16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 11/12


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-28 ta’ Lulju 2009

li temenda l-lista ta’ sustanzi veġetali, preparazzjonijiet u kumbinazzjonijiet tagħhom għal użu fi prodotti mediċinali veġetali tradizzjonali

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 5804)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/28/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 16(f) tagħha,

Wara li kkunsidrat l-opinjonijiet tal-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini, ifformulati fl-10 ta’ Jannar 2008 u fis-6 ta’ Marzu 2008 mill-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali Veġetali,

Billi:

(1)

Calendula officinalis L u Pimpinella anisum L jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 (2). Calendula officinalis L u Pimpinella anisum L jistgħu jitqiesu bħala sustanzi veġetali, preparazzjonijiet veġetali jew kumbinazzjonijiet tagħhom.

(2)

Għalhekk ikun xieraq li Calendula officinalis L u Pimpinella anisum L jiġu inklużi fil-lista ta’ sustanzi veġetali, preparazzjonijiet u kumbinazzjonijiet tagħhom għall-użu fi prodotti mediċinali veġetali tradizzjonali stabbiliti fl-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/911/KE.

(3)

Id-Deċiżjoni 2008/911/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(4)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2008/911/KE tiġi emendata kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat skont l-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.

(2)

L-Anness II huwa emendat skont l-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, it-28 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi President


(1)   ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67.

(2)   ĠU L 328, 6.12.2008, p. 42.


ANNESS I

Fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2008/911/KE, jiddaħħal dan li ġej:

—

“Calendula officinalis L” jidħol qabel Foeniculum vulgare Miller subsp. vulgare var. vulgare (Bużbież morr, frott),

—

“Pimpinella anisum L” jidħol qabel Foeniculum vulgare Miller subsp. vulgare var. dulce (Miller) Thellung (Bużbież ħelu, frott).


ANNESS II

Fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2008/911/KE, jiddaħħal dan li ġej:

—

“ Calendula officinalis L” jidħol qabel Foeniculum vulgare Miller subsp. vulgare var. vulgare (Bużbież morr, frott)

“DAĦLA FIL-LISTA TAL-KOMUNITÀ DWAR CALENDULA OFFICINALIS L

Isem xjentifiku tal-pjanta

Calendula officinalis L.

Familja botanika

Asteraceae

Sustanza veġetali

Fjura calendula

Isem komuni tas-sustanza veġetali fil-lingwi kollha uffiċjali tal-UE

—

BG (bălgarski): Невен, цвят

—

CS (čeština): Měsíčkový květ

—

DA (dansk): Morgenfrueblomst

—

DE (Deutsch): Ringelblumenblüten

—

EL (elliniká): Άνθος καλέντουλας

—

EN (English): Calendula flower

—

ES (español): Flor de caléndula

—

ET (eesti keel): Saialilleõisik

—

FI (suomi): Tarhakehäkukan kukka

—

FR (français): Souci

—

HU (magyar): A körömvirág virága

—

IT (italiano): Calendula fiore

—

LT (lietuvių kalba): Medetkų žiedai

—

LV (latviešu valoda): Kliņģerītes ziedi

—

MT (malti): Fjura calendula

—

NL (nederlands): Goudsbloem

—

PL (polski): Kwiat nagietka

—

PT (português): Flor de calêndula

—

RO (română): Floare de gălbenele (calendula)

—

SK (slovenčina): Nechtíkový kvet

—

SL (slovenščina): Cvet vrtnega ognjiča

—

SV (svenska): Ringblomma, blomma

—

IS (íslenska): Morgunfrú, blóm

—

NO (norsk): Ringblomst

Preparazzjoni(jiet) veġetali

A)

Estratt likwidu (DER 1:1), estratt solventi tal-etanol 40-50 % (v/v)

B)

Estratt likwidu (DER 1:1,8-2,2), estratt solventi tal-etanol 40-50 % (v/v)

C)

Tintura (DER 1:5), estratt solventi tal-etanol 70-90 % (v/v)

Referenza monografika tal-Farmakopea Ewropea

Calendula flower - Calendulae flos (01/2005:1297)

Indikazzjoni(jiet)

(a)

Prodott ta’ mediċina tradizzjonali veġetali għat-trattament ta’ sintomi ta’ infjammazzjonijiet minuri fil-ġilda (bħalma huma l-ħruq mix-xemx) u bħala għajnuna għal ġrieħi żgħar.

(b)

Prodott ta’ mediċina veġetali għat-trattament simptomatiku ta’ infjammazzjonijiet minuri fil-ħalq jew il-griżmejn.

Il-prodott huwa prodott mediċinali veġetali tradizzjonali sabiex jintuża f’indikazzjonijiet speċifikati bbażati esklużivament fuq esperjenza ta’ użu fit-tul.

Tip ta’ tradizzjoni

Ewropea

Qawwa speċifikata

Jekk jogħġbok ara ‘Pożoloġija speċifikata’.

Pożoloġija speċifikata

Preparazzjonijiet veġetali:

A)

Estratt likwidu (DER 1:1)

F’forom ta’ dożaġġ semisolidu: ammont ekwivalenti għal sustanza veġetali ta’ 2-10 %

B)

Estratt likwidu (DER 1:1,8-2,2)

F’forom ta’ dożaġġ semisolidu: ammont ekwivalenti għal sustanza veġetali ta’ 2-5 %

C)

Tintura (DER 1:5)

F’kumpressi mħallta ma’ tal-anqas 1:3 ilma li għadu kemm tgħalla.

F’forom ta’ dożaġġ semisolidu: ammont ekwivalenti għal sustanza veġetali ta’ 2-10 %.

Bħala gargarizzant jew soluzzjoni ta’ tlaħliħ il-ħalq f’soluzzjoni ta’ 2 %.

2 sa 4 darbiet kuljum

Indikazzjoni a)

Mhuwiex irrakkomandat l-użu fuq tfal li jkollhom inqas minn 6 snin (ara t-‘Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu’ hawn taħt).

Indikazzjoni b)

Mhuwiex irrakkomandat l-użu fuq tfal li jkollhom inqas minn 12-il sena (ara t-‘Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu’ hawn taħt).

Mnejn u kif jingħata

Użu kutanju u oromukożali.

Tul ta’ żmien tal-użu jew kwalunkwe restrizzjonijiet fuq it-tul ta’ żmien tal-użu

Kompressi: neħħi wara 30-60 minuta

Il-preparazzjonijiet veġetali kollha: Jekk is-sintomi wara ġimgħa jibqgħu jippersistu matul l-użu tal-prodott mediċinali, għandu jiġi kkonsultat tabib jew prattikant ikkwalifikat fil-kura tas-saħħa.

Kwalunkwe tagħrif ieħor għal użu bla periklu

Kontraindikazzjonijiet

Ipersensittività għallmembri tal-familja Asteraceae (Compositae).

Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Indikazzjoni a)

L-użu fit-tfal taħt is-6 snin mhuwiex irrakkommandat minħabba li ma hemmx esperjenza disponibbli.

Indikazzjoni b)

L-użu fit-tfal taħt it-12-il sena mhuwiex irrakkommandat minħabba li ma hemmx esperjenza disponibbli.

Jekk jiġu osservati sinjali ta’ infezzjoni tal-ġilda, għandu jiġi kkonsultat tabib jew professjonist kwalifikat fil-kura tas-saħħa.

Interazzjonijiet ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Ebda interazzjoni ma ġiet irrappurtata.

Tqala u treddigħ

Ma ġietx stabbilita s-sikurezza matul it-tqala u t-treddigħ.

Fin-nuqqas ta’ dejta suffiċjenti, l-użu matul it-tqala u t-treddigħ mhuwiex irrakkomandat.

Effetti fuq il-kapaċità tassewqan u t-tħaddim ta’ magni

Mhux rilevanti.

Effetti mhux mixtieqa

Sensitizzazzjoni tal-ġilda. Il-frekwenza mhijiex magħrufa.

Jekk iseħħu reazzjonijiet avversi oħra mhux imsemmija hawn fuq, għandu jiġi kkonsultat tabib jew prattikant ikkwalifikat fil-kura tas-saħħa.

Doża eċċessiva

Ebda każ irrappurtat.”

—

“ Pimpinella anisum L” jidħol qabel Foeniculum vulgare Miller subsp. vulgare var. dulce (Miller) Thellung (Bużbież ħelu, frott)

“DAĦLA FIL-LISTA TAL-KOMUNITÀ DWAR PIMPINELLA ANISUM L

Isem xjentifiku tal-pjanta

Pimpinella anisum L.

Familja botanika

Apiaceae

Sustanza veġetali

Frotta tal-Anisi

Isem komuni tas-sustanza veġetali fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE

—

BG (bălgarski): Анасон, плод

—

CS (čeština): Anýzový plod

—

DA (dansk): Anisfrø

—

DE (Deutsch): Anis

—

EL (elliniká): Γλυκάνισο

—

EN (English): Aniseed

—

ES (español): Fruto de anís

—

ET (eesti keel): Aniis

—

FI (suomi): Anis

—

FR (français): Anis (fruit d)

—

HU (magyar): Ánizsmag

—

IT (italiano): Anice (Anice verde), frutto

—

LT (lietuvių kalba): Anyžių sėklos

—

LV (latviešu valoda): Anīsa sēklas

—

MT (malti): Frotta tal-Anisi

—

NL (nederlands): Anijsvrucht

—

PL (polski): Owoc anyżu

—

PT (português): Anis

—

RO (română): Fruct de anason

—

SK (slovenčina): Anízový plod

—

SL (slovenščina): Plod vrtnega janeža

—

SV (svenska): Anis

—

IS (íslenska): Anís

—

NO (norsk): Anis

Preparazzjoni(jiet) veġetali

Frott tal-anisi mnixxef, imfarrak jew mgħaffeġ

Referenza monografika tal-Farmakopea Ewropea

Anisi fructus (01/2005.0262)

Indikazzjoni(jiet)

(a)

Prodott mediċinali veġetali tradizzjonali għall-kura sintomatika ta’ lmenti gastro-intestinali ħfief, spażmodiċi, inkluż nefħa u gass.

(b)

Prodott mediċinali veġetali tradizzjonali użat bħala espettorant f’sogħla assoċjata ma’ rjiħat.

Il-prodott huwa prodott mediċinali veġetali tradizzjonali sabiex jintuża f’indikazzjonijiet speċifikati bbażati esklużivament fuq esperjenza ta’ użu fit-tul.

Tip ta’ tradizzjoni

Ewropea

Qawwa speċifikata

Jekk jogħġbok ara ‘Pożoloġija speċifikata’.

Pożoloġija speċifikata

Adoloxxenti ta’ aktar minn 12-il sena, adulti, anzjani::

Indikazzjonijiet a) u b)

Minn 1 g sa 3,5 g ta’ frott tal-anisi sħiħ jew imfarrak jew mgħaffeġ (frisk (*1)) f’150 ml ta’ ilma jagħli bħala te veġetali.

3 darbiet kuljum

Mhuwiex irrakkomandat l-użu minn tfal li jkollhom inqas minn 12-il sena (ara t-‘Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu’ hawn taħt).

Mnejn u kif jingħata

Użu orali

Tul ta’ żmien tal-użu jew kwalunkwe restrizzjonijiet fuq it-tul ta’ żmien tal-użu

Ma għandux jittieħed għal aktar minn ġimagħtejn.

Jekk is-sintomi jibqgħu jippersistu matul l-użu tal-prodott mediċinali, għandu jiġi kkonsultat tabib jew prattikant ikkwalifikat fil-kura tas-saħħa.

Kwalunkwe tagħrif ieħor għal użu bla periklu

Kontraindikazzjonijiet

Ipersensittività għas-sustanza attiva jew għall-Apiaceae (Umbelliferae) (karwija, karfus, kosbor, xibt u bużbież) jew għall-anetol.

Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Mhuwiex irrakkomandat l-użu minn tfal li jkollhom inqas minn 12-il sena minħabba n-nuqqas ta’ dejta adegwata għall-valutazzjoni tas-sigurtà.

Interazzjonijiet ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Ebda interazzjoni ma ġiet irrappurtata.

Tqala u treddigħ

Ma teżisti l-ebda dejta dwar l-użu tal-frotta tal-anisi minn pazjenti tqal.

Mhuwiex magħruf jekk il-komponenti tal-frotta tal-anisi joħorġux fil-ħalib tas-sider uman.

Fin-nuqqas ta’ dejta suffiċjenti, l-użu matul it-tqala u t-treddigħ mhuwiex irrakkomandat.

Effetti fuq il-kapaċità tas-sewqan u t-tħaddim ta’ magni

Ma sar l-ebda studju dwar l-effett fuq il-kapaċità tas-sewqan u t-tħaddim ta’ magni.

Effetti mhux mixtieqa

Jista’ jkun hemm reazzjonijiet allerġiċi għall-frotta tal-anisi li jaffettwaw il-ġilda jew is-sistema respiratorja. Il-frekwenza mhijiex magħrufa.

Jekk iseħħu reazzjonijiet avversi oħra mhux imsemmija hawn fuq, għandu jiġi kkonsultat tabib jew prattikant ikkwalifikat fil-kura tas-saħħa.

Doża eċċessiva

Ma ġie rrappurtat ebda każ ta’ doża eċċessiva.


(*1)  Għal preparazzjonijiet kummerċjali tal-frott tal-anisi mfarrak jew mgħaffeġ l-applikant irid jagħmel testijiet ta’ stabilità xierqa relatati mal-kontenut ta’ komponenti ta’ żejt essenzjali.”