4.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 185/7


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/351/PESK

tat-2 ta’ Lulju 2013

li temenda d-Deċiżjoni 2011/426/PESK li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fil-Bosnja-Ħerzegovina

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 31(2) u l-Artikolu 33 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-18 ta' Lulju 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/426/PESK (1) li taħtar lis-Sur Peter SØRENSEN bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) fil-Bosnja-Ħerzegovina. Il-mandat tar-RSUE għandu jiskadi fit-30 ta' Ġunju 2015.

(2)

Id-Deċiżjoni 2011/426/PESK, kif emendata mid-Deċiżjoni 2012/330/PESK (2), ipprovdiet lir-RSUE bl-ammont ta' referenza finanzjarja għall-perijodu mill-1 ta' Settembru 2011 sat-30 ta' Ġunju 2012. Għandu jiġi stabbilit ammont ta' referenza finanzjarja ġdid għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2013 sat-30 ta' Ġunju 2014.

(3)

Ir-RSUE ser jimplimenta l-mandat fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' timpedixxi l-ksib tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbilit fl-Artikolu 21 tat-Trattat.

(4)

Id-Deċiżjoni 2011/426/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif adatt,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni 2011/426/PESK, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE fil-perijodu mill-1 ta' Lulju 2013 sat-30 ta' Ġunju 2014 għandu jkun ta' EUR 5 285 000.".

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika mill-1 ta' Lulju 2013.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

L. LINKEVIČIUS


(1)   ĠU L 188, 19.7.2011, p. 30.

(2)   ĠU L 165, 26.6.2012, p. 66.