8.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

365


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-2 ta' Marzu 2006

li tistabbilixxi kwestjonarju dwar id-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrat tat-tniġġis (IPPC)

(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 598)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2006/194/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE ta' l-24 ta' Settembru 1996 li tikkonċerna l-prevenzjoni u l-kontroll integrat ta' tniġġis (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 16(3) tagħha,

Billi:

(1)

Il-kwestjonarju li jrid jintuża mill-Istati Membri għall-għan tat-tfassil tar-rapporti dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 96/61/KE dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrat tat-tniġġis għandu jimmira li jaċċerta rendikont ddettaljat ta' l-applikazzjoni mill-Istati Membri u l-miżuri ewlenin stabbiliti f'dik id-Direttiva.

(2)

Fid-dawl ta' l-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni tad-Direttiva 96/61/KE u fl-użu tal-kwestjonarji ta' qabel, kif stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/391/KE tal-31 ta' Mejju 1999 dwar il-kwestjonarju li għandu x'jaqsam mad-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE li tikkonċerna l-prevenzjoni u l-kontroll integrat tat-tniġġis (IPPC) (l-implementazzjoni tad-Direttva tal-Kunsill 91/692/KEE) (2), il-kwestjonarju għall-perjodu 2006-2008 jrid jiġi adattat. Għal raġunijiet ta' ċarezza d-Deċiżjoni 1999/391/KE għandha tiġi sostitwita.

(3)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skond l-Artikolu 6 tad-Direttiva 91/692/KEE (3),

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kwestjonarju kif stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni dwar id-Direttiva 96/61/KE huwa b'dan stabbilit.

L-Istati Membri għandhom jużaw dan il-kwestjonarju bħala bażi sabiex ifasslu r-rapport li jrid jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 96/61/KE li jkopri l-perjodu taż-żmien mill-1 ta' Jannar 2006 sal-31 ta' Diċembru 2008.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 1999/391/KE hija b'dan irrevokata.

Artikolu 3

Din id-Deċiżoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, it-2 Marzu 2006.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 257, ta' l-10.10.1996, p. 26. Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 33, 4.2.2006, p. 1).

(2)   ĠU L 148, tal-15.6.1999, p. 39. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2003/241/KE (ĠU L 89, tal-5.4.2003, p. 17).

(3)   ĠU L 377, 31.12.1991, p. 48. Direttiva kif emendata mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).


ANNESS

Parti 1

Kwestjonarju dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 96/61/KE dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrat tat-tniġġis (IPPC)

Noti ġenerali:

Dan it-tielet kwestjonarju skond id-Direttiva 96/61/KE jkopri l-perjodu 2006 sa l-2008. Fid-dawl ta' l-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni tad-Direttiva u l-informazzjoni diġà miksuba permezz ta' l-ewwel kwestjonarju u mitluba fit-tieni kwestjonarju, il-kwestjonarju preżenti jiffoka fuq il-bidliet u l-progress li saru mill-Istati Membri fl-implimentazzjoni proprja tad-Direttiva. Fir-rigward ta' l-aspetti tat-traspożizzjoni, il-Kummissjoni sejra ssegwi l-azzjonijiet kollha meħtieġa biex tiżgura t-traspożizzjoni sħiħa u propja tad-Direttiva fil-liġijiet nazzjonali, notevolment permezz ta'segwitu bir-reqqa tal-proċeduri dwar ksur legali.

F'dawk il-każi fejn il-mistoqsijiet huma simili għal dawk il-kwestjonarji ta' qabel, meta s-sitwazzjoni tibqa' l-istess tista' sempliċiment ssir referenza għat-tweġibiet ta' qabel, għalkemm dan, b'mod ċar, mhux se jkun possibbli għall-Istati Membri li għalihom din tirrappreżenta l-ewwel perjodu ta' rapportaġġ. Jekk kien hemm żviluppi ġodda, dawn għandhom ikunu deskritti f'risposta ġdida. Madankollu, sabiex tgħin il-qarrej billi tagħmel it-tweġibiet tal-kwestjonarju b'mod komplet, jekk jogħġbok irriproduċi b'mod ġenerali t-test tat-tweġibiet ta' qabel meta hemm referenza għalihom b'dan il-mod, sakemm mhemmx raġunijiet prattiċi kontra dan.

Waqt li twieġeb il-kwestjonarju dwar mistoqsijiet speċifiċi dwar ir-regoli ġenerali li jorbtu, jew linjigwida uffiċjali maħruġa minn korpi amministrattivi, jekk jogħġbok ipprovdi informazzjoni deskrittiva dwar it-tip ta' regoli jew linjigwida u web links jew mezzi oħra ta' aċċess għalihom, kif xieraq.

1.   Deskrizzjoni ġenerali

1.1.

Saru xi bidliet sinifikanti mill-aħħar perjodu ta' rapportaġġ (2003-2005) fil-leġiżlazzjoni nazzjonali jew sub-nazzjonali u għas-sistema(i) ta' permess li jimplimentaw id-Direttiva 96/61/KE? Jekk iva, iddeskrivi dawn il-bidliet u r-raġunijiet għalihom, u pprovdi referenzi għal-leġiżlazzjoni l-ġdida.

1.2.

Fl-implimentazzjoni tad-Direttiva 96/61/KE, l-Istati Membri għaddew minn xi diffikultajiet marbuta mad-disponnibilità u l-kapaċità tar-riżorsi tal-persunal? Jekk iva, iddeskrivi dawn id-diffikultajiet, pereżempju deskritti kif jixraq minn dejta dwar riżorsi attwali. Iddeskrivi xi pjanijiet biex tindirizza dawn id-diffikultajiet (pereżempju billi żżid l-kapaċità tal-persunal).

2.   In-numri ta' installazzjonijiet u permessi (Artikoli 2(3), 2(4) u 4)

2.1.

Għati dettalji tan-numri ta' installazzjonijiet ġodda u eżistenti kif ddefinit bid-Direttiva 96/61/KE (installazzjonijiet IPPC) u permessi bit-tip ta' attività, li jirreferu għat-template u n-noti stabbiliti fil-Parti 2.

3.   Installazzjonijiet eżistenti (Artikolu 5)

3.1.

Iddeskrivi xi miżuri li jorbtu legalment jew pjanijiet amministrattivi stabbiliti biex tiżgura konformità mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 5(1) sat-30 ta' Ottubru 2007. L-operaturi kienu obbligati jressqu l-applikazzjonijiet għall-permess għal dan il-għan, jew setgħu l-awtoritajiet kompetenti jitolbu lill-operaturi jressqu t-tali applikazzjonijiet?

4.   Applikazzjonijiet għall-permess (Artikolu 6)

4.1.

Iddeskrivi xi regoli ġenerali li jorbtu, dokumenti ta' gwida jew formoli ta' applikazzjoni prodotti biex jkun żgurat li l-applikazzjonijiet fihom l-informazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 6, jew b'mod ġenerali jew dwar kwistjonijiet speċifiċi (eż. metodoloġija għall-evalwazzjoni ta' emissjonijiet sinifikanti mill-installazzjonijiet).

5.   Il-kordinament u l_kundizzjonijiet tal-proċedura ta' l-għoti tal-permessi (Artikoli 7-8)

5.1.

Iddeskrivi xi bidliet li saru mill-aħħar perjodu ta' rapportaġġ fl-istruttura ta' organizzazzjoni tal-proċeduri għall-għoti tal-permessi (livelli ta' awtoritajiet, distribuzzjoni ta' kompetenzi eċċ.).

5.2.

Hemm xi diffikultajiet partikolari biex tiġi żgurata l-koordinazzjoni sħiħa tal-proċedura u l-kundizzjonijiet ta' l-għoti tal-permessi, speċjalment meta jkun hemm iktar minn awtortità waħda kompetenti involuta, kif meħtieġ mill-Artikolu 7? Iddeskrivi xi dokumenti ta' leġiżlazzjoni jew gwida maħruġa dwar din il-kwistjoni.

5.3.

X'dispożizzjonijiet legali, proċeduri jew gwida qed jintużaw biex ikun żgurat li l-awtoritajiet kompetenti jirrifjutaw li jagħtu l-permess f'każi meta l-installazzjonijiet ma jikkonformawx mar-rekwiżiti tad-Direttiva 96/61/KE? Jekk disponibbli, agħti informazzjoni dwar in-numri u ċ-ċirkostanzi fejn ġew irrifjutati l-permessi.

6.   Kemm huma adegwati u xierqa l-kundizzjonijiet ta' l-għoti tal-permess (Artikoli 3(d), 3(f), 9, 16(1), 16(2))

6.1.

Iddeskrivi xi regoli ġenerali li jorbtu jew linjigwida speċifiċi għall-awtoritajiet kompetenti li nħarġu mill-kwistjonijiet li ġejjin:

(1)

il-proċeduri u l-kriterji biex jiġu ffissati valuri ta' limitu ta' emissjonijiet u kundizzjonijiet oħra għall-permess.

(2)

il-prinċipji ġenerali biex jiġu ddeterminati l-aħjar tekniki disponibbli.

(3)

l-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 9(4).

6.2.

Kwistjonijiet marbuta mad-Dokumenti ta' Referenza BAT (BREFs) stabbiliti skond l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 96/61/KE:

(4)

Kif, f'termini ġenerali, hija kkunsidrata l-informazzjoni ppubblikata mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 16 (2), b'mod ġenerali jew f'każi speċifiċi meta jiġu determinati l-aħjar tekniki disponibbli? Kif inhuma użati l-BREFs b'mod konkret biex jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet għall-permess? Il-BREFs (jew partijiet minnhom) huma tradotti?

(5)

Bħala sors tat-tagħrif sabiex jiġu stabbiliti l-valuri tal-limiti ta' l-emissjonijiet, il-parametri ekwivalenti u l-miżuri tekniċi bbażati fuq l-aħjar metodi tat-teknika disponibbli, kemm huwa utli t-tagħrif ippubblikat mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 16(2)? Kif jista jittejjeb?

6.3.

Kwistjonijiet oħra dwar l-kundizzjonijiet għall-permessi:

(6)

Tqiesu s-sistemi ta' immaniġjar ta' l-ambjent meta ġew stabbiliti l-kundizzjonijiet? Jekk iva, kif?

(7)

X'tipi ta' kundizzjonijiet għall-għoti ta' permess jew miżuri oħra ġew applikati tipikament għall-għanijiet ta' l-Artikolu 3(f) (restawr tal-post meta jitwaqqfu għal kollox l-attivitajiet) u kif ġew implimentati fil-prattika?

(8)

X'tipi ta' kundizzjonijiet għall-għoti ta' permessi dwar l-effiċjenza ta' l-enerġija ġew tipikament iddeterminati (Artikolu 3(d))? Kif intużat il-possibilità stabbilita fl-Artikolu 9(3) li tagħżel li ma timponix ir-rekwiżiti dwar l-effiċjenza ta' l-enerġija?

7.   Dejta rappreżentattiva disponibbli (Artikolu 16(1))

7.1.

Ipprovdi d-dejta disponibbli fuq il-valuri ta' limitu u l-prestazzjoni ta' l-ambjent stabbiliti minn kategorija speċifika ta' attivitajiet skond l-Anness I għad-Direttiva 96/61/KE u, jekk xieraq, l-aħjar tekniki disponibbli minn fejn jiġu dawk il-valuri. Iddeskrivi kif din d-dejta ġiet magħżula u miġbura. Qabel jew waqt il-perjodu ta' rappurtaġġ, il-Kummissjoni sejra tissuggerixxi gwida biex tirrispondi għal din il-mistoqsija sabiex timmira għal żewġ setturi partikolari. Id-dejta rapportata (fuq valuri ta' limitu ta' emissjonijiet u l-prestazzjoni ambjentali) se jkunu evalwati biex jitqabblu, kemm jista' jkun, il-valuri ta' limitu stabbiliti u l-prestazzjoni miksuba. Imbagħad ikun jista' jsir tqabbil mal-livelli ta' emissjonijiet marbuta mal-BAT fi BREFs.

8.   Regoli ġenerali li jorbtu (Artikolu 9(8))

8.1.

Għal liema kategoriji ta' installazzjonijiet u liema rekwiżiti, jekk hemm, għandhom regoli ġenerali li jorbtu stabbiliti, kif previst bl-Artikolu 9(8)? Ipprovdi referenza għar-regoli ġenerali li jorbtu. X'forma jieħdu regoli bħal dawn (eż min jistabbilixxihom u xi stat legali għandhom)? Meta jiġu applikati regoli bħal dawn, xorta ssir dispożizzjoni biex jitqiesu il-fatturi lokali (msemmija fl-Artikolu 9(4))?

8.2.

Jekk magħrufa, liema numru ta' installazzjonijiet (kemm bħala numru assolut jew bħala persentaġġ) kienu suġġetti għal dawn ir-regoli sa' l-aħħar tal-perjodu ta' rappurtaġġ?

9.   Standards ta' kwalità ambjentali (Artikolu 10)

9.1.

Kien hemm każi fejn japplika l-Artikolu 10 u l-użu ta' l-aħjar tekniki disponibbli mhuwiex biżżejjed biex jissodisfa l-istandard ta' kwalità ambjentali stabbilit fil-leġiżlazzjoni Komunitarja (kif definit fl-Artikolu 2(7))? Jekk iva, agħti eżempji ta' każi bħal dawn u l-miżuri addizzjonali li ttieħdu.

10.   L-iżviluppi fl-aħjar metodi tat-teknika disponibbli (Artikolu 11)

10.1.

Ittieħdu xi passi biex ikun żgurat li, skond l-Artikolu 11, l-awtoritajiet kompetenti jsegwu jew ikunu infurmati bl-iżviluppi fl-aħjar metodi tat-teknika disponibbli? Jekk iva, ipprovdi dettalji. Jekk le, xi pjanijiet hemm biex jintlaħaq dan ir-rekwiżit?

11.   Bidliet għall-installazzjonijiet (Artikoli 12, 2(10))

11.1.

Kif jagħmlu l-awtoritajiet kompetenti biex jiddeċiedu fil-prattika, skond l-Artikolu 12, jekk “bidla fl-operazzjoni” jistax ikollha konsegwenzi fuq l-ambjent (Artikolu 2(10)(a)), u jekk bidla bħal din hijiex “bidla sostanzjali” li jista' jkollha effetti negattivi fuq il-bnedmin jew l-ambjent (Artikolu 2(10)(b))? Agħti referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti legali, gwida jew proċeduri.

11.2.

Liema numru ta' applikazzjonijiet għal “bidliet sostanzjali” ġew iddeterminati waqt il-perjodu ta' rappurtaġġ? Ipprovdi d-dejta bit-tip ta' attività, waqt li tirreferi għat-template u n-noti stipolati fil-Parti 2.

12.   Il-konsiderazzjoni mill-ġdid u l-aġġornament tal-kondizzjonijiet tal-permessi (Artikolu 13)

12.1.

Il-frekwenza ta' konsiderazzjoni mill-ġdid u fejn jeħtieġ, aġġornament ta' kundizzjonijiet ta' permessi (Artikolu 13) hija speċifikata fil-liġi nazzjonali jew subnazzjonali, jew determinata b'mezzi oħra, bħal limiti ta' ħin fil-permessi? Jekk iva, x'inhuma dawk il-mezzi l-oħra? Agħti referenza għal-leġiżlazzjoni rilevanti legali, gwida jew proċeduri.

12.2.

X'inhi l-frekwenza rappreżentattiva (jew il-frekwenza rappreżentattiva mistennija) għall-konsiderazzjoni mill-ġdid tal-kundizzjonijiet għall-permessi? F'każi fejn hemm id-differenzi bejn l-installazzjonijiet jew is-setturi, ipprovdi informazzjoni illustrattiva jekk disponibbli.

12.3.

F'hiex jikkonsisti l-proċess ta' kunsiderazzjoni mill-ġdid u l-aġġornament ta' kundizzjonijiet għall-permessi? Kif inhi implimentata d-dispożizzjoni għall-kunsiderazzjoni mill-ġdid tal-kundizzjonijiet għall-permessi f'każi fejn hemm bidliet fl-aħjar tekniki disponibbli? Agħti referenza għal-leġiżlazzjoni legali, gwida jew proċeduri rilevanti.

13.   Il-konformità mal-kondizzjonijiet tal-permessi (Artikolu 14)

13.1.

Fil-prattika, kif inhu implimentat ir-rekwiżit ta' l-Artikolu 14 li l-operaturi jinformaw b'mod regolari l-awtoritajiet bir-riżultati tal-monitoraġġ tar-rilaxx? Agħti referenza għal xi regolamenti, proċeduri jew linjigwida speċifiċi għall-awtoritajiet kompetenti dwar dan is-suġġett. Jitressaq rapport ta' monitoraġġ perjodiku mill-operaturi? Ipprovdi informazzjoni dwar il-frekwenza rappreżentattiva għat-tressiq ta' informazzjoni bħal din. F'każi fejn hemm id-differenzi bejn is-setturi, ipprovdi informazzjoni jekk disponibbli.

13.2.

Sakemm huwa disponibbli, u jekk ma ġietx imressqa fir-rappurtaġġ skond ir-Rakkomandazzjoni li tipprevedi kriterji minimi għal spezzjonijiet ambjentali fl-Istati Membri, ipprovdi informazzjoni rappreżentattiva, dwar installazzjonijiet li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva 96/61/KE, dwar il-kwistjonijiet li ġejjin:

—

l-ispezzjonijiet fuq il-post li jsiru u t-teħid tal-kampjuni (tip, numru, frekwenza).

—

tipi u numri ta' azzjonijiet (eż. sanzjonijiet jew miżuri oħra) li ttieħdu b'riżultat ta' inċidenti, aċċidenti u non-konformità mal-kundizzjonijiet tal-permessi.

14.   It-tagħrif u l-parteċipazzjoni tal-pubbliku (Artikoli 15, 15a)

14.1.

X'bidliet sinifikanti kien hemm, jekk fil-fatt kien hemm, mill-aħħar perjodu ta' rappurtaġġ fit-traspożizzjoni tal-leġiżlazzjoni li tipprevedi l-informazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-pubbliku fil-proċedura tal-permessi, kif meħtieġ bid-Direttiva 96/61/KE (Artikoli 15 u 15a) kif emendata bid-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1)? X'kien l-effett tar-rekwiżiti emendati fuq l-awtoritajiet kompetenti, l-applikanti għall-permessi u l-pubbliku kkonċernat?

15.   Kooperazzjoni li taqsam il-fruntieri (Artikolu 17)

15.1.

Kien hemm waqtiet fil-perjodu ta' rappurtaġġ fejn ntużaw ir-rekwiżiti ta' l-Artikolu 17 fir-rigward ta' l-informazzjoni u l-kooperazzjoni li taqsam il-fruntieri? Ipprovdi eżempji illustrattivi tal-proċeduri ġenerali li ntużaw.

16.   Ir-relazzjoni ma' strumenti komunitarji oħra

16.1.

Kif jaraw l-Istati Membri l-effikaċja tad-Direttiva 96/61/KE, fost ħwejjeġ oħra fil-paragun ma' l-istrumenti ambjentali l-oħra Komunitarji? Ibbażati fuq studji u analiżi rilevanti, jekk disponibbli, x'kienu stmati l-benefiċċji u n-nefqiet ambjentali (inkluż in-nefqiet amministrattivi u ta' konformità) ta' l-implimentazzjoni tad-Direttiva 96/61/KE? Agħti referenza għal dawn l-istudji u l-analiżi.

16.2.

X'inhi l-esperjenza prattika tiegħek rigward l-interazzjoni bejn ir-rekwiżiti ta' l-għoti tal-permessi skond id-Direttiva 96/61/KE u strumenti oħra Komunitarji li jistgħu japplikaw għal installazzjonijiet li jaqgħu taħt l-ambitu tad-Direttiva 96/61/KE? X'miżuri ttieħdu fi ħdan il-leġiżlazzjoni nazzjonali u sub-nazzjonali jew arranġamenti amministrattivi biex tikber l-koerenza bejn l-implimentazzjoni tad-Direttiva 96/61/KE u strumenti oħra? Eżempji ta' strumenti oħra Komunitarji li jistgħu jkunu rilevanti għal din il-mistoqsija jinkludu:

—

Id-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE dwar l-istima ta' l-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (2),

—

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE dwar il-kontroll ta' perikoli ta' aċċidenti kbar fl-użu ta' sustanzi perikolużi (3),

—

Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/13/KE dwar il-limitazzjoni ta' taħlit volatili organiku minħabba l-użu ta' solventi organiku f'ċerti attivitajiet u installazzjonijiet (4),

—

Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE dwar ir-rimi ta' skart f' terraferma (5),

—

Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika dwar l-ilma (6),

—

Id-Direttiva 2000/76/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-inċinerazzjoni ta' skart (7),

—

Id-Direttiva 2001/80/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-limitazzjoni ta' l-emissjonijiet ta' ċerti tniġġis fl-arja minn impjanti kbar tal-kombustjoni (8),

—

Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra (9),

—

Regolament (KE) Nru 166/2006.

16.3.

Ġew introdotti miżuri mill-operaturi fil-livelli nazzjonali u subnazzjonali biex jikkonformaw ir-rappurtaġġ rikjest mill-awtoritajiet kompetenti skond id-Direttiva 96/61/KE u strumenti oħra Komunitarji? Jekk disponibbli, ipprovdi referenza għal miżuri bħal dawn, u xi possibilitajiet li inti tara għat-titjib tar-rekwiżiti ta' l-UE f'dan il-qasam.

17.   Osservazzjonijiet ġenerali

17.1.

Jeżistu kwistjonijiet partikolari dwar l-implimentazzjoni li joħolqu tħassib fl-Istat Membru tiegħek? Jekk iva, jekk jogħġbok ispeċifika.

Parti 2

Template għat-tweġiba għall-mistoqsija 2.1

Tabella 1

Tip ta' installazzjoni bbażata fuq l-attivitàta' l-Anness 1 għad-Direttiva 96/61/KE (ara n-nota 1)

Permessi għal INSTALLAZZJONIJIET ĠODDA (Artikolu 4)

Permess għal installazzjonijiet eżistenti (Artikolu 5(1))

 

 

 

 

1.

Numru ta' installazzjonijiet ġodda li jkunu qed joperaw fl-aħħar ta' l-2008 (ara n-nota 2)

2.

Numru ta' permessi mogħtija sa l-aħħar ta' l-2008 (ara n-nota 3)

3.

Numru ta' installazzjonijiet eżistenti li jkunu qed joperaw fl-aħħar ta' l-2008 (ara n-nota 2)

4.

Numru ta' permessi ġodda mogħtija skond l-Artikoli 6 u 8 sa l-aħħar ta' l-2008 (ara n-nota 4a)

5.

Numru ta' permessi ta' qabel l-IPPC ikkunsidrati mill-ġdid iżda mhux aġġornati sa l-aħħar ta' l-2008 (ara n-nota 4b)

6.

Numru ta' permessi ta' qabel l-IPPC ikkunsidrati mill-ġdid u aġġornati sa l-2008 (ara n-nota 4c)

7.

In-numru, jekk hemm, ta' permessi li jibqa' sa l-aħħar ta' l-2008 (f'kunflitt mad-Direttiva), (ara nota 5)

8.

Numru ta' installazzjonijiet (1+3)

9.

Numru ta' applikazzjonijiet għal “bidliet sostanzjali” ddeterminati waqt il-perjodu ta' rappurtaġġ (ara n-nota 6)

10.

Numru, jekk hemm, ta' permessi li jibqa' sa l-aħħar ta' Ottubru 2007 (f'kunflitt mad-Direttiva), (ara n-nota 7)

1.

Enerġija

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1.1.

Kombustjoni

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1.2

Irfinar taż-żejt minerali u tal-gass

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1.3.

Fran tal-kokk

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1.4.

Il-gassifikazzjoni u tidwib tal-faħam

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2.

Metalli tal-ħadid

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2.1.

Inkaljar/tagħqid tal-minerali metalliċi

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2.2.

Produzzjoni ta' ħadid jew azzar mhux ipproċessati

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2.3 (a)

Hot-rolling mills

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2.3 (b)

Ferreriji

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2.3 (c)

Applikazzjoni ta' passati protettivi ta' metall

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2.4.

Funderiji

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2.5. (a)

Produzzjoni ta' metalli mhux maħduma mhux tal-ħadid

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2.5. (b)

Tidwib ta' metalli mhux tal-ħadid

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2.6.

Trattament mill-wiċċ ta' metalli u materjali tal-plastik

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.

Minerali

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.1.

Produzzjoni ta' siment jew ġir

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.2.

Produzzjoni ta' asbestos

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.3.

Manifattura tal-ħġieġ

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.4.

Tidwib tal-minerali

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.5.

Manifattura taċ-ċeramika

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

4.

Kimiċi (ara nota 8)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

4.1.

Produzzjoni ta' kimiċi organiċi

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

4.2.

Produzzjoni ta' kimiċi mhux organiċi

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

4.3.

Produzzjoni tal-fertilizzanti

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

4.4

Produzzjoni ta' prodotti għas-saħħa tal-pjanti/bijoċidi

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

4.5.

Produzzjoni tal-farmaċewtiċi

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

4.6.

Produzzjoni ta' splussivi

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

5.

Skart

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

5.1.

Rimi jew irkupru ta' skart perikoluż

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

5.2.

Ħruq ta' skart muniċipali

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

5.3.

Rimi ta' skart mhux perikoluż

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

5.4.

Landfills

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

6.

Oħrajn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

6.1. (a)

Produzzjoni tal-polpa għall-karta

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

6.1. (b)

Produzzjoni ta' karta u kartun

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

6.2.

Trattament minn qabel jew tiżbigħ ta' fibri jew tessuti

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

6.3.

Ikkunzar tal-ġlud

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

6.4. (a)

Biċċeriji

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

6.4 (b)

Trattament u pproċessar ta' prodotti ta' l-ikel

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

6.4 (c)

Trattament u proċessar tal-ħalib

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

6.5.

Rimi u riċiklaġġ tal-karkassi ta' l-annimali

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

6.6 (a)

Trobbija intensiva tat-tjur

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

6.6 (b)

Trobbija intensiva tal-ħnieżer għall-produzzjoni

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

6.6 (c)

Trobbija intensiva ta' ħnieżer femminili

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

6.7.

Trattament tal-wiċċ bl-użu ta' solventi orġaniċi

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

6.8.

Produzzjoni ta' faħam jew elettrograffit

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Totali

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Tabella 2

 

Total (ara n-nota 9)

In-numru totali ta' permessi kkunsidrati bħala lment

(Tabella 1 kolonni 2+4+5+6)

 

In-numru totali, jekk hemm, ta' permessi li jibqa' sa l-aħħar ta' l-2008 (f'kunflitt mad-Direttiva)

(Tabella 1 kolonna 7)

 

Noti:

Nota ġenerali: Din it-template hija għal ġbir tad-dejta fuq numri ta' “installazzjonijiet” kif ddefinit bl-Artikolu 2(3) u “permessi” kif ddefinit bl- Artikolu 2(9). In-numri għall-installazzjonijiet u l-permessi mhux se jkunu neċessarjament identiċi għax, skond l-Artikolu 2(9), permess jista' jkopri parti minn installazzjoni, installazzjoni sħiħa, jew iktar minn installazzjoni waħda. Iktar gwida u spjegazzjoni dwar id-dejta mfittxija fit-Tabelli 1 u 2 jingħataw fin-noti 1-10 hawn taħt. L-Istati Membri huma mitluba li jimlew it-Tabella 1 kemm jista' jkun possibbli. L-Istati Membri għandhom mnejn ikun jridu jżidu xi kummenti addizzjonali (pereżempju dwar restawr tal-post) jekk jinħtieġ biex jispjegaw u jappoġġjaw id-dejta fit-Tabelli 1 u 2. In-numru ta' permessi għandu jinkludi l-permessi kollha li nħarġu wara d-data ta' transpożizzjoni tad-Direttiva 96/61/KE (it-30 ta' Ottubru 1999) għall-installazzjonijiet li jkunu għadhom qed joperaw sa l-aħħar ta' l-2008.

1.

Għall-kolonni kollha bin-numri mill-1-10, it-Tabella 1 tipprovdi template għall-ġbir tad-dejta bbażat fuq l-attività ewlenija ta' installazzjoni fl-Anness 1. Jekk hu possibbli l-informazzjoni għandha tkun ipprovduta fil-livell tas-subintestaturi ta' l-Anness I (1.1, 2.3(a), 6.4(b), eċċ.). Il-kolonna fuq in-naha tal-lemin għalhekk tistabbilixxi n-numri relevanti tas-subintestatura ta' l-Anness I u taqsira tad-deskrizzjoinijiet korrispondenti ta' l-attività (ara l-Anness I għad-Direttiva 96/61/KE għad-deskrizzjonijiet totali inkluż il-limiti). Meta timtela t-Tabella 1, huwa importanti li l-istess installazzjoni ma tingħadx iktar minn darba, anke jekk tkopri ħafna attivitajiet. Meta installazzjoni jew permess ikun fih attivitajiet taħt tnejn jew iktar kategoriji ta' l-Anness 1, għalhekk, għandha tkun elenkata ma' kategorija waħda biss ta' l-Anness I (eż. dik li tiddeskrivi l-aħjar l-installazzjoni jew il-permess).

2.

Il-Kolonni 1 u 3 jitolbu għadd sempliċi tan-numri ta' l-installazzjonijiet ġodda u eżistenti rispettivament, għal kull tip ta' attività ewlenija, li kienu qed joperaw fl-aħħar tal-perjodu tar-rappurtaġġ. “Installazzjonijiet eżistenti” huma dawk ddeterminati skond l- Artikolu 2(4) tad-Direttiva 96/61/KE, u “installazzjonijiet oħra” huma l-oħrajn kollha. Il-Kolonna 8 mbagħad tirrappreżenta sempliċement is-somma taċ-ċifri fil-kolonni 1 u 3.

3.

Il-Kolonna 2 titlob dejta fuq numru ta' permessi mogħtija lill-installazzjonijiet ġodda skond l-Artikolu 4 sa l-aħħar tal-perjodu ta' rappurtaġġ. Kif imsemmi fin-nota ġenerali hawn fuq, dan mhux bilfors ikun l-istess bħan-numru ta' installazzjonijiet, anke jekk l-installazzjonijiet kollha ġodda jkunu permessi totalment.

4.

Il-kolonni 4-6 jkopru l-metodi varji fejn l-installazzjonijiet eżistenti jistgħu jkunu suġġetti għall-permessi li huma kkunsidrati konformi mad-Direttiva 96/61/KE. Dan huma kif ġej:

(a)

l-għoti ta' permess skond il-proċedura stabbilita bl-Artikoli 6 u 8. Il-kolonna 4 tirreferi għat-tali permess bħala permess ġdid. Iċ-ċifri jinkludu li t-tali permessi ġodda mogħtija bħala konsegwenza ta' “bidla sostanzjali” proposta.

(b)

bħala alternattiva biex tapplika l-proċedura ta' l-Artikoli 6 u 8, l-Artikolu 5(1) jippermetti l-awtorità kompetenti biex iġġib l-installazzjonijiet eżistenti f'konformità “bil-kunsiderazzjoni mill-ġdid u fejn jinħtieġ bl-aġġornament” il-kundizzjonijiet li għalihom kienu diġà suġġetti l-installazzjonijiet, eż. taħt dak li jista' jissejjaħ permess ta' qabel l-IPPC (jiġifieri, permess maħruġ skond il-leġiżlazzjoni li tippreċedi d-Direttiva 96/61/KE). Il-kolonna 5 titlob dejta għal dawk il-każi fejn il-kundizzjonijiet tat-tali permess ta' qabel l-IPPC kienu kkunsidrati mill-ġdid, iżda ma sar l-ebda aġġornament minħabba li l-kundizzjonijiet kienu kkunsidrati li kienu diġà konformi mar-rekwiżiti tad-Direttiva 96/61/KE.

(c)

fl-istess mod, il-kolonna 6 titlob dejta f'dawk il-każi fejn il-kundizzjonijiet tal-permess ta' qabel ta' l-IPPC ġew ikkunsidrati mill-ġdid, u imbagħad aġġornati sabiex jikkonformaw mad-Direttiva 96/61/KE. Dan jinkludi tali permess bħal dan fejn il-kunsiderazzjoni mill-ġdid u l-aġġornament ġew bħala konsegwenza tal- “bidla sostanzjali” proposta.

5.

Il-kolonna 7 titlob dejta fuq kwalunkwe permess għall-installazzjonijiet eżistenti li kien għad kellhom jinħarġu, jew jiġu kkunsidrati mill-ġdid jew aġġornati jekk jixraq, fl-aħħar tal-perjodu tar-rappurtaġġ, f'kunflitt mar-rekwiżiti ta' l-Artikolu 5(1). L-Istati Membri huma mitluba biex jiddeskrivu kif qed jittrattaw kwalunkwe rekwiżiti ta' permessi bħal dawn.

6.

Il-kolonna 9 titlob dejta dwar numru ta' applikazzjonijiet għall-permess (jew aġġornamenti tal-permess) minn operaturi ta' installazzjonijiet eżistenti jew ġodda fir-rigward ta' “bidla sostanzjali” proposta kif iddefinit bl-Artikolu 2(10(b)) li kienu ddeterminati waqt il-perjodu tar-rapportaġġ. Dan jinkludi bidliet sostanzjali li diġà saru suġġett li jikkonformaw mad-Direttiva 96/61/KE.

7.

Il-Kolonna 10 titlob dejta dwar kwalunkwe permess għal installazzjonijiet eżistenti li kien għad kellhom jinħarġu, jew jiġu kkunsidrati mill-ġdid jew aġġornati jekk jixraq, fl-aħħar ta' Ottubru 2007, f'kunflitt mar-rekwiżiti ta' l-Artikolu 5(1). L-Istati Membri huma mitluba jiddeskrivu kif qed jitrattaw kwalunkwe rekwiżiti ta' permessi pendenti bħal dawn.

8.

Għalkemm l-Istati Membri huma ġeneralment mitluba biex jirrapportaw it-tipi ta' attivitajiet ewlenin elenkati fit-Tabella 1 sakemm jista' jkun, huwa magħruf li s-settur tal-kimiċi huwa speċjalment kumpless f'dan ir-rigward, u li bosta installazzjonijiet kimiċi jwettqu iktar minn attività waħda kif definit fis-subintestaturi ta' l-Intestatura 4. L-Istati Membri għalhekk huma mitluba li jirrapportaw skond is-subintestaturi jekk hija disponibbli d-dejta, u jekk le jirrapportaw biss iċ-ċifri globali għall-Intestatura 4 (jiġifieri ebda ċifra għas-subintestaturi individwali).

9.

It-Tabella 2 għandha l-għan li tipprovdi n-numru totali ta' permessi kkunsidrati bħala lment jew pendenti fl-aħħar tal-perjodu tar-rappurtaġġ. L-ewwel ringiela tirrapreżenta s-somma tat-totali tal-kolonni 2, 4, 5 u 6 tat-Tabella 1. It-tieni ringiela tirrapreżenta t-total tat-Tabella 1.

(1)   ĠU L 156, tal-25.6.2003, p. 17.

(2)   ĠU L 175, tal-5.7.1985, p. 40.

(3)   ĠU L 10, ta' l-14.1.1997, p. 13.

(4)   ĠU L 85, tad-29.3.1999, p. 1.

(5)   ĠU L 182, tas-16.7.1999, p. 1.

(6)   ĠU L 327, tat-22.12.2000, p. 1.

(7)   ĠU L 332, tat-28.12.2000, p. 91.

(8)   ĠU L 309, tas-27.11.2001, p. 1.

(9)   ĠU L 275, tal-25.10.2003, p. 32.