22003D0119



Official Journal L 331 , 18/12/2003 P. 0042 - 0043


Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE

Nru 119/2003

tas-26 ta' Settembru 2003

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT ŻEE,

Wara li ikkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn il-quddiem referut bħala "il-Ftehim", u partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness XIII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE Nru 91/2003 tal-11 ta' Mejju 2003 [1].

(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 805/1999 tal-5 ta' Marzu 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 805/1999 li jistabbilixxi ċerti miżuri għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 718/1999 dwar l-istrateġija tal-kapaċità tal-flotta Komunitarja sabiex ikun imħeġġeġ it-trasport bil-kanali interni [2], għandu jkun inkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dan l-inċiż li ġej għandu jkun miżjud mal-punt 45b (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) 805/1999) ta' l-Anness XIII tal-Ftehim:

"— 32003 R 0411: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 411/2003 tal-5 ta' Marzu 2003 (ĠU L 62, tas-6.3.2003, p. 18)."

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 411/2003 fil-lingwi Islandiż u Norveġiż, li għandhom ikunu ppublikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol b'effett fis-27 ta' Settembru 2003, basta li n-notifiki kolha permezz ta' l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru mill-Kumitat Konġunt ŻEE [3].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippublikata fis-Sezzjoni ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE ta', il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussel, fis-26 ta' Settembru 2003.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

H. S. H. Prinz Nikolaus von Liechtenstein

[1] ĠU L 272, tat-23.10.2003, p. 27.

[2] ĠU L 62, tas-6.3.2003, p. 18.

[3] L-ebda ħtieġa kostituzzjonali ma hija indikata.

--------------------------------------------------