|
16.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 53/103 |
ID-DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZOJNI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/182
tat-12 ta’ Frar 2021
li tistabbilixxi t-tqassim skont l-Istat Membru tar-riżorsi ta’ REACT-EU għas-sena 2021
(notifikata bid-dokument C(2021) 843)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 92b(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Sabiex jiġi stabbilit qafas finanzjarju xieraq għar-riżorsi ta’ REACT-EU, jeħtieġ li t-tqassim tagħhom jiġi stabbilit għal kull Stat Membru f’approprjazzjonijiet mill-Fondi Strutturali għall-2021. |
|
(2) |
L-Anness VIIa tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jistabbilixxi l-kriterji u l-metodoloġija għall-allokazzjoni tar-riżorsi ta’ REACT-EU. |
|
(3) |
Qabel l-applikazzjoni tal-metodu ta’ allokazzjoni li jikkonċerna r-riżorsi ta’ REACT-EU għas-sena 2021, jenħtieġ li jiġi allokat ammont ta’ EUR 100 000 000 u EUR 50 000 000 rispettivament lil-Lussemburgu u lil Malta, kif ukoll ammont addizzjonali ddedikat għar-reġjuni ultraperiferiċi, kif imsemmi fil-paragrafu 3 tal-Anness VIIa tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013. |
|
(4) |
Għal raġunijiet ta’ programmazzjoni mill-Istati Membri, jenħtieġ li t-tqassim speċifiku jingħata fi prezzijiet tal-2018 biex jiġu stabbiliti r-riżorsi effettivament disponibbli wara li jitnaqqas l-ammont għall-assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni u għall-appoġġ għan-nefqa amministrattiva. Għal raġunijiet ta’ trasparenza, jenħtieġ li t-tqassim jiġi espress ukoll fi prezzijiet attwali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
It-tqassim skont l-Istat Membru tar-riżorsi ta’ REACT-UE għas-sena 2021 huwa stabbilit fl-Anness.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Frar 2021.
Għall-Kummissjoni
Elisa FERREIRA
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
ALLOKAZZJONI TAR-RIŻORSI TA’ REACT-EU 2021
|
(f’EUR) |
||
|
|
2021 prezzijiet tal-2018 |
2021 prezzijiet attwali |
|
BE |
243 915 691 |
258 845 283 |
|
BG |
411 187 534 |
436 355 501 |
|
CZ |
786 628 094 |
834 776 027 |
|
DK |
167 524 769 |
177 778 625 |
|
DE |
1 777 818 655 |
1 886 635 380 |
|
EE |
167 499 803 |
177 752 131 |
|
IE |
83 240 008 |
88 334 963 |
|
EL |
1 609 375 686 |
1 707 882 353 |
|
ES |
10 229 253 639 |
10 855 365 794 |
|
FR |
2 914 560 015 |
3 092 954 404 |
|
HR |
538 535 954 |
571 498 663 |
|
IT |
10 651 529 376 |
11 303 488 186 |
|
CY |
105 000 047 |
111 426 890 |
|
LV |
197 877 522 |
209 989 210 |
|
LT |
257 913 011 |
273 699 350 |
|
LU |
131 769 415 |
139 834 758 |
|
HU |
830 373 170 |
881 198 652 |
|
MT |
104 782 734 |
111 196 276 |
|
NL |
415 403 980 |
440 830 027 |
|
AT |
205 737 666 |
218 330 457 |
|
PL |
1 549 859 572 |
1 644 723 377 |
|
PT |
1 502 200 650 |
1 594 147 347 |
|
RO |
1 247 522 128 |
1 323 880 463 |
|
SI |
247 056 213 |
262 178 030 |
|
SK |
580 447 557 |
615 975 590 |
|
FI |
126 753 330 |
134 511 648 |
|
SE |
270 773 255 |
287 346 744 |
|
UE-27 |
37 354 539 474 |
39 640 936 129 |