|
21.7.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 291/7 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10296 — EPCG/ECMI/Eroski S. Coop/Supratuc2020)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 291/06)
1.
Fl-14 ta’ Lulju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
EP Corporate Group, a.s. (“EPCG”, iċ-Ċekja), ikkontrollat unikament mis-Sur Daniel Křetínský, |
|
— |
E-Commerce and Media Investments, a.s. (“ECMI”, iċ-Ċekja), ikkontrollata unikament mis-Sur Patrik Tkáč, |
|
— |
Supratuc2020, S.L. (Spanja), bħalissa kkontrollata unikament minn Eroski, S. Coop (“EROSKI”, Spanja). |
EPCG, ECMI u EROSKI jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Supratuc2020, S.L.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
għal EPCG: kumpanija azzjonarja ta’ investiment, attiva prinċipalment fl-enerġija, l-infrastruttura u l-midja. Is-sid aħħari tal-EPCG huwa wieħed mill-akbar investituri, fost l-oħrajn, fis-settur tad-distribuzzjoni tal-ikel fl-Ewropa, |
|
— |
għal ECMI: kumpanija azzjonarja ta’ investiment, attiva prinċipalment fis-setturi tal-midja u dak tal-kummerċ elettroniku. |
|
— |
għal EROSKI: kooperattiva tal-konsumaturi li hija kumpanija tad-distribuzzjoni, organizzazzjoni tal-konsumatur u proġett kooperattiv attiv fil-bejgħ bl-imnut ta’ oġġetti tal-konsum ta’ kuljum. |
|
— |
għal Supratuc2020, S.L.: kumpanija azzjonarja Spanjola b’sjieda ta’ 100 % f’żewġ kumpaniji attivi fil-bejgħ bl-imnut ta’ oġġetti tal-konsum ta’ kuljum fi Spanja: Caprabo u Cecosa. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jitqies għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja trid tiġi dejjem indikata:
M.10296 — EPCG/Eroski S. Coop/Supratuc2020
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 122964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).