|
13.3.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
6 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 244/2007
tas-7 ta' Marzu 2007
dwar l-awtorizzazzjoni ta' l-histidine monohydrochloride monohydrate bħala addittiv fl-għalf
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf ta' l-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipola l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fin-nutriment ta' l-annimali u għall-bażi u l-proċeduri biex tingħata din l-awtorizzazzjoni. |
|
(2) |
Applikazzjoni ta' awtorizzazzjoni ġiet imressqa għal L-histidine monohydrochloride monohydrate bħala aċidu aminiku. |
|
(3) |
Ladarba l-applikazzjoni ta' awtorizzazzjoni ġiet imressqa qabel id-data ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġiet imressqa taħt id-Direttiva tal-Kunsill 82/471/KEE tat-30 ta' Ġunju 1982 dwar ċerti prodotti użati fl-għalf ta' l-annimali (2). Sa mit-18 ta' Ottubru 2004, l-aċidi aminiċi, l-imluħ tagħhom u l-analogi jaqgħu taħt l-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. L-applikazzjoni għandha għalhekk tiġi kkunsidrata bħala applikazzjoni taħt l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(4) |
Sabiex tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġie mressaq tagħrif addizzjonali bħala appoġġ għall-applikazzjoni. |
|
(5) |
L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' L-histidine monohydrochloride monohydrate bħala addittiv fl-għalf għas-salmonidi, biex tiġi kklassifikata fil-kategorija ta' l-addittivi “addittivi nutrittivi” u l-grupp funzjonali “aċidi aminiċi, l-imluħ tagħhom u l-analogi”. |
|
(6) |
L-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà ta' l-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjonijiet tagħha tat-2 ta' Marzu 2005 (3) u tat-18 ta' Ottubru 2006 (4) li L-histidine monohydrochloride monohydrate ma tħallix effett negattiv fuq is-saħħa ta' l-annimali, fuq is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent. Ikkonkludiet ukoll li L-histidine monohydrochloride monohydratema ma tippreżenta ebda riskju ieħor li, skond l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, jeskludi l-awtorizzazzjoni. Skond dik l-opinjoni, hija aċidu aminiku essenzjali għal ħut u l-użu ta' dik il-preparazzjoni wera li tipprevjeni kataretti taħt kondizzjonijiet ta' tkabbir tas-salmonidi. L-opinjoni ta' l-Awtorità tirrakkomanda miżuri adattati għas-sigurtà ta' l-utent. Hija ma tikkunsidrax li hemm bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi ta' monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq. Ir-rapport fuq il-metodu ta' analiżi ta' l-addittiv ta' l-għalf fl-għalf ġie sottomess mil-Laboratorju ta' Referenza tal-Komunità stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 lill-Awtorità. Il-valutazzjoni ta' din il-preparazzjoni turi li l-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġew sodisfatti. Għaldaqstant, l-użu ta' din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
|
(7) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta' addittivi “addittivi nutrittivi' u mill-grupp funzjonali”aċidi aminiċi, l-imluħ tagħhom u l-analogi', hija awtorizzata bħala addittiv fl-għalf ta' l-annimali suġġetta għall-kondizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 7 ta' Marzu 2007.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Reglament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8).
(2) ĠU L 213, 21.7.1982, p. 8. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/116/KE (ĠU L 379, 24.12.2004, p. 81).
(3) L-Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar l-Addittivi u Prodotti jew Sustanzi użati fl-Għalf ta' l-Annimali dwar is-sigurtà u l-biodisponibilità tal-prodott L-Histidine monohydrochloride monohydrate għas-salmonidi. Adottata fit-2 ta' Marzu 2005. Il-Ġurnal EFSA (2005) 195, p. 1-10.
(4) L-opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar l-Addittivi u l-Prodotti jew Sustanzi użati fl-Għalf ta' l-Annimali taħt ir-Regolament (KE) 1831/2003 dwar L-Histidine monohydrochloride monohydrate bħala addittiv fl-għalf għall-użu fis-solmonidi. Adottata fit-18 ta' Ottubru 2006. Il-Ġurnal EFSA (2006) 407, p. 1-5.
ANNESS
|
Numru ta’ identifikazzjoni ta’ l-addittiv |
Isem id-detentur l-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija ta’ annimali |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem tal-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
|
Kontenut massimumg/kg ta’ għalf sħiħ |
|||||||||
|
Kategorija ta ’ addittivi nutrittivi. Grupp funzjonali: aċidi aminiċi, l-imluħ tagħhom u l-analogi |
|||||||||
|
3c3.5.1 |
— |
L-histidine monohydrochloride monohydrate |
Karaterizzazzjoni ta ’ l-addittiv: L-histidine monohydrochloride monohydrate 98 % prodott minn Escherichia Coli (ATCC 9637) C3H3N2-CH2-CH(NH2)-COOH· HCl· H2O Metodu analitiku Il-metodu Komunitarju għad-determinazzjoni ta’ l-aċidi aminiċi (Direttiva tal-Kummissjoni 98/64/KE li temenda d-Direttiva 71/393/KEE (1) |
Salmonidi |
— |
— |
— |
— |
2.4.2017 |