22.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 101/21


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 11/2010

tad-29 ta’ Jannar 2010

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 145/2009 tal-4 ta’ Diċembru 2009 (1).

(2)

Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Direttiva 2008/57/KE tirrevoka, b’effett mid-19 ta’ Lulju 2010, id-Direttivi tal-Kunsill 96/48/KE (3) u d-Direttiva 2001/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) li huma inkorporati mal-Ftehim u li għalhekk iridu jiġu revokati skont l-istess Ftehim b’effett mid-19 ta’ Lulju 2010,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness XIII għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-punt attwali 37d (id-Direttiva 2001/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) għandu jiġi numerat mill-ġdid bħala l-punt 37ca.

2.

Dan il-punt li ġej għandu jiġi inserit wara l-punt l-ġdid 37ca (id-Direttiva 2001/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“37d.

32008 L 0057: Id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fi ħdan il-Komunità (ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1).”

3.

Dan li ġej għandu jiżdied fil-punt 42e (id-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“kif emendat bi:

—

32008 L 0057: Id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 (ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1).”

4.

It-test tal-punti 37a (Direttiva tal-Kunsill 96/48/KE) u 37ca (Direttiva 2001/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) għandu jitħassar b’effett mid-19 ta’ Lulju 2010.

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2008/57/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-30 ta’ Jannar 2010, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Jannar 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)   ĠU L 62, 11.3.2010, p. 42.

(2)   ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1.

(3)   ĠU L 235, 17.9.1996, p. 6.

(4)   ĠU L 110, 20.4.2001, p. 1.

(*1)  Ir-rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.