17.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 193/13


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/794

tas-16 ta’ Ġunju 2020

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2018/101 dwar il-promozzjoni ta’ kontrolli effettivi fuq l-esportazzjoni tal-armi

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 31(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Jannar 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/101 (1) li tipprevedi perijodu ta’ implimentazzjoni ta’ 30 xahar mid-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ finanzjament imsemmi f’dik id-Deċiżjoni, għall-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1 tagħha.

(2)

Fit-30 ta’ April 2020, il-Bundesamt für Wirtschaft und Ausfuhrkontrolle, fil-kwalità tiegħu ta’ Aġenzija ta’ Implementazzjoni, talab l-awtorizzazzjoni tal-Unjoni sabiex l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni PESK 2018/101 tiġi estiża sat-30 ta’ Novembru 2020 minħabba sfidi marbuta mal-pandemija tal-COVID-19 li għadha għaddejja.

(3)

It-tkomplija tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (PESK) 2018/101 tista’ titwettaq mingħajr ebda implikazzjoni ta’ riżorsi finanzjarji sat-30 ta’ Novembru 2020.

(4)

Għaldaqstant jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2018/101 tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni (PESK) 2018/101 hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

l-Artikolu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha u għandha tiskadi fit-30 ta’ Novembru 2020.”.

(2)

Fl-Anness, it-taqsima 10 hija sostitwita b’dan li ġej:

“10.

Tul ta’ żmien

Il-proġett ser jintemm fit-30 ta’ Novembru 2020.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Ġunju 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

A. METELKO-ZGOMBIĆ


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/101 tat-22 ta’ Jannar 2018 dwar il-promozzjoni ta’ kontrolli effettivi fuq l-esportazzjoni tal-armi (ĠU L 17, 23.1.2018, p. 40).