|
30.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 254/20 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-29 ta’ Settembru 2011
li ttemm il-proċediment antidumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodu tal-grafita li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina
(2011/642/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,
Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
A. PROĊEDURA
|
(1) |
Fil-5 ta’ Novembru 2010, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet ilment dwar l-allegat dumping ta’ ħsara ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodu tal-grafita (“elettrodu tal-grafita”) li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“iċ-Ċina”), imressqa skont l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku mill-European Carbon and Graphite Association (“il-kwerelant”) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw proporzjoni kbir, f’dan il-każ aktar minn 50 %, tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodu tal-grafita. |
|
(2) |
L-ilment kien fih evidenza prima facie tal-eżistenza ta’ dumping, u ta’ ħsara materjali li rriżultat minnu, li tqieset biżżejjed biex ikun ġustifikat il-bidu ta’ proċediment tal-antidumping. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, permezz ta’ avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) bdiet proċediment ta’ antidumping dwar l-importazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodu tal-grafita li joriġinaw fiċ-Ċina. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment bl-inizjazzjoni tal-proċediment lill-produtturi esportaturi fiċ-Ċina, l-importaturi, il-kummerċjanti, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet magħrufa li huma kkonċernati, l-awtoritajiet taċ-Ċina u l-produtturi kollha magħrufa tal-Unjoni. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta ta’ smigħ fil-limitu taż-żmien stipulat fin-notifika ta’ inizjazzjoni. |
|
(5) |
Il-partijiet interessati kollha li talbu dan u li ppreżentaw raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ngħataw seduta ta’ smigħ. |
B. L-IRTIRAR TAL-ILMENT U T-TWAQQIF TAL-PROĊEDIMENT
|
(6) |
Permezz ta’ ittra tat-8 ta’ Lulju 2011 u indirizzata lill-Kummissjoni, il-kwerelant irtira formalment l-ilment tiegħu. |
|
(7) |
Skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament bażiku, il-proċediment jista’ jintemm meta jiġi rtirat l-ilment, sakemm tali tmiem ma jkunx fl-interess tal-Unjoni. |
|
(8) |
F’dan ir-rigward għandu jiġi nnutat li l-Kummissjoni ma identifikatx xi raġuni biex tindika li t-tmiem mhux se jkun fl-interess tal-Unjoni, lanqas tali raġuni ma tqajmet mill-partijiet interessati. Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-proċediment preżenti għandu jintemm. Il-partijiet interessati ġew mgħarrfa b’dan u ngħataw l-opportunità li jikkummentaw. Ma tressqu l-ebda kummenti li jindikaw li dan it-tmiem ma jkunx fl-interess tal-Unjoni. |
|
(9) |
Il-Kummissjoni għaldaqsant tikkonkludi li l-proċediment tal-antidumping fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodu tal-grafita li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għandu jintemm, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-proċediment antidumping li jirrigwarda importazzjonijiet ta’ ċerti elettrodi tal-grafita tat-tip użati għall-ifran elettriċi, b’densità apparenti ta’ 1,5 g/cm3 jew aktar u b’reżistenza elettrika ta’ 7 μΩ.m jew anqas li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, li attwalment jaqgħu fil-kodiċi NM ex 8545 11 00 u nipils użati għal dawn l-elettrodi, li attwalment jaqgħu fil-kodiċi NM ex 8545 90 90 , huma mitmuma.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Settembru 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO