi verżjonijiet lingwistiċi ta’ dan l-artikolu, fosthom il-verżjoni Ġermaniża, Ingliża, Spanjola, Franċiża u Taljana, jispeċifikaw li dawn l-oqsma jinkludu b’mod partikolari dawk tal-privattivi, tat-trade marks, tad-drittijiet ta’ disinni kif ukoll tal-mudelli ta’ utilità. Il-verżjoni Portugiża tal-imsemmi artikolu tirriferi, min-naħa tagħha, għall-oqsma tal-privattivi, tat-trade marks u tal-mudelli ta’ utilità, mingħajr ma ssemmi dik tad-disinni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 98/71</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Il-premessa 8 tad-Direttiva 98/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="19981013">13 ta’ Ottubru 1998</DATE> dwar il-protezzjoni legali ta’ disinji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 21, p. 120), hija fformulata kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Billi, fin-nuqqas ta’ armonizzazzjoni ta’ liġi tad-dritt ta’ l-awtur, huwa importanti li jkun stabbilit il-prinċipju tal-kumulu ta’ protezzjoni taħt il-liġi ta’ protezzjoni tad-disinn speċifikament reġistrat u taħt il-liġi tad-dritt ta’ l-awtur, filwat li Stati Membri jitħallew ħielsa li jistabbilixxu sa fejn għandha tingħata l-protezzjoni tad-dritt ta’ l-awtur u l-kondizzjonijiet li jirregolaw dik il-protezzjoni<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>.</P></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva, intitolat, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, jispeċifika fil-punt (a) tiegħu li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>disinn<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> jirreferi għad-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>dehra tal-prodott kollu jew parti minnu li tirriżulta mill-karatteristiċi, b’mod partikolari, ta’ linji, kontorni, kuluri, għamla, nisġa u/jew materjali tal-prodott innifsu u/jew it-tiżjin tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 17 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Relazzjoni mad-dritt ta’ l-awtur<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>Disinn protett minn dritt ta’ disinn reġistrat fi jew għal Stat Membru skont din id-Direttiva għandu jkun eliġibbli wkoll għal protezzjoni taħt il-liġi tad-dritt ta’ l-awtur ta’ dak l-Istat sa mid-data li fiha d-disinn ikun inħoloq jew stabbilit f’kull forma. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi sa fejn u l-kondizzjonijiet li bihom tingħata dik il-protezzjoni, magħdud il-grad ta’ oriġinalità meħtieġ.<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament (KE) Nru 6/2002</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Skont il-premessa 32 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002, tat-<DATE ISO="20011212">12 ta’ Diċembru 2001</DATE>, dwar id-disinji Komunitarji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 142):</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>Fin-nuqqas ta’ l-armonizzazzjoni sħiħa tal-liġijiet dwar id-drittijiet ta’ l-awtur, huwa importanti li jiġi stabbilit il-prinċipju tal-kumulu tal-protezzjoni taħt id-disinn Komunitarju u taħt il-liġijiet tad-drittijiet ta’ l-awtur, filwaqt li l-Istati Membri jitħallew ħielsa li jistabbilixxu safejn u sakemm iwasslu l-liġi tad-drittijiet ta’ l-awtur u l-kondizzjonijiet li taħthom tiġi kkonferita din il-protezzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></P></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(a) ta’ dan ir-regolament jiddefinixxi l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>disinn<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> bl-istess termini bħall-Artikolu 1(a) tad-Direttiva 98/71.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 96 tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>Relazzjoni ma’ għamliet oħra tal-protezzjoni skond il-liġijiet nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, jipprevedi fil-paragrafu 2 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>Disinn protett minn disinn Komunitarju għandu jkun eliġibbli wkoll għall-protezzjoni skond il-liġijiet tad-drittijiet ta’ l-awtur ta’ l-Istati Membri mid-data li fiha d-dritt kien maħluq jew iffissat f’kull għamla. Safejn u sakemm li għalihom din il-protezzjoni tiġi kkonferita u l-kondizzjonijiet li fuqhom din il-protezzjoni tiġi kkonferita, inkluż il-livell meħtieġ ta’ l-oriġinalità, għandhom jiġu stabbiliti minn kull Stat membru.<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Portugiż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tal-Código de Direito de Autor e dos Direitos Conexos (il-Kodiċi tad-Drittijiet tal-Awtur u tad-Drittijiet Relatati) intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>Xogħlijiet oriġinali<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> huwa, fil-paragrafu 1 tiegħu, ifformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-kreazzjonijiet intellettwali fl-oqsma letterarji, xjentifiċi u artistiċi, ikun xi jkun il-ġeneru tagħhom, il-forma ta’ espressjoni, il-mertu, il-mod ta’ komunikazzjoni u l-għan, jinkludu b’mod partikolari:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>i)</NO.P><TXT>ix-xogħlijiet tal-arti applikata, disinni industrijali u xogħlijiet tal-arti li jikkostitwixxu kreazzjoni artistika, irrispettivament mill-protezzjoni tal-proprjetà industrijali;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>.</P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Cofemel u G-Star huma żewġ kumpanniji attivi fis-settur tal-ħolqien, tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni tal-ħwejjeġ.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Mis-snin 90, G-Star tuża, bħala detentriċi jew bis-saħħa ta’ kuntratti ta’ liċenzja esklużiva, it-trade marks G-STAR, G-STAR RAW, G-STAR DENIM RAW, GS-RAW, G-RAW u RAW. Il-ħwejjeġ maħsuba, prodotti u kkummerċjalizzati taħt dawn it-trade marks jinkludu b’mod partikolari mudell ta’ jeans imsejjaħ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>Arc<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> kif ukoll mudell ta’ sweatshirt u ta’ teeshirt imsejjaħ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>ROWDY<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Cofemel tikkonċepixxi, tipproduċi u tikkummerċjalizza wkoll, taħt it-trade mark <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>TIFFOSI<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, jeans, sweatshirts u tee-shirts.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20130830">30 ta’ Awwissu 2013</DATE>, G-Star adixxiet lil qorti Portugiża tal-ewwel istanza b’rikors intiż sabiex Cofemel tiġi ordnata tieqaf milli tikser id-drittijiet tal-awtur tagħha u milli timmina atti ta’ kompetizzjoni żleali fil-konfront tagħha, kif ukoll sabiex tikkumpensa d-dannu mġarrab minħabba dan il-fatt u, fil-każ ta’ ksur ġdid, li tħallasha pagamenti ta’ penalità ta’ kuljum sa meta dan tal-aħħar jieqaf. Fil-kuntest ta’ dan ir-rikors, G-Star sostniet, b’mod partikolari, li xi wħud mill-mudelli ta’ jeans, sweatshirts u tee-shirts prodotti minn Cofemel kienu analogi għall-mudelli tagħha <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>ARC<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>ROWDY<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>. G-Star sostniet ukoll li dawn il-mudelli ta’ ħwejjeġ tal-aħħar kienu jikkostitwixxu kreazzjonijiet intellettwali oriġinali u li, għal din ir-raġuni, huma kellhom jiġu kkwalifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>xogħlijiet<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> li jibbenefikaw minn protezzjoni taħt id-drittijiet tal-awtur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Cofemel iddefendiet ruħha billi argumentat b’mod partikolari li dawn il-ħwejjeġ ma setgħux jiġu kklassifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>xogħlijiet<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> li jibbenefikaw minn tali protezzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-ewwel istanza adita minn G-Star laqgħet parzjalment ir-rikors ta’ din tal-aħħar, billi kkundannat lil Cofemel, fost oħrajn, sabiex tieqaf milli tikser id-drittijiet tal-awtur ta’ G-Star, li tħallasha somma li tikkorrispondi għall-profitti miksuba mill-bejgħ ta’ ħwejjeġ prodotti bi ksur ta’ dawn id-drittijiet tal-awtur u li tħallasha pagamenti ta’ penalità ta’ kuljum fil-każ ta’ ksur ġdid.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Cofemel appellat minn din is-sentenza quddiem it-Tribunal da Relação de Lisboa (il-Qorti tal-Appell ta’ Lisbona, il-Portugall), li kkonfermatha. Insostenn tad-deċiżjoni tagħha, din il-qorti qieset, qabel kollox, li l-Artikolu 2(1)(i) tal-Kodiċi dwar id-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet konnessi kellu jinftiehem, fid-dawl tad-Direttiva 2001/29, kif interpretata mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090716">16 ta’ Lulju 2009</DATE>, <NAME.CASE>Infopaq International</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑5/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:465">EU:C:2009:465</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111201">1 ta’ Diċembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Painer</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑145/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:798">EU:C:2011:798</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), fis-sens li l-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur tibbenefika lil xogħlijiet tal-arti applikata, lid-disinni industrijali u lix-xogħlijiet ta’ disinn bil-kundizzjoni li dawn ikunu ta’ natura oriġinali, jiġifieri li jikkostitwixxu r-riżultat ta’ kreazzjoni intellettwali tal-awtur tagħhom, mingħajr ma jkun meħtieġ livell partikolari ta’ valur estetiku jew artistiku. Sussegwentement, l-imsemmija qorti kkunsidrat li, f’dan il-każ, il-mudelli tal-ħwejjeġ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>ARC<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>ROWDY<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> ta’ G-Star kienu jikkostitwixxu xogħlijiet li jibbenefikaw minn protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur. Fl-aħħar nett, hija kkunsidrat li xi wħud mill-ħwejjeġ prodotti minn Cofemel kienu jippreġudikaw id-drittijiet tal-awtur ta’ G-Star.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Adita b’appell minn Cofemel, il-qorti tar-rinviju, is-Supremo Tribunal de Justiça (il-Qorti Suprema, il-Portugall) tqis, fl-ewwel lok, li huwa stabbilit, l-ewwel nett, li l-mudelli ta’ ħwejjeġ ta’ G-Star li huma inkwistjoni fil-kuntest ta’ dan l-appell kienu maħsuba, jew minn designers impjegati minn G-Star, jew minn designers li jaġixxu f’isem din tal-aħħar u li jkunu ttrażmettew kuntrattwalment id-drittijiet tal-awtur tagħhom. It-tieni nett, dawn il-mudelli tal-ħwejjeġ huma r-riżultat ta’ kunċetti u ta’ proċessi ta’ manifattura rrikonoxxuti bħala innovattivi fid-dinja tal-moda. It-tielet nett, huma jinkludu diversi elementi speċifiċi (forma fi tliet dimensjonijiet, skema ta’ assemblaġġ tal-partijiet, post ta’ ċerti komponenti, eċċ.), li parzjalment ġew irriprodotti minn Cofemel bil-ħsieb tat-tiswir ta’ ħwejjeġ tat-trade mark tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, il-qorti tar-rinviju tirrileva li l-Artikolu 2(1)(i) tal-Kodiċi tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet konnessi jinkludi b’mod ċar ix-xogħlijiet tal-arti applikata, id-disinni industrijali u x-xogħlijiet ta’ disinn fil-lista ta’ xogħlijiet li jibbenefikaw minn protezzjoni skont id-drittijiet tal-awtur, iżda ma jippreċiżax liema livell ta’ oriġinalità huwa meħtieġ sabiex oġġetti partikolari jiġu kklassifikati<?PAGE NO="6"?> bħala xogħlijiet ta’ dan it-tip. Hija tindika wkoll li din id-domanda, li hija l-qofol tal-kawża bejn Cofemel u G-Star, ma ġġibx kunsens fil-ġurisprudenza u d-duttrina Portugiża. Għal din ir-raġuni, din il-qorti tistaqsi jekk għandux jiġi kkunsidrat, fid-dawl tal-interpretazzjoni tad-Direttiva 2001/29 adottata mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090716">16 ta’ Lulju 2009</DATE>, <NAME.CASE>Infopaq International</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑5/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:465">EU:C:2009:465</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111201">1 ta’ Diċembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Painer</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑145/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:798">EU:C:2011:798</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li l-protezzjoni żgurata mid-drittijiet tal-awtur tibbenefika lil tali xogħlijiet bl-istess mod bħal kull xogħol letterarju u artistiku, u għalhekk bil-kundizzjoni li dawn ikunu ta’ natura oriġinali, fis-sens li huma r-riżultat ta’ kreazzjoni intellettwali tal-awtur stess, jew jekk huwiex possibbli li l-għoti ta’ din il-protezzjoni jkun suġġett għall-eżistenza ta’ grad speċifiku ta’ valur estetiku jew artistiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, is-Supremo Tribunal de Justiça (il-Qorti Suprema) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>1)</NO.P><TXT>L-interpretazzjoni mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja għall-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2001/29/KE tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, f’dan il-każ, regola li tirriżulta mill-Artikolu 2(1)(i) tal-Código de Direitos de Autor e Direitos Conexos (il-Kodiċi tad-Drittijiet tal-Awtur u Drittijiet Konnessi, iktar ’il quddiem iċ-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>CDADC<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="2019" ID="QE0036"/>) – li tagħti protezzjoni tal-copyright lil xogħlijiet ta’ arti applikata, disinni industrijali jew lil xogħolijiet ta’ design li, lil hinn mill-għan utilitarju li jservu, joħolqu effett viżiv proprju u distintiv mill-perspettiva estetika, fejn l-oriġinalità tagħhom hija kriterju ċentrali għall-għoti ta’ protezzjoni, fl-ambitu tad-drittijiet tal-awtur?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-interpretazzjoni mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja għall-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2001/29/KE tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, f’dan il-każ, regola li tirriżulta mill-Artikolu 2(1)(i) taċ-CDADC – li tagħti protezzjoni tal-copyright lil xogħlijiet ta’ arti applikata, disinni industrijali jew lil xogħolijiet ta’ design jekk, fid-dawl ta’ evalwazzjoni partikolarment eżiġenti fir-rigward tan-natura artistika tagħhom, u fid-dawl tal-ideat dominanti fiċ-ċirkoli kulturali u istituzzjonali, jixirqilhom li jiġu kklassifikati bħala <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>ħolqien artistiku<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="2019" ID="QE0037"/> jew <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>xogħol ta’ arti<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="2019" ID="QE0038"/>?<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2001/29 għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li leġiżlazzjoni nazzjonali tagħti protezzjoni, abbażi tad-dritt tal-awtur, għal mudelli bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għar-raġuni li, lil hinn mill-għan utilitarju tagħhom, dawn jiġġeneraw effett viżiv proprju u notevoli mill-perspettiva estetika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2 (a) tad-Direttiva 2001/29, l-Istati Membri għandhom l-obbligu li jipprovdu d-dritt esklużiv, għall-awturi, li jawtorizzaw jew jipprojbixxu r-riproduzzjoni tax-xogħlijiet tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Il-kelma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>xogħol<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> li tirreferi għaliha din id-dispożizzjoni tinsab ukoll fl-Artikolu 3(1) u fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2001/29, dwar id-drittijiet esklużivi rrikonoxxuti lill-awtur ta’ xogħol f’dak li jirrigwarda l-komunikazzjoni tiegħu lill-pubbliku u d-distribuzzjoni tiegħu, kif ukoll fl-Artikolu 5, 6 u 7 ta’ din id-direttiva, li jirrigwardaw, l-ewwel, l-eċċezzjonijiet jew il-limitazzjonijiet li jistgħu jiġu imposti fuq dawn id-drittijiet esklużivi, u, l-aħħar tnejn, fuq il-miżuri tekniċi u l-miżuri ta’ informazzjoni li jiżguraw il-protezzjoni tal-imsemmija drittijiet esklużivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>xogħol<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> imsemmi f’dawn id-dispożizzjonijiet kollha jikkostitwixxi, hekk kif jirriżulta mill-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni li għandu jiġi interpretat u applikat b’mod uniformi, u li jippreżupponi l-għaqda ta’ żewġ elementi kumulattivi. Minn naħa, dan il-kunċett jimplika li jeżisti suġġett oriġinali, fis-sens li dan huwa kreazzjoni<?PAGE NO="7"?> intellettwali tal-awtur stess. Min-naħa l-oħra, il-klassifikazzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>xogħol<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> hija rriżervata għall-elementi li huma l-espressjoni ta’ tali kreazzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090716">16 ta’ Lulju 2009</DATE>, <NAME.CASE>Infopaq International</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑5/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:465">EU:C:2009:465</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181113">13 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Levola Hengelo</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑310/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:899">EU:C:2018:899</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ewwel wieħed minn dawn l-elementi, mill-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, sabiex oġġett ikun jista’ jiġi kkunsidrat bħala oriġinali, huwa kemm neċessarju kif ukoll suffiċjenti li dan jirrifletti l-personalità tal-awtur tiegħu, billi jimmanifesta l-għażliet liberi u kreattivi ta’ dan tal-aħħar (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111201">1 ta’ Diċembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Painer</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑145/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:798">EU:C:2011:798</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0088">88</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0089">89</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0094">94</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180807">7 ta’ Awwissu 2018</DATE>, <NAME.CASE>Renckhoff</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-161/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:634">EU:C:2018:634</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, meta t-twettiq ta’ suġġett ikun ġie ddeterminat minn kunsiderazzjonijiet tekniċi, permezz ta’ regoli jew minn restrizzjonijiet oħra, b’mod li ma ħalliex lok għall-eżerċizzju ta’ libertà kreattiva, dan is-suġġett ma jistax jitqies li għandu l-oriġinalità neċessarja sabiex jikkostitwixxi xogħol (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120301">1 ta’ Marzu 2012</DATE>, <NAME.CASE>Football Dataco <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑604/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:115">EU:C:2012:115</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tieni element imsemmi fil-punt 29 ta’ din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>xogħol<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> imsemmi fid-Direttiva 2001/29 jimplika neċessarjament l-eżistenza ta’ oġġett identifikabbli bi preċiżjoni u oġġettività suffiċjenti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181113">13 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Levola Hengelo</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑310/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:899">EU:C:2018:899</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn naħa, l-awtoritajiet responsabbli li jiżguraw il-protezzjoni tad-drittijiet esklużivi inerenti fid-drittijiet tal-awtur għandhom ikunu jistgħu jkunu jafu, b’mod ċar u preċiż, is-suġġett hekk protett. L-istess japplika għat-terzi li lilhom il-protezzjoni mitluba mill-awtur ta’ dan is-suġġett tista’ tiġi prekluża. Min-naħa l-oħra, in-neċessità li jiġi eskluż kull element ta’ suġġettività, ta’ ħsara għaċ-ċertezza legali, fil-proċess ta’ identifikazzjoni ta’ dan is-suġġett jippreżupponi li dan tal-aħħar ikun ġie espress b’mod oġġettiv (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181113">13 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Levola Hengelo</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑310/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:899">EU:C:2018:899</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Kif enfasizzat il-Qorti tal-Ġustizzja, ma tissodisfax il-ħtieġa ta’ preċiżjoni u oġġettività meħtieġa identifikazzjoni bbażata essenzjalment fuq is-sensazzjonijiet, intrinsikament suġġettivi, tal-persuna li tirċievi s-suġġett inkwistjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181113">13 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Levola Hengelo</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑310/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:899">EU:C:2018:899</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Meta oġġett jippreżenta l-karatteristiċi mfakkra fil-punti 30 u 32 ta’ din is-sentenza, u jikkostitwixxi għalhekk xogħol, huwa għandu, f’din il-kwalità, jibbenefika minn protezzjoni taħt id-dritt tal-awtur, skont id-Direttiva 2001/29, filwaqt li jiġi osservat li l-portata ta’ din il-protezzjoni ma tiddependix mil-livell ta’ libertà kreattiva li kellu l-awtur tagħha u li għalhekk ma hijiex inqas minn dik li minnha jibbenefika kull xogħol li jaqa’ taħt l-imsemmija direttiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111201">1 ta’ Diċembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Painer</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑145/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:798">EU:C:2011:798</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0097">97</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0099">99</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ din il-ġurisprudenza, ir-risposta għall-ewwel domanda timplika, fl-ewwel lok, li jiġi ddeterminat jekk mudelli humiex, b’mod ġenerali, ikklassifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>xogħlijiet<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> fis-sens tad-Direttiva 2001/29.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat, qabel kollox, li, skont l-Artikolu 17(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-proprjetà intellettwali hija protetta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Mill-kliem ta’ din id-dispożizzjoni jirriżulta li l-oġġetti li jikkostitwixxu proprjetà intellettwali jibbenefikaw minn protezzjoni taħt id-dritt tal-Unjoni. Min-naħa l-oħra, minn dan ma jirriżultax li tali oġġetti jew kategoriji ta’ oġġetti għandhom kollha jibbenefikaw minn protezzjoni identika.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Għalhekk, il-leġiżlatur tal-Unjoni adotta diversi atti tad-dritt sekondarju li għandhom l-għan li jiżguraw il-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali, u b’mod partikolari, minn naħa, xogħlijiet protetti taħt id-drittijiet tal-awtur, imsemmija fid-Direttiva 2001/29, kif ukoll, min-naħa l-oħra, id-disinni li jaqgħu, kemm taħt id-Direttiva 98/71, applikabbli għad-disinni rreġistrati fi jew għal Stat Membru, kif ukoll taħt ir-Regolament Nru 6/2002, applikabbli għad-disinni protetti fil-livell tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Billi mexa b’dan il-mod, il-leġiżlatur tal-Unjoni qies li l-oġġetti protetti bis-saħħa ta’ disinn ma kinux fil-prinċipju simili għal dawk li jikkostitwixxu xogħlijiet protetti mid-Direttiva 2001/29.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Din l-għażla leġiżlattiva tidher li hija konformi mal-Konvenzjoni ta’ Berna, li fl-Artikoli 1 sa 21 tagħha l-Unjoni, filwaqt li ma hijiex ċertament parti f’din il-konvenzjoni, għandha madankollu tikkonforma ruħha skont l-Artikolu 1(4) tat-Trattat tal-WIPO dwar id-drittijiet tal-awtur, li hija parti minnu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181113">13 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Levola Hengelo</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑310/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:899">EU:C:2018:899</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-Artikolu 2(7) tal-Konvenzjoni ta’ Berna jawtorizza lill-partijiet sabiex jagħtu lid-disinni industrijali protezzjoni speċifika, differenti u possibbilment esklużiva minn dik prevista għall-benefiċċju ta’ xogħlijiet letterarji u artistiċi li jaqgħu taħt din il-konvenzjoni, kif ukoll sabiex jiġu ddeterminati l-kundizzjonijiet ta’ tali protezzjoni. Fl-istess waqt, l-imsemmija dispożizzjoni lanqas ma teskludi li dawn iż-żewġ protezzjonijiet jistgħu jiġu akkumulati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-leġiżlatur tal-Unjoni għażel sistema li tipprovdi li l-protezzjoni rriżervata għad-disinni u dik żgurata mid-drittijiet tal-awtur ma humiex esklużivi għal xulxin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fil-fatt, fir-rigward tad-disinni, l-Artikolu 17 tad-Direttiva 98/71 jipprovdi, fl-ewwel sentenza tiegħu, li d-disinni li jkunu ġew irreġistrati fi jew għal Stat Membru skont din id-direttiva jibbenefikaw ukoll mill-protezzjoni mogħtija mil-leġiżlazzjoni dwar id-drittijiet tal-awtur tal-Istat Membru li fih jew li għalih dawn id-disinni jkunu ġew irreġistrati, mid-data li fiha jkunu ġew maħluqa jew stabbiliti f’forma kwalunkwe. L-istess artikolu jispeċifika sussegwentement, fit-tieni sentenza tiegħu, li l-portata u l-kundizzjonijiet għall-kisba ta’ din il-protezzjoni mid-drittijiet tal-awtur, inkluż il-livell ta’ oriġinalità meħtieġ, huma ddeterminati minn kull Stat Membru. Fir-rigward tad-disinni protetti fil-livell tal-Unjoni, sistema analoga għal dik li tirriżulta mill-Artikolu 17 tad-Direttiva 98/71 hija prevista mill-Artikolu 96(2) tar-Regolament Nru 6/2002.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet għandhom huma stess jiġu rispettivament mifhuma fid-dawl tal-premessa 8 tad-Direttiva 98/71 u tal-premessa 32 tar-Regolament Nru 6/2002, li jinvokaw espressament il-prinċipju ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0044" ID="QS0044"/>kumulu<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> bejn il-protezzjoni tad-disinni, minn naħa, u l-protezzjoni mid-dritt tal-awtur, min-naħa l-oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-dritt tal-awtur, mill-Artikolu 9 tad-Direttiva 2001/29, li huwa intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0045" ID="QS0045"/>Applikazzjoni kontinwa ta’ disposizzjonijiet legali oħra<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>, u li għandu jiġi interpretat billi jitqiesu, b’mod partikolarment, il-verżjonijiet lingwistiċi tiegħu kollha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160204">4 ta’ Frar 2016</DATE>, <NAME.CASE>C &amp; J Clark International u Puma</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑659/13 u C 34/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:74">EU:C:2016:74</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0122">122</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata) kif ukoll fid-dawl tal-premessa 60 ta’ din id-direttiva, jirriżulta li l-imsemmija direttiva ma taffettwax id-dispożizzjonijiet nazzjonali jew tal-Unjoni eżistenti f’oqsma oħra, u b’mod partikolari dawk li jikkonċernaw id-disinni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>B’hekk, id-Direttiva 2001/29 iżżomm fis-seħħ l-eżistenza u l-portata tad-dispożizzjonijiet fis-seħħ fil-qasam ta’ disinni, inkluż il-prinċipju ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0046" ID="QS0046"/>kumulu<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> imsemmi fil-punt 45 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn id-dispożizzjonijiet kollha, għandu jiġi kkunsidrat li mudelli jistgħu jiġu kklassifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0047" ID="QS0047"/>xogħlijiet<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/>, fis-sens tad-Direttiva 2001/29, jekk dawn jissodisfaw iż-żewġ rekwiżiti msemmija fil-punt 29 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi eżaminat ukoll, fit-tieni lok, jekk humiex klassifikabbli bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0048" ID="QS0048"/>xogħlijiet<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/>, fid-dawl ta’ dawn ir-rekwiżiti, mudelli bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, lil hinn mill-għan ta’ utilità tagħhom, jiġġeneraw, skont il-qorti tar-rinviju, effett viżiv proprju u notevoli mill-perspettiva estetika, filwaqt li jiġi osservat li d-domandi ta’ din il-qorti jirrigwardaw il-kwistjoni dwar jekk tali element ta’ oriġinalità estetiku jikkostitwixxix il-kriterju ċentrali ta’ għoti tal-protezzjoni prevista mid-Direttiva 2001/29.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi ppreċiżat, qabel kollox, li l-protezzjoni ta’ disinni, minn naħa, u l-protezzjoni żgurata mid-drittijiet tal-awtur, min-naħa l-oħra, għandhom għanijiet fundamentalment differenti u huma suġġetti għal sistemi distinti. Fil-fatt, hekk kif l-Avukat Ġenerali rrileva essenzjalment fil-punti 51 u 55 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-protezzjoni tad-disinni hija intiża sabiex tipproteġi suġġetti li, filwaqt li huma ġodda u individwalizzati, għandhom natura utilitarja u huma intiżi sabiex jiġu prodotti b’mod massiv. Barra minn hekk, din il-protezzjoni hija intiża sabiex tapplika għal żmien limitat iżda suffiċjenti sabiex tippermetti li l-investimenti meħtieġa għall-ħolqien u għall-produzzjoni ta’ dawn l-oġġetti jagħmlu qligħ, mingħajr madankollu ma jfixklu eċċessivament il-kompetizzjoni. Min-naħa tagħha, il-protezzjoni assoċjata mad-drittijiet tal-awtur, li t-tul ta’ żmien tagħha huwa ferm ogħla, hija rriżervata għal oġġetti li jistħoqqilhom li jiġu kkwalifikati bħala xogħlijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Għal dawn ir-raġunijiet, u kif irrileva wkoll l-Avukat Ġenerali fil-punt 52 tal-konklużjonijiet tiegħu, l-għoti ta’ protezzjoni, abbażi tad-dritt tal-awtur, għal suġġett protett bħala disinn ma jistax iwassal sabiex l-għanijiet u l-effettività rispettivi ta’ dawn iż-żewġ protezzjonijiet jiġu ppreġudikati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li, għalkemm il-protezzjoni tad-disinni u l-protezzjoni assoċjata mad-drittijiet tal-awtur jistgħu, skont id-dritt tal-Unjoni, jingħataw b’mod kumulattiv għall-istess għan, dan il-kumulu jista’ jiġi kkunsidrat biss f’ċerti sitwazzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hemm lok li jiġi rrilevat, minn naħa, li, kif jirriżulta mis-sens komuni tal-kelma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0049" ID="QS0049"/>estetika<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/>, l-effett estetiku li jista’ jiġi prodott minn mudell huwa r-riżultat tas-sensazzjoni intrinsikament suġġettiva ta’ sbuħija li tinħass minn kull persuna li għandha tqis dan il-mudell. Konsegwentement, dan l-effett ta’ natura suġġettiva ma jippermettix, fih innifsu, li tiġi kkaratterizzata l-eżistenza ta’ oġġett identifikabbli bi preċiżjoni u oġġettività suffiċjenti fis-sens tal-ġurisprudenza msemmija fil-punti 32 sa 34 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, huwa ċertament veru li kunsiderazzjonijiet estetiċi jagħmlu parti mill-attività kreattiva. Madankollu, xorta jibqa’ l-fatt li l-fatt li mudell jiġġenera effett estetiku ma jippermettix, fih innifsu, li jiġi ddeterminat jekk dan il-mudell jikkostitwixxix kreazzjoni intellettwali li tirrifletti l-libertà tal-għażla u l-personalità tal-awtur tiegħu, u b’hekk jissodisfa r-rekwiżit ta’ oriġinalità invokat fil-punti 30 u 31 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-fatt li mudelli bħall-mudelli ta’ ħwejjeġ inkwistjoni fil-kawża prinċipali jiġġeneraw, lil hinn mill-għan utilitarju tagħhom, effett viżiv proprju u notevoli mill-perspettiva estetika, ma huwiex ta’ natura li jiġġustifika li tali mudelli jiġu kklassifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0050" ID="QS0050"/>xogħlijiet<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/>, fis-sens tad-Direttiva 2001/29.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal iktar ’il fuq, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2001/29 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li leġiżlazzjoni nazzjonali tagħti protezzjoni, abbażi tad-dritt tal-awtur, għal mudelli bħall-mudelli tal-ħwejjeġ inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għar-raġuni li, lil hinn mill-għan utilitarju tagħhom, dawn jiġġeneraw effett viżiv proprju u notevoli mill-perspettiva estetika.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta mogħtija għall-ewwel domanda, ma hemmx lok li tingħata risposta għal din id-domanda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="10"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20010522">22 ta’ Mejju 2001</DATE> dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li leġiżlazzjoni nazzjonali tagħti protezzjoni, abbażi tad-dritt tal-awtur, għal mudelli bħall-mudelli tal-ħwejjeġ inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għar-raġuni li, lil hinn mill-għan utilitarju tagħhom, dawn jiġġeneraw effett viżiv proprju u notevoli mill-perspettiva estetika.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>